Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
10 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 Gladjaturi tal-Ħajja minn John Busuttil LISKOLA Primarja tar-Rabat hija l-ikbar skola primarja f 'Għawdex. Fil-fatt 316 il-tifel u tifla kuljum jattendu din l-iskola. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-iskola serviet bħala sptar u t-tfal kienu jitgħallmu f 'dar fil-qrib. Sirt naf aktar lis-surmast ta' din l-iskola Lelio Spiteri waqt l-attività Bethlehem f 'Għajnsielem. Lelio huwa attiv ħafna f 'Għajnsielem, imma meta titkellem miegħu, id-diskors malajr jaqa' fuq l-iskola. Għalih tkun kap ta' skola mhux xogħol imma missjoni. U fil-fatt wieħed jista' jinnota dan għax kull meta tiltaqa' ma' Lelio fit-triq jew f 'xi attività jibda jitkellem dwar l-iskola. L-iskola u t-316 il-student flimkien mal-għalliema ta' din l-iskola hi ħajtu. Lelio ġġieled kontra t-tabu u l-perċezzjoni tat-tfal li jmorru l-iskola bħala kastig. Lelio li bi stil inimitabbli tiegħu u bi tbissima kronika tiegħu ħoloq skola li sew l-istudenti kif ukoll l-għalliema jiddejqu meta jsir il-ħin biex jirritornaw id-dar. Lelio hu gwerrier kontra l-perċezzjoni... fejn il-pożittività tiegħu rnexxielha toħloq A HAPPY SCHOOL. Lelio twieled 40 sena ilu, tifel uniku ta' ġenituri Għawdxin, Salvina u Charles. Twieled l-isptar Santa Katarina Ħ'Attard imma trabba u għex fir-raħal Għawdxi ta' Għajnsielem li hu tant iħobb. Lelio hu ġuvni b'għażla tiegħu, "kieku għandi relazzjoni jew miżżewweġ żgur li ma jkollix ħin nagħmel dak kollu li qed nagħmel preżentament." Għax Lelio barra li hu surmast tal-iskola, hu direttur ta' Radju Lauretana Għajnsielem, jagħmel programmi fuq Radju Maria, impenjat ħafna fil-parroċċa u direttur tal-kor Lauretana. Iżda billi smajt ħafna fuq din l-iskola tar-Rabat, xtaqt inkun naf aktar dwarha u x'isir bejn l-erba' ħitan. Lelio stedinni biex meta nkun liberu nżur l-iskola u nara b'għajnejja dak li jsir. Jien hekk għamilt! Fl-entratura tal-iskola hemm monument żgħir b'ġieħ Sir Arturo Mercieca. Lelio spjegali li għal xi żmien l-iskola kienet iġġib l-isem ta' dan il-persunaġġ magħruf imma wara r-riforma tal-kulleġġi, l-iskola sar jisimha Skola Primarja Rabat fi ħdan il- Kulleġġ ta' Għawdex. Ħafna nies però jafu l-iskola bħala l-iskola tal-Vajrinġa minħabba l-isem tat-triq li fiha tinsab l-iskola. Kif dħalt fil-bitħa interna stajt ninduna bl-arkitettura sabiħa tal-bini. Filwaqt li qabel miegħi dwar din l-osservazzjoni, Lelio qalli li sfortunatament il-bini m'għadux addattat għall- eżiġenzi tal-lum "L-ispazju huwa ferm limitat. Il-kmamar fl-iskola jintużaw kollha bħala klassijiet. Lanqas post għall- klassi tal-għalliema ma hawn. Meta jkun hemm bżonn li ssir xi laqgħa bejn professjonisti u għalliema fuq każijiet personali, dawn ikollhom iridu jsiru fl-uffiċċju tiegħi tas-surmast. Anke l-kamra biswit is-sala tal- iskola kellha tinbidel fi klassi. Kamra maqtugħa fil-grawnd tal-iskola kellha tinbidel fi klassi tal-kindergarten. Is-sala tal-iskola hija żgħira wisq għall- popolazzjoni tal-iskola." Biex tkompli tgħaxxaqha, is-sala qiegħda fis-sular ta' fuq u meta timxi fis-sala l-art tħossha tiċċaqlaq. Il-kunċert tal-Milied u attivitajiet oħra jsiru f 'teatri ġewwa r-Rabat. Problemi bid-dawl u bid-drenaġġ huma l-ordni tal-ġurnata. Imma jkolli nammetti li minkejja dan kollu xorta stajt inħoss arja ta' ferħ u ambjent li jilqgħek. U laqtitni ferm il-frażi fuq il-bieb tal- uffiċċju tas-surmast Aħna Skola Ferħana. Dort fuq Lelio u tlabtu jfissirieli. "Dak hu l-motto tal- iskola, We are a Happy School għax nemmen u nixtieq li kull min jidħol fl-iskola jkun ferħan u kuntent." Minbarra bil-Malti u bl-Ingliż din il-frażi hija miktuba b'lingwi oħra li juru l-pajjiżi minn fejn ġejjin it-tfal li jattendu l-iskola. Stajt ngħodd tmien lingwi żgur. Mal-ħajt biswit l-uffiċċju wieħed jara tpinġija ferm sabiħa tal-globu tad-dinja u fuqha We're a Happy School! Mad-dawra tal-globu hemm impinġija t-tfal kollha tal-iskola, bl-ismijiet fuq kull figurin. Lelio qalli li din il-biċċa arti saret mill-ġenituri tal-iskola. "Nemmen ħafna li l-ġenituri għandhom sehem importanti fl-iskola u fl-edukazzjoni ta' wliedhom. Jiġu mistiedna Tbissima ta' surmast ħolqot skola mimlija ferħ 316 student u s-surmast jaf isimhom kollha bl-amment Ir-rotta tal- ġurnalist Jerome Caruana Cilia In-Naxxar: Lokalità mifruxa fuq 11-il km 2 In-Naxxar kien wieħed mill-għaxar parroċċi li kien hawn f 'Malta fl-1436. Il-Knisja tal-lum inbniet minn Tumas Dingli bejn is-snin 1616 u 1630, u biż- żmien żdidulha n-navati tal-ġnub u saret faċċata ġdida. Id-Data tad-Dedikazzjoni hi l-11 ta' Diċembru 1729. Il-Knisja arċipretali tan-Naxxar tiċċelebra l-festa ta' Marija Bambina. Il-festa tiġi ċċelebrata fit-8 ta' Settembru. In-Naxxar hija lokalità nadifa ħafna. Iżda sfortunatament issib nies li jarmu barra mingħajr kas ta' xejn. Dawn jagħtu dehra negattiva għal- lokalità tan-Naxxar. Huwa ġust li l-Kunsill Lokali tan-Naxxar jaħdem qatigħ kontra l-vizzju tad- droga. Dan għandu jkun ta' eżempju għal kunsilli oħrajn. Din it-tabella hija parti minn din il-kampanja: "Le għad-droga, iva għall-ħajja." Iżda sfortunatament, ta' minn jinnota li hemm żball fl-ortografija. Hija ħasra li f 'dokumenti uffiċjali u tabelli għadek issib numru ta' żbalji ortografiċi fil- Malti. Dan il-munzell ġebel huwa ta' periklu għar-residenti u kull min jgħaddi mill- viċinanzi. Wieħed jispera li xi żvilupp jieħu post dan il-munzell ġebel. In-Naxxar hija lokalità nadifa ħafna. Iżda sfortunatament issib nies li jarmu barra mingħajr kas ta' xejn. Dawn jagħtu dehra negattiva għal- lokalità tan-Naxxar. Dan il-munzell ġebel huwa ta' periklu għar-residenti u kull min jgħaddi mill- viċinanzi. Wieħed jispera li xi żvilupp jieħu post dan il-munzell ġebel. id-dar. Lelio hu gwerrier kontra l-perċezzjoni... fejn il-pożittività tiegħu rnexxielha toħloq A HAPPY SCHOOL. uniku ta' ġenituri Għawdxin, Salvina u Charles. Twieled l-isptar Santa Katarina Ħ'Attard imma trabba u għex fir-raħal Għawdxi ta' Għajnsielem li hu tant iħobb. Lelio hu ġuvni b'għażla tiegħu, "kieku għandi relazzjoni jew miżżewweġ żgur li ma jkollix ħin nagħmel dak kollu li qed nagħmel preżentament." Għax Lelio barra li hu surmast tal-iskola, hu direttur ta' Radju Lauretana Għajnsielem, jagħmel programmi fuq Radju Maria, impenjat ħafna fil-parroċċa u ILLOKALITÀ tan-Naxxar hija mifruxa fuq medda ta' 11-il km 2 , u bħala popolazzjoni hemm 'il fuq minn 13,000 ruħ. Hemm diversi żoni li jagħmlu man-Naxxar, dawn huma: is-Sgħajtar, San Pawl tat-Tarġa, Birguma, il-Magħtab, is-Salina, Baħar iċ-Ċagħaq, u parti mill-Madliena. Din il-ġimgħa l-ġurnalist żar iċ-ċentru tal-lokalità tan-Naxxar. In-Naxxar hija lokalità nadifa In-Naxxar hija lokalità nadifa il-ġimgħa l-ġurnalist żar iċ-ċentru tal-lokalità tan-Naxxar.