Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 9 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Għawdex għal qalbek Koristi żgħażagħ Għawdxin jaħdmu favur il-Kultura DAN l-aħħar saru diversi diskussjonijiet u nkitbu artikli dwar l-istħarriġ tal- Eurobarometer li rriżulta li Malta tinsab it-tieni mill- aħħar fil-parteċipazzjoni kulturali madwar il-pajjiżi Ewropej. Mingħajr ma nippuntaw subgħajna lejn ħadd għal din is-sitwazzjoni, hemm barra hemm diversi entitajiet professjonali li qed jagħmlu minn kollox biex litteralment jedukaw parteċipanti f 'oqsma varji kulturali. Schola Cantorum Jubilate hu kor taż-żgħażagħ li l-għan tagħhom hu li l-koristi jiġu edukati mużikalment u anke li jsaħħu x-xena lokali fix- xena tal-kori. Dan il-kor li hu bbażat f 'Għawdex jispeċjalizza fil-mużika sagra u dik klassika u hu mibni minn koristi kollha volontarji. Il-kor kien fundat fis-sena 2000 mil-leader tal-kor Stefan Attard u mid-direttur mużikali tal-kor Marouska Attard. Minn Ottubru li għadda Mro Mark Gauci ħa post Marouska Attard li bħalissa qed tagħmel il-Masters Degree fid-direzzjoni tal-Kori f 'Wales. Interessanti l-fatt li l-maġġoranza tal-koristi li jiffurmaw parti minn dan il-kor ilhom hemm mill-fondazzjoni tiegħu. Jiġifieri bdew meta kellhom 13-il sena inqas milli għandhom. Hu kor iffurmat minn żgħażagħ li taw kunċett ġdid lill-korijiet f 'Malta meta dawn ikantaw kompożizzjonijiet ta' Palestina, Tallis jew Victoria. Tant hu hekk li ħafna huma li jqabblu lil dan il-kor ma' dawk Ingliżi. Biex wieħed jew waħda tifforma parti minn dan il-kor irid jgħaddi minn prova qabel jingħaqad mal- kumplament tal-koristi. Mhux kollha kienu, mużikalment litterati iżda l-koristi kollha jingħataw kors tat-teorija fil- mużika. Anke qabel ikantaw biċċa mużika ġdida l-koristi jingħataw informazzjoni dwar il-kompożitur, dwar l-biċċa mużika u anke dwar xi tfisser eżatt il-lirika li jkunu se jkantaw. Minħabba l-fatt li ħafna mill- kant hu sagru u jintuża waqt il-liturġija, il-koristi jingħataw spjegazzjoni teoloġika ħalli l-interpretazzjoni tkun aktar tista' titwassal b'mod tajjeb lil dawk li qed jisimgħu. Bla dubju li l-aktar avveniment popolari ta' Schola Cantorum Jubilate f 'dawn l-aħħar snin jibqa' dak tal-Milied 'Carols by Candlelight'. Dan l-avveniment ilu jsir f 'Għawdex għal dawn l-aħħar 10 snin konsekuttivi. Avveniment li jsir fi Knisja u wara jkun hemm Gala Dinner. Iżda l-kor hu attiv is-sena kollha u meta wieħed jara fejn kanta dan il-kor jibqa' impressjonat min-numru ta' avvenimenti li jipparteċipa fihom. Kull nhar ta' Ħadd wieħed jista' japprezza l-mużika tagħhom jekk jattendi l-quddiesa fil-Bażilika tax- Xagħra tal-11am. Barra hekk huma ħadu sehem f 'kunċerti f 'postijiet prominenti f 'Malta u Għawdex bħal Palazz tal- President, fil-Kon Katidral ta' San Ġwann u anke Palazzo Parisio n-Naxxar. Barra hekk dan il-kor ħalla x-xtajtiet tagħna f 'erba okkażjonijiet fejn dan il-kor ħa sehem fil-festival Rencontres Musicales de Méditerranée f 'Korsika fi Franza fl-2003. Erba' snin wara l-kor organizza tour mużiko-kulturali għal Ruma u Assisi fejn anke kantaw fil-Vatikan quddiem il-Papa Benedittu. Memorja oħra mill-isbaħ għalihom kienet l-2009 meta żaru Vjenna u Salzburg fejn kellhom l-unur li jkantaw fil-Katidral famuż ta' Vjenna St. Stephen's Cathedral. U l-aħħar darba li pparteċipa internazzjonalment kien fil- Katidral Gotiku ta' storja kbira f 'Mont San Michel. Is-sena li għaddiet tibqa' memorabbli għal dan il-kor fejn wara li rċieva l-unur tal-Palma tad-Deheb mill-knisja ta' San Lawrenz, f 'Novembru li għadda dan il-kor ikkompeta fil-Malta International Choirs' Festival organizzat minn Interkultur, Ministeru għat-Turiżmu u l-MTA. U fost d-diversi korijiet Internazzjonali u professjonali l-Ischola Cantorum akkwista l-midalja tal-fidda fil-kategorija tal-mużika sagra. Huma kienu l-uniku kor Malti li pparteċipa. Iżda l-esperjenza ġdida għal dan il-kor se tkun dis-sena li qegħdin fiha fejn l-appuntament li jmiss hu kunċert flimkien mal-Malta Philharmonic Orchestra fil-produzzjoni tar- 'Requiem' ta' Durufle li se ssir bejn l-4 u s-6 ta' April fis-Sala Robert Sammut ta' Floriana u fil-Bażilika tax-Xagħra. Sadattant Schola Cantorum Jubilate qed jikkordina tour għall-Università tal-Kor ta' Londra li se jkunu jinkludi diversi kunċerti f 'Malta u Għawdex f 'Ġunju li ġej. fuq l-ikliet tagħhom. Lukandi ewlenin qed joffru ikliet speċjali bi prezzijiet irħas mis- soltu u l-ħwienet tal-merċa, tal- ħwejjeġ u anke tal-għamara qed joffru skontijiet speċjali għal dak il-weekend. Fil-fatt hemm 38 post turistiku li qed joffru offerti speċjali għal dan il- weekend. Fejn wieħed jista' jsib l-offerti fuq is-sit elettroniku tat-turiżmu Għawdxi http:// www.visitgozo.com Din hi l-ewwel inizjattiva tal-Ministru għal Għawdex tas-sena wara l-inizjattiva ta' Travel Free Gozo tas-sena li għaddiet li ħolqot rekord ta' negozju fil-gżira Għawdxija u wara Betlem f 'Għajnsielem fi żmien il-Milied fejn madwar 74,000 persuna żaru dan il-post u minnu gawda ħafna t-turiżmu Għawdxi. L-avukat Anton Refalo u l-komunitajiet tan-negozju f 'Għawdex qed jistennew bil-ħerqa din l-ewwel inizjattiva tas-sena wara li din inħolqot minn diskussjonijiet li saru mill-Ministeru għal Għawdex flimkien mal- istakeholders kollha Għawdxin. In-noll tal-passiġġiera se jorħos għal €1.50 u tal-vetturi għal €8.50 Kantaw ukoll fil-Vatikan quddiem il-Papa Benedittu Schola Cantorum Jubilate