Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt MIRIAM Dalli, l-eks kap tal-aħbarijiet tal-istazzjon Laburista u kandidata għall-Parlament Ewropew se tieqaf tippreżenta l-programm popolari TX fuq ONE minħabba direttiva tal-Partit Laburista. Id-direttiva għandha l-għan li tassigura li kandidati tal-partiti ma jkollhomx vantaġġ ta' promozzjoni fuq oħrajn billi jkollhom il-programm tagħhom fuq it- televiżjoni jew radju tal-partit. Id-direttiva se tapplika tliet xhur qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'Mejju li ġej. Għaldaqstant, Dalli se tkun mitluba tieqaf tippreżenta fi ftit jiem. Mitluba tikkummenta dwar dan, hi qalet li taqbel ma' din id-deċiżjoni. "Vera li programm itik aktar promozzjoni, però l-programm ma jtikx il-kuntatt personali man-nies, li hu meħtieġ biex ikun viċin l-elettorat," qalet il-kandidata, li hi kkunsidrata bħala waħda mill-favoriti li tkun eletta għal Brussell. 0.90 Call us on 99860983 Or visit our website www.tadernis.com 09 ta' Frar 2014 • Nr 381 Ritratt: Chris Mangion NEWSPAPER POST HEKK kif qed jersaq qrib l-ewwel anniversarju minn mindu ħa t-tmexxija tal-pajjiż, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jevalwa b'mod konkret l-idea li fi ftit xhur jagħmel reshuffle tal-kabinett. Jidher li Muscat irid jieħu vantaġġ mill-fatt li fi ftit xhur irid jaħtar President tar- Repubblika u Kummissarju Ewropew. Sors li tkellem mal-ILLUM sostna li dawn il-bidliet għandhom isiru qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f 'Mejju li ġej. "Dawk li ma ssodisfawx lil Prim Ministru se jitilfu posthom filwaqt li dawk li ħadmu tajjeb se jkunu promossi," qal is-sors. Il-ministri l-aktar fil-periklu li jitilfu posthom fil-kabinett huma Edward Scicluna u Godfrey Farrugia, li jmexxu l-aktar ministeri importanti: tal-finanzi u tas-saħħa rispettivament. Dawk li jidher li ssodisfaw l-aktar lil Muscat huma s-segretarji Parlamentari Owen Bonnici, Edward Zammit Lewis u Ian Borg, li jirrappreżentaw il-wiċċ żagħżugħ tal-kabinett. Ian Borg, Owen Bonnici, Edward Zammit Lewis: It-tlieta żgħar li jippromettu Il-Prim Ministru moħħu f 'reshuffle sa Mejju Miriam Dalli mitluba twaqqaf il-programm Aqra l-intervista sħiħa f'paġni 14-15 Ara paġna ta' wara Tkompli fuq paġna ta' wara Il-grupp Firelight ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014