Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
0.90 16 ta' Frar 2014 • Nr 383 KEMM HU VIĊIN LAMBJENT DAN ILGVERN Ara paġni 16-17 Ara Paġna 2 u 3 NEWSPAPER POST Manchester United Red Arena - Malta Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Il-kards ta' kreditu huma suġġetti għall-kriterji normali ta' self tal-Bank. Il-Bank jirriserva d-dritt li jwaqqaf jew jemenda dan il-prodott skont id-diskrezzjoni tiegħu. Banif Bank (Malta) plc huwa liċenzjat mill-MFSA biex joffri servizzi bankarji, skont it-termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju tal-1994. Reġistrat f'Malta C41030 - 203, Level 2, Rue D'Argens, Gżira, GŻR 1368, Malta. IDĦOL BIĊ-ĊANS LI TIRBAĦ 2 BIL JETTI GĦAL-LOGĦBA BEJN MAN UTD U LIVERPOOL* * Tonio Fenech ma kienx jaf bi €30 miljun kull sena f 'serq mill-Enemalta F'KUMMENT li ta lill-online portal tal-MaltaToday, l-eks Ministru inkarigat mill- Enemalta, Tonio Fenech ammetta li ma kellu l-ebda informazzjoni li kien hemm xi forma ta' serq ta' dawl mill- Enemalta. Ir-riżultati finanzjarji tal- Enemalta, li din il-gazzetta għandha kopja tagħhom, juru bl-iswed fuq l-abjad li l-Gvern preċedenti kien konxju li bejn l-2008 u 2012 is-serq fl- elettriku kien jammonta għal iktar minn 120 miljun ewro. Iċ-ċifri jikkonfermaw li fl- 2008, l-2009, l-2010 u l-2011, ta' kull sena, kien hemm diskrepanza ta' kważi 8% bejn il-units tal-elettriku ġġenerati u l-units tal-elettriku mibjugħa lill-konsumaturi. Fl-2012 din id-diskrepanza splodiet għal kważi 10%. Id-differenza ma tinkludix telf tekniku kawża tal-ineffiċjenza u allura hija biss riżultat tas-serq mill- Enemalta. Dan ifisser li, f 'temp ta' ħames snin, it-total ta' diskrepanza kien jaqbeż l-40%. Il-gazzetta 'Illum' hija infurmata li kull 1% tal-units tal-elettriku hija ekwivalenti għal valur ta' 3 miljun ewro. Il-Membru Parlamentari Claudette Buttigieg impjegata mal-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista "QED iċċempel, tipprotesta għalfejn riklam tal-gvern ma deherx fuq In- Nazzjon jew Il-Mument," qalilna eks-impjegat tal- istamperija Nazzjonalista. Imma l-iktar ħaġa stramba, hi li wara li keċċew u ma ħallsux nies li kienu ilhom hemm snin twal mal- kumpanija tal-PN, idaħħlu persuna li għandha salarju ta' membru parlamentari. Minn naħa l-oħra Buttigieg qed tipprova tagħmel xi ħaġa li ma kinitx tiġri. IR-ROTTA TAL-QATTIEL TAL-QTATES Għall-ewwel darba tiġi żvelata mappa ta' fejn twettqu dawn l-atti atroċi ta' tislib t'annimali fil-Mosta. Il-gazzetta ILLUM tinvestiga l-passi tal-qattiel u fejn sar it-tislib… tislib li b'eċċezzjoni waħda, kollha saru fiċ-ċentru tal-lokalità. "Probabbiltà kbira li l-moħħ hu familjari ħafna ma' dawn l-inħawi," tgħid psikologa forensika ma' din il-gazzetta. Claudette Buttigieg Tkompli fi l-paġna ta' wara Ara Paġna 6