Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 ILKAŻIJIET tat-tislib tal-annimali fil-Mosta saru kollha ftit 'l bogħod minn xulxin, b'eċċezzjoni waħda biss li saret fil- periferija tal-Mosta. Kif turi mappa mħejjija minn din il-gazzetta u li qatt ma dehret fil- pubbliku s'issa, turi biċ-ċar li l-każijiet saru kollha ftit passi 'l bogħod minn xulxin. Minkejja li l-lokalità tal-Mosta hija fost l-akbar f 'Malta, il-moħħ wara dawn il-każijiet iddeċieda li jiffoka fuq iċ-ċentru tar- raħal. B'mod partikolari, il- postijiet jiffukaw fuq il-post fejn kien joqgħod Franġisku Buhagiar (in- naħa ta' fuq ta' Triq il- Kbira) u anke n-naħat ta' fejn joqgħod bħalissa (fiż-żona ta' Sant Anton Abbati). Fiż-żewġ postijiet, it-tislib t'annimali sar aktar minn darba fl-istess post fi spazju ta' ftit xhur. Isem Franġisku Buhagiar qed ikun msemmi dejjem aktar f 'dawn il-każijiet. L-ewwel tislib kien sar mar- residenza tiegħu fi Triq il- Kbira, fl-istess post fejn fis- 16 ta' Frar 1999 kien qatel lil oħtu, Maria Buhagiar. Fl-aħħar każ li seħħ fit-3 ta' Frar 2014, it-tislib sar ma' waħda mill-istatwi tal-faċċata tar-Rotunda, li kienet imħallsa mill-istess Franġisku Buhagiar. Il-psikologa forensika Roberta Holland qalet ma' din il-gazzetta li bin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-każ, diffiċli tgħid jekk ir-raġuni hux vera relatata ma' Franġisku Buhagiar jew sempliċiment qed tintuża biex tiżgwida lill-pulizija. "Ma tantx nistgħu ngħidu bl-informazzjoni li hemm pubblika. In-noti hekk jagħtu x'tifhem, imma jidher li l-pulizija eskludietu. Persważa li huma konvinti minn dan u huma jafu r-raġuni. Ir-raġuni għalfejn hu indikat Buhagiar lanqas ma nistgħu nafuha ħabba n-nuqqas ta' informazzjoni," qalet Holland. L-esperta f 'dan il-qasam issuktat tgħid li ġeneralment reati kriminali jitwettqu l-iżjed viċin il-post li wieħed joqgħod jew ikun jiffrekwenta spiss. Dan għaliex b'hekk ma jiġbidx daqshekk l-attenzjoni bħala stranġier, ikun iżjed familjari mal-post u konxju ta' x'possibbiltajiet hemm li jinqabad. "Il-fatt li l-istess att qed isir fl-istess lokalità probabbli jfisser li min qed iwettaqhom familjari sew mal-Mosta. Ovvjament l-eċċezzjonijiet jeżistu f 'kollox, u għalkemm din hija t-tendenza, inżommu f 'moħħna li Malta pjuttost żgħira… ħafna nies jistgħu jkunu familjari ma' xi raħal jew belt li jiffrekwentawha spiss mingħajr ma jkunu joqogħdu hemm." Din il-gazzetta niżlet fit-toroq tal-Mosta u żaret il-postijiet li magħhom sar it-tislib. Sabet li b'kuntrast ma' dak li jingħad fit-triq, il-postijiet mhumiex għal kollox f 'inħawi mhux abitati jew frekwentati min-nies. Minkejja li l-maġġoranza saru ma' statwi reliġjużi, dawn kollha kienu qalb żoni residenzjali. F'ċerti postijiet, fosthom l-istatwa tal-Madonna f 'Misraħ Brittanja li magħha sar it-tislib f 'Settembru 2013, hija mdawra bi djar minn kull naħa. L-istatwa u l-kappella ta' Sant Anton Abbati, li magħhom sar it-tislib f 'Jannar 2012 u Frar 2013, saħansitra huma kważi bieb ma' bieb ma' djar residenzjali oħra. Sfortunatament, il-fatt li t-tislib sar fis-sigħat ta' filgħodu wassal biex ir- residenti qatt ma setgħu jaqbdu lill-persuni fil-fatt. Ħarsa lejn il-mappa turi wkoll li r-residenza oriġinali ta' Buhagiar tinsab fiċ- ċentru ta' każi oħra ta' tislib. Dan meta timmarka fuq mappa l-postijiet tat-tislib li seħħew mal-Oratorju, mar-Rotunda, ma' bieb fi Triq Baskal Buhagiar u mal-kappella ta' Sant Anton Abbati. Il-każ li seħħ fit-3 ta' Frar li għadda qajjem aktar sensazzjonaliżmu fuq it- tislib tal-annimali fil-Mosta wara li l-pulizija ppubblikat filmati ta' CCTV li juru persuna ta' inqas minn 40 sena, tosserva l-post, tiġri, u ssallab l-annimal. Minkejja dawn il- filmati, mhumiex ċari biżżejjed biex il-pulizija tidentifika persuna jew suspettat. Il-fatt li dan il-persuna allegatament qed juża maskra tal-wiċċ tkompli tagħmel xogħol l-investigaturi diffiċli. Iżda issa jidher ċar li l-moħħ wara dawn il- każijiet, li f 'waħda mill-ittri li ħalla mal-qtates qal li SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 22˚Ċ L-INQAS 13˚Ċ TEMP Ftit imsaħħab lokalment ftit jew wisq imsaħħab u bil-possibilità ta' xi rqajja ta' ċpar fuq il-baħar għall- ewwel, li jsir il-biċċa l-kbira sabiħ. VIŻIBILITÀ Tajba minbarra f 'xi rqajja ta' ċpar RIĦ Nofsinhar għax-Xlokk forza 3 għal 4, li jdur min-Nofsinhar għal-Lbiċ BAĦAR Ħafif REGENT Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Valletta VIVIEN Pharmacy, Triq Patri Magri, Marsa BROWN'S Pharmacy, 278, Triq il- Vitorja, Qormi ST. HELEN Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara ST. ANTHONY Pharmacy, 56, Triq San Gużepp, Gwardamanġa ST. ANDREW'S Pharmacy, Triq il- Qasam, Ta' L-Ibraġ, Swieqi DRUG Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Sliema MISRAĦ Kola Pharmacy, Triq il- Pitkali, Attard ST. Joseph Pharmacy, 1, Triq iz-Za- kak, Mosta QAWRA Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, Qawra ST. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola ALPHA Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura FGURA Pharmacy, Triq Il-Koppla, Fgura BETA Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Għaxaq CENTRAL Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Luqa THE Bypass Pharmacy, Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi NIGRET Pharmacy, Triq iz-Zahar, Rabat ABELA'S Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria GOZO Chemists, Mġarr Road, Xewkija Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 21˚Ċ L-INQAS 14˚Ċ TEMP Il-biċċa l-kbira sabiħ VIŻIBILITÀ Tajba RIĦ Nofsinhar għal-Lbiċ forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar għax-Xlokk forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 BAĦAR Ħafif li jsir moderat billejl IMBATT Ftit li xejn SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 16 44 25 5 34 29 48 35 Tislib t'annimali fl-istess ftit toroq It-tislib, il-postijiet magħżula u l-filmati tas-CCTV James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014