Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 3 FILPERIKLU TALMEWT AZZJONI INDUSTRIJALI ITAJJAR ŻEWĠ PULIZIJA Raġel ta' 35 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident li seħħ f 'Dawret San Pawl, f 'San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ ilbieraħ għal ħabta tal-4pm, fejn minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li għal xi raġuni r-raġel li kien qed isuq mutur tat-tip Suzuki GSX, tilef il-kontroll u baqa' dieħel ġo barrikata li hemm fit-triq. Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. Il-UĦM ilbieraħ tat direttiva ta' Go Slow fil-Malta Freeport minħabba li għalkemm għadhom għaddejjin it-taħditiet bejn iż-żewġ partijiet, il- maniġment tal-Malta Freeport xorta ddeċċieda li japplika l-Forced Leave. "Din sitwazzjoni inaċċettabbli. Il-UĦM trid twassal il-messaġġ ċar li għandu jkun hemm proċess ta' djalogu soċjali bejn iż-żewġ partijiet u wara li nkunu eżawrejna bejnietna dal-proċess għandhom jittieħdu d-deċiżjonijet u mhux qabel" stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM, Josef Vella. Żewġ pulizija sfaw midruba hekk kif karozza Kia Picanto misjuqa minn Spanjol ta' 58 sena baqgħet dieħla ġol-għassa tal-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. L-inċident seħħ fit-3pm u l-Pulizija ttieħdu Mater Dei fejn iktar tard kien ċertifikat li ġarrbu xi ġrieħi f'saqajhom. IŻŻGĦAŻAGĦ KONXJI Fi studju li sar ix-xahar li għadda, ħareġ li ż-żgħażagħ huma konxji u jaqblu li jiġi estiż il-vot lil dawk li għandhom 16-il sena fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Ir-riżultati ta' dan l-istudju li sar mill-Aġenzija Żgħażagħ, ġew ippreżentati lill- mezzi tax-xandir mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo waqt konferenza li nediet il-ħames edizzjoni tal-Kunsilli Lokali taż- Żgħażagħ. Tislib t'annimali fl-istess ftit toroq 1: 16 Ottubru 2011 – mar-residenza ta' Franġisk Buhagiar 2: 16 ta' Novembru 2011 – Mal- oratorju Qalb ta' Ġesu 3: 17 ta' Jannar 2012 – Ma' kanċell tal-kappella San Anton Abbati 4: 10 ta' Frar 2012 – Ma' bieb ma' jintużax fi Triq Baskall Buhagiar 5: 16 ta' Diċembru 2012 – Ma' statwa ta' San Ġużepp ftit 'l bogħod mir- residenza ta' Franġisk Buhagiar 6: 16 ta' Jannar 2013 – Mal-Iskola Primarja tal-Mosta 7: 23 ta' frar 2013 – Ma' statwa ta' San Anton Abbati 8: 16 ta' April 2013 – Ma' statwa tal- Madonna fi Triq it-Torri 9: 16 ta' Settembru 2013 – Ma' statwa tal-Madonna f 'Misraħ Brittanja 10: 16 ta' Ottubru 2013 – Ma' żewġ siġrieti fi Triq Durumblat, fil-periferija tal-Mosta 11: 3 ta' Frar 2014 – Ma' statwa mħallsa minn Franġisku Buhagiar, u mal-ġenb tar-Rotunda It-tislib, il-postijiet magħżula u l-filmati tas-CCTV għadu jħoss il-weġgħa ta' mara ta' 48 sena ilu, qed juża lil xi ħaddieħor biex jieħu dan ir-riskju minfloku. Li hu ċert hu li l-persuna mqabbda għadha relattivament żgħira fl-età u f 'kundizzjoni atletika tajba. Il-filmati juru l-persuna tiġri b'ħeffa iżda mhux biss. Ħarsa lejn l-istatwa li magħha sar it-tislib turi li mhix faċli li titla' magħha u diffiċli tagħmel dan. Il-filmati juru li l-persuna għamel l-ewwel tislib għal ħabta tas-1.30am. Hu dam biss 30 sekonda mdendel mal-istatwa sakemm lesta. Il-persuna rritorna madwar tliet sigħat wara biex dendel it-tieni annimal, din id- darba mal-ġenb tar-rotunda. Il-psikjatra forensika Roberta Holland irrimarkat li diffiċli tgħid jekk il-pubblikazzjoni tal-filmati jservux ta' deterrent biex min qed jagħmel dawn l-atti ma jirriskjax aktar. "Għalkemm deterrenti ta' kull tip jaħdmu ma' ħafna nies, ma' xi oħrajn ma jaħdmux. Jiddependi ħafna mill-evalwazzjoni personali ta' dak li jkun tiegħu nnifsu, tas-sitwazzjoni, tal-azzjonijiet tiegħu u x'se jieħu jew jitlef jekk iwettaqhom." Holland issuktat tgħid li ovvjament, jekk dak li jkun ma jkunx irid jinqabad, se joqgħod aktar attent jew jagħmel xi tibdiliet biex ma jinqabadx. It-tislib tal-annimali issa daħal fil-ħdax il-każ tiegħu, u ra l-bidu tiegħu fis-16 t'Ottubru 2011 u kompla eżattament xahar wara. It-tislib tal-annimali rritorna fis- 17 ta' Jannar 2012 u fl-istess sena seħħew fi Frar u Diċembru 2012. Is-sena li għaddiet rajna żieda ta' dawn il-każi b'xejn inqas minn ħames każijiet (Jannar, Frar, April, Settembru u Ottubru 2013). Interessanti l-fatt li l-każijiet dejjem saru nhar is-16 jew 17 tax- xahar. Inċidentalment, l-unika tliet eċċezzjonijiet dejjem saru fi Frar ta' kull sena, l-istess xahar tal-qtil t'oħt Franġisku Buhagiar. Mappa li turi fejn saru t-tislib t'annimali fil-Mosta. Ir-ritratti juru l-postijiet tal-ewwel u l-aħħar każ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014