Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 13 In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek It-tombla ta' Vella Mela ħbieb, nhar is-27 ta' Frar, hemm tombla night ma' Norman Vella, dak l-ispakkun wiċċ ikrah u eks preżentatur antipatiku, li jibqa' mfakkar għal kemm-il darba kellna ntellgħu l-istonku fuq l-iskrin tat-televixin. Li hu interessanti hu li t-tombla qed tiġi organizzata minn ċertu George Cortis. Ajma ħej, u dan Norman ngħidlu: "With friends, like these, who need enemies!" Marlene max-sharks Smajt li Marlene qed tinsisti li jekk Joseph ineħħi lil Godfrey minn Ministru, terġa' taqbeż għal ġol-baħar. Imma din id-darba minflok ġol-baħar beħsiebha taqbeż fl- akkwarju nazzjonali fejn hemm ix-sharks. Imkejjen infurmati qalulna li hemm ħafna booking għal akkwarju. L-iktar biex iħarsu lejn Marlene minn taħt fil-mina tal-ħġieġ tal- akkwarju. Kif sar jaf b'din Godfrey ċempilli u qalli biex nieqaf, ma jiflaħx jimmaġina lil Marlene ma' dawk il-klieb il-baħar. Louis the workaholic Mela xi ġimagħtejn ilu dik il-mandra ta' gazzetta l-MaltaToday irrappurtat li Louis Grech xi workaholic. U tant dħakt li qabżuli d-dmugħ u bdejt negħreq fid-dmugħ tiegħi. Jekk hawn għażżien u persuna li ma jagħmel xejn huwa Luigi Grech. Jien niftakru meta kien żgħir, u biex jippoppa sidru u jiġru wara xi dublett, ija … kemm kien jaħdem. Imma mbagħad biex imidd idejh għax-xogħol trid tagħmel wegħda minn dawk il-kbar. New look għal Ira Jiena ma nafx jekk hux l-età jew l-ormoni imma għiduli jaqaw Ira kellha xi xogħol fuq in-naħa ta' fuq ta' ġisimha? U dik il- libsa, Marija Santissima, dak il-ħin kont qed ingerrem għadma u gdimt ilsieni. Aħħ kemm weġġajt. Insomma l-koppja Gianluca u Ira jibqgħu l-favoriti tiegħi. U mhux ta' b'xejn Gianluca dejjem bit-tbissima fuq wiċċu. Il-parir ta' Jonathan Kemm ħadt pjaċir nisma' lil Jonathan Shaw jispjega kif qed jara r-rwol tiegħu fil- Parlament Ewropew. Ikolli bil-fors nirrepeti li qal bl-Ingliż. U qal: The latter principle primarily touches on entrepreneurship and the importance of instilling a mindset of considering youths as the future employers rather than just future employees. Apparti l-fatt li qed jitkellem minn sormu, li ried jgħid Jonathan Shaw, kandidat sexy għall- Ewropa f 'isem il-PN, hu, li kull min hu impjegat jispiċċa xi darba jħaddem. Mhux hekk? L-ewwel ngħallem lil xi ħadd kollox imbagħad jitlaqni biex jiftaħ għal rasu. Ħallina tridx Sur Shaw! jriduhx jidher għax kulma jridu huma maġġoranza tal-voti. U balleċ jidher li kollox irranġat u hekk se jiġri. Tħawwadt biss għax qed ninduna li l-matematika m'għadhiex tinħadem bħal fi żmieni. Ara fehmuni din meta tal-Lejber kienu 1,500 vot minn taħt rebħu 4 siġġijiet (mill-irħas dawn) u issa li qegħdin 36,000 minn fuq se jkollhom tlieta siġġijiet. Boqq… li hu żgur hu li jkun xi jkun ir-riżultat Malta se tiċċelebra rebħa, l-unika pajjiż fid-dinja li f 'tellieqa bejn tnejn jirbħu t-tnejn. U bdejna nsemmu anke min se jitla' … Sant jidher li fl-aħħar se jingħaqad mal-partner li qatt ma waqaf iħobbha f 'għaxar snin li ilu jafha. Warajh qed tissemma Miriam il-ġurnalista Avukat għax isbaħ minnha għal din il-pożizzjoni m'hemmx, imbagħad għat-tielet siġġu jaħseb il-Bambin. Fuq in-naħa l-oħra Kazzola l-Fillandiża jidher li se taqta' lil kulħadd għax żgur li n-Nazzjonalisti mhux se jinsew kemm kienet kapaċi tbiegħ lil Malta fl-Ewropa. Kasetta għas-saħħa kbira li għandu f 'dan il-parlament li anke rnexxielu jwaqqaf skemi ta' ċittadinanza madwar l-Ewropa kollha m'għandux ifalli… u qed jingħad li l-fotografu għandu ċans aktar mill-peċluqu, il-miljunarju u l-balalu. In-Nimrod għandu widnejh kbar u jisma' ħafna waqt li jkun qed jgħarrex. Il-president tagħna lkoll Ma kienx mument li l-Prim daħħal f 'moħħu li jrid mara bħala president. Għax kulħadd beda jispekula fuq kull dublett li beda jara quddiemu. Li mhux qed jifhmu li llum anke persuna li tneħħi l-għasfur u tibdlu f 'bejta wkoll tgħodd bħala mara eh. Għalkemm jien min-naħa tiegħi naqbel ma' Simone li jsir xi ħadd li jgħaqqad il-pajjiż kollu u dan m'għandu jkun ħadd ħlief Gonzi li rnexxielu jgħaqqad poplu sħiħ wara l-Lejber… TATA YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Waħda minn dawn għal President

