Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 SPORTSillum Riżultati Riżultati FA Cup Is-Sibt 15 ta' Frar Sunderland vs Southampton 1-0 Cardiff C. vs Wigan A. 1-2 Sheffield W. vs Charlton A. Posp. Manchester C. vs Chelsea 2-0 Fixtures FA Cup Il-Ħadd 16 ta' Frar 14:30 Everton vs Swansea C. 16:00 Sheffield U. vs Nottingham F. 17:00 Arsenal vs Liverpool It-Tnejn 17 ta' Frar 20:45 Brighton &Hove A. vs Hull C. Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 16 ta' Frar 12:30 Catania vs Lazio 15:00 Atalanta vs Parma 15:00 Cagliari vs Livorno 15:00 Genoa vs Udinese 15:00 Juventus vs Chievo V. 15:00 Sassuolo vs Napoli 20:45 Roma vs Sampdoria It-Tnejn 17 ta' Frar 20:45 Hellas Verona vs Torino Manchester City jpattuha lil Chelsea u jeliminawhom mill-FA Cup Illum issir l-Enduro Race f 'barriera l-limiti tas-Siġġiewi WARA li ftit tal-jiem ilu Chelsea barra minn darhom fl-Etihad Stadium għelbu lill-Manchester City bl-iskor minimu ta' 1-0 b'gowl ta' Ivanovic, illum kien imiss lil Manchester City li fl- istess stadium jegħlbu lill-istess Chelsea bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Stevan Jovetic fis-17-il minuta u minn Samir Nasri fis-67 minuta, biex eliminawhom mill- FA Cup u b'hekk nistgħu ngħidu li wettqu tpattija sportiva fuq it-tim immexxi mill-iSpecial One, Jose Mourinho. Il-'holders' Wigan Athletic barra minn darhom għelbu lil Cardiff City bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Chris McCann u Ben Watson fit-18 u fl-40 minuta rispettivament, waqt li Fraizer Campbell kien ġab l-iskor indaqs momentarjament għal Cardiff City fis-27 minuta. Sunderland ġewwa darhom għelbu lil Southampton bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jiġi skurjat minn Craig Gardner fil-50 minuta. Intant, il-logħba bejn Sheffield Wednesday u Charlton Athletic ġiet posposta. Illejla fil-5pm fl-iktar logħba mistennija tal- ġurnata, Arsenal jaffrontaw lil Liverpool ġewwa darhom fl-Emirates Stadium, biex b'hekk dawn iż-żewg timijiet se jkunu qed jaffrontaw lil xulxin f 'temp qasir wara li ftit jiem ilu Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield umiljaw lil Arsenal meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-1 fil-Kampjonat Barclays Premier. Tellieqa fil-Fawwara NHAR il-Ħadd 9 ta' Frar 2014 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kompliet bl-attivitajiet bis-sezzjoni Autocross fejn kienet organizzata t-tmien tiġrija mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Tul il-ġurnata kkompetew żewġ klassijiet bil-karozzi - dik misjuqa mis-Sewwieqa Maltin u klassi oħra bis- sewwieqa Għawdxin. Fil-Klassijiet sewwieqa Maltin rajna element ta' kompetizzjoni qawwija tant li ħadd mis-sewwieqa ma rnexxielu jirbaħ il-heats kollha tal-ġurnata. Spikkaw f 'din il-klassi Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Melo Zammit fuq Ford Escort u Josef Grech fuq Ford Fiesta li rnexxielhom jirbħu żewġ heats minn tlieta fejn ikkonfemaw posthom fil-finali tal-ġurnata fi Klassi A. Magħhom ikkwalifikaw Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Ryan Scerri fuq Opel Corsa u Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova. Wara żewġ False Starts fil- finali Klassi A minn Galea u Zammit, mat-tielet ħruġ rajna lil Grech, Zammit u Galea jieħdu l-ewwel tliet postijiet sal-ewwel kantuniera b'Zammit jieħu t-tmun tat- tiġrijiet segwit minn Galea u Grech. Sfortunatament Johnson kellu jirtira mit-tiġrija wara ħsara mekkanika waqt li Scerri kellu jirtira wkoll wara t-tielet dawra minħabba ħsara mekkanika wkoll. B'hekk kien faċli għal Vella biex javvanza fil-pożizzjoni tiegħu. Il-finali spiċċat b'Zammit jikseb ir-raba' rebħa f 'dan l-istaġun segwit minn Galea u Grech rispettivament u fir-raba' post spiċċa Vella. Għall-finali Klassi B ikkwalifikaw Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova, Joseph Martin fuq Opel Corsa, Philip Grima fuq Ford Escort, Duncan Delia u Christian Apap it-tnejn fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Pisani (57) flimkien ma' Farrugia li ħadu t-tmun ta' din il-finali b'Pisani fuq quddiem segwit minn Farrugia u Martin. Ftit qabel l-ewwel kantuniera Delia ġie mwissi mir-Referee tal-ġurnata wara azzjoni fuq Apap li kien ukoll milqut minn Martin li kien diġà qed jokkupa t-tielet pożizzjoni biex dan tal-aħħar spiċċa jkompli t-tiġrija fil-ħames pożizzjoni. Il-finali kompliet u spiċċat b'Pisani jirbaħ din il-finali segwit minn Farrugia u Delia. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Apap u Martin rispettivament. Fil-Klassi tas-Sewwieqa Għawdxin rajna tluq tajjeb ħafna minn Domenic Zammit fuq Alfa Sud segwit minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta u Marvin Grima fuq Opel Corsa. Ftit qabel l-ewwel kantuniera Agius wettaq azzjoni anti-sportiva fuq Zammit fejn Agius ġie mwissi mir-referee tal-ġurnata u ngħata penalità ta' tliet punti. Wara din l-azzjoni Zammit spiċċa tilef postu u b'hekk Grima avvanza għall-ewwel pożizzjoni. Dan baqa' jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu sal-aħħar u spiċċa rebaħ din il-finali segwit minn Zammit u Agius rispettivament. L-attivitajiet organizzati mill-ASMK ikomplu llum din id-darba barra mill- kumpless sportiv ta' Ta' Qali. L-Assoċjazzjoni, ASMK, għamlet l-arranġamenti meħtieġa biex tiġi organizzata attività Enduro Race fil- barriera fil-Fawwara limiti tas-Siġġiewi. L-attività se tkun organizzata għall-muturi Enduro u din se tkun it-tielet attività Enduro tal-istaġun. L-attività tibda fl-10am u r-reġistrazzjoni tiftaħ fid-9am. Din it-tiġrija tkun waħda bil-ħin u skond il-kumitat organizzattiv mistennija li jkun hemm korsa twila madwar 3.5 kilometri.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014