Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 27 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Tpattija sportiva minn Valletta fuq Naxxar Lions Ġlieda għall-ballun l-logħba bejn Valletta u Naxxar Lions Naxxar L .................0 Valletta ...................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT WARA li ftit tal-ġimgħat ilu sorprendentament Naxxar Lions kienu għelbu lil Valletta bl-iskor ta' 2-1 fil-Kampjonat BOV Premier, ilbieraħ Valletta wettqu tpattija sportiva fuq il-Lions meta fl-ewwel kwarti-finali mill- U*BET FA Trophy, huma għelbu lil Naxxar Lions bl- iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Denni Rocha dos Santos permezz ta' penalty. Għalkemm il-Beltin kienu bla dubju l-aħjar tim fil-logħba, Naxxar Lions ikkontrollaw tajjeb lill-avversarji u kellu jkun biss il-penalty ta' Denni li jagħmel id-differenza kollha fil- logħba. Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-logħba meta wara 10 minuti logħob xutt ta' Hamza Barry mix-xellug ġie mdawwar f 'corner. Il-Beltin marru fil-vantaġġ fl-24 minuta meta rebħu penalty wara li Mattia Del Negro waqqa' lil Denni fil- kaxxa u mill-11-il metru, Denni Rocha dos Santis ma żbaljax. Tliet minuti biss wara, Denni rċieva ballun fil-kaxxa u wara li kkontrolla l-ballun tajjeb ra x-xutt fil-baxx tiegħu jistampa mal-wieqfa. Fl-64 minuta l-goalkeeper ta' Valletta Nukri Revishvili dawwar tajjeb f 'corner tentattiv mill-viċin ta' Terrence Scerri. Fuq in-naħa l-oħra tal- grawnd, freekick ta' Roderick Briffa fil-75 minuta għadda ftit barra mil-lasti difiżi minn Julian Azzopardi. Finalment, ħames minuti mit-tmiem tal- logħba, tentattiv minn daqqa ta' ras tajba tal-plejer Għawdxi ta' Valletta Shaun Bajada, wara li rċieva minn cross mil-lemin ta' Denni, ġie milqugħ tajjeb minn Azzopardi. Naxxar L.: Azzopardi, Bakare, Buhagiar, Cassar, Da Silva Ribeiro, Decesare, Del Negro (Falzon 28'), Lopes de Souza, Reano, Scerri, Stojanovic (Rocha da Silva 82') Valletta: Revishvili, Caruana, Borg, Fenech, Mifsud Triganza (Montebello 46'), Briffa, Owonikoko (rassulov 46'), Barry (Agius 86'), Bajada, Rocha dos Santos, Maisuradze Referee Robert Harvey (IRL) DENNI ROCHA DOS SANTOS Twieled fil-21 ta' Awwissu 1982 f'Rio de Janeiro fil-Brażil Jilgħab bħala plejer ta' nofs il-grawnd offensiv Inġieb f'Malta minn Tarxien Rainbows lura fl-istaġun 2009/10 qabel ingħaqad ma' Valletta fejn kiseb u għadu qed jikseb suċċess liema bħalu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014