Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
30 illum Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 SPORTSillum Birkirkara l-quċċata tmiem l-ewwel rawnd WARA li fil-11 ta' Mejju 2013, il-klabb tal-futbol Karkariż kien qed jiċċelebra r-rebħ tar-raba' kampjonat fl-istorja, dan wara taqtigħa sal-aħħar mal-qalbiena Pawlisti ta' Hibernians, moħħ il-klan kollu tal- iStripes kien fuq jekk it-tim kienx kapaċi jirrepeti s-suċċess miksub fl-istaġun 2012/2013. Sa issa kull darba li l-Karkariżi kienu rebħu l-kampjonat, l-istaġun ta' wara dejjem kien ikun wieħed sa ċertu punt diżappuntanti, fejn it-tim kien jisfida biss biex iżomm postu fl-Ewropa u fil- fatt is-sofor u ħomor dejjem għalqu l-istaġun sussegwenti ta' rebħ ta' kampjonat fit-tielet post. Għal dan l-istaġun il- kumitat ta' Birkirkara mmexxi mill-ħabrieki Joe Zammit ħaseb minnufih biex l-iskwadra tibqa' kompetittiva. Wara li bir-raġun kollu ġie kkonfermat il-kowċ Paul Zammit u l-ħaddiema tiegħu, il-Karkariżi żammew l-ossatura tal-istaġun ta' qabel. L-uniċi rtokki li wettqu l-iStripes kienu l-akkwisti tal-attakkant Niġerjan eks Valletta u Dinamo Kiev, Frank Temile, l-attakkant eks Valletta Demba Toure, tad- difensur Brażiljan Mattheus Bissi u tal-plejer ta' nofs il-grawnd promettenti Daniel Zerafa mingħand Ħamrun Spartans. Mill-banda l-oħra ħallew il-klabb, id-difensur Brażiljan Rodrigo Pereira, il-plejer ta' nofs il-grawnd Spanjol Yosimar Hernandez, l-attakkant Brażiljan Joselito u dak Malti Jean Pierre Mifsud Triganza li ngħaqad ma' Valletta. Ta' min jinnota li fis-suq ta' Jannar sar tpartit bejn Demba Toure li ssieħeb ma' Tarxien Rainbows u l-attakkant Ronaille li sar plejer ta' Birkirkara. L-istaġun għall-Karkariżi beda fuq nota pożittiva meta l-iStripes kellhom prestazzjonijiet tajba fil-fażi preliminari taċ-Champions League kontra l-aqwa tim tas-Slovenja, NK Maribor. Wara parità ta' 0-0 f 'Ta' Qali fejn il-Maltin kienu sfortunati li laqtu darbtejn il-lasti, ġewwa s-Slovenja, il-Karkariżi ċedew għal gowl kull taqsima li skurjaw il-Vjola Slavi. Ta' min jinnota li għal dawn iż-żewġ logħbiet, l-iStripes kellhom nieqes lill-iskorer prolifiku Jhonnattann Benites. Sadanittant Maribor komplew juru l-qawwa tagħhom meta waslu sal-fażi tal-play offs fiċ-Champions League, u wara li nqalgħu bi żbrixx, daħlu fl-Europa League u saħansitra għaddew mill-gruppi ta' din il-kompetizzjoni. L-istaġun domestiku għall- ħomor u s-sofor beda bl-aħjar mod possibbli meta t-tim ta' Pawlu Zammit għeleb l-isfida ta' Hibernians bl-iskor ta' 3-2 fil-finali tas-Super Cup. Il-gowls tal-Karkariżi waslu minn Frank Temile, Demba Toure u Zach Muscat. Dan kien is-sitt suċċess tal-iStripes f 'din il-kompetizzjoni. Wara li ntemmet l-ewwel fażi tal-kampjonat, Birkirkara FC jinsabu fl-ewwel post b' 56 punt li ġew minn 18-il rebħa, żewġ paritajiet u żewġ telfiet. L-iStripes kisbu tal- anqas rebħa kontra kulħadd filwaqt li rreġistraw 'double' kontra Mosta, Balzan, Naxxar Lions, Floriana, Tarxien Rainbows, Vittoriosa Stars u Rabat Ajax. Il-Karkariżi saħansitra kisru rekord tal- klabb meta kisbu 13-il rebħa konsekuttiva fil-Kampjonat BOV Premier. L-aqwa skorer tal-iStripes sa issa fil- kampjonat huwa l-Brażiljan Jhonnattann Benites b'14-il gowl. Sadanittant, fil-fażi taċ-Championship Pool, il- Karkariżi se jibdew bi 28 punt, punt vantaġġ fuq Valletta FC u erba' punti vantaġġ fuq Hibernians. Ta' min jinnota wkoll, li l-iStripes qed ikollhom staġun brillanti fil-kampjonat ewlieni tal-'minors' fejn iż-żgħażagħ immexxija minn Peter Pullicino għandhom vantaġġ konsiderevoli fuq l-eqreb rivali. Anki fis-sezzjoni tan- nisa, il-Karkariżi, li huma ċ-champions renjanti, qed jisfidaw biex iżommu l-unuri li rebħu fl-aħħar snin! Birkirkara - l-isdanti ewlenin imkien ma' Valletta għar-rebħ tal-Kampjonat BOV Premier Is-sigriet wara s-suċċess ta' Birkirkara Badminton Club BIRKIRKARA Badminton Club jaf il-bidu tiegħu lill- Kulleġġ De La Salle. Kienet is-sena 1986 meta Bro. Thomas Bilocca avviċina lil Frank Abdilla u Joe Salomone biex jieħdu ħsieb u jħarrġu grupp ta' studenti mill- Kulleġġ li kienu interessati fil-badminton biex b'hekk ġie maħluq De La Salle Badminton Club. Wara xi snin inħass li kien wasal iż-żmien li l-klabb jibda jieħu sehem fil- kompetizzjonijiet tal-Għaqda Maltija tal-Badminton (illum Badminton Malta). Għalhekk De La Salle Badminton Club fetaħ il-bibien għal żgħażagħ (ġuvintur u tfajliet) li ma kinux jattendu l-Kulleġġ u bdiet l-avventura fil- kompetizzjonijiet. Meta fl-1999 il-klabb ma setax ikompli bit-taħriġ tiegħu fil- Kulleġġ, sab kenn fil-Kumpless Sportiv ta' San Alwiġi. B'hekk saret il-bidla fl-isem għal Birkirkara Badminton Club. Is-suċċessi tal-klabb bdew ġejjin mal-bidla fl-isem. Il-kumitat tal-klabb ħaseb li jagħti bixra aktar professjonali lill-klabb billi ħatar lil Martin Farrugia bħala Head Coach b'żewġ sessjonijiet ta' taħriġ fil-ġimgħa. Kienet iffurmata wkoll in-Nursery tal-klabb. Minn dak iż-żmien sal-lum Birkirkara Badminton Club ma ħarisx lura. Rebaħ il-Kampjonat tat-timijiet għal dawn l-aħħar ħames snin; il-membri tiegħu rebħu l-Kampjonati Nazzjonali f 'kull kategorija kemm-il darba; rebħu wkoll diversi kompetizzjonijiet lokali organizzati minn Badminton Malta. Saħansitra rebħu l-Mediterranean Friendship Games fil-badminton darbtejn – darba f 'Malta (fl-2010) u fi Sqallija (fl-2011). Illum uħud mill-plejers ħadu/se jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet internazzjonali. Fost il-plejers li għamlu isem għal Birkirkara Badminton Club insibu lil Jacqueline DeGiovanni (illum Abela DeGiovanni), Maria Borg, Fiorella Farrugia (illum Sadowski), Aldo Polidano, Stefan Salomone, Robert Salomone, Samuel Cali u Stephen Ferrante. Mistoqsi fuq x'inhuma l-aspettattivi għall-istaġun il-ġdid, Alfred Polidano, president tal-klabb, qal li din is-sena l-għan ewlieni hu li l-klabb ikompli jikber u jtejjeb il-livell tiegħu. "Din is-sena nixtiequ nagħmlu iktar enfasi fuq in-nursery tat-tim," kompla Polidano. "Fuq livell ta' kompetizzjonijiet, qed nimmiraw li nżommu t-titlu tal-Mixed Teams League, li hija l-kompetizzjoni ewlenija organizzata minn Badminton Malta għall-clubs, kif ukoll li l-membri tagħna jippruvaw jirbħu l-unuri kolla fil- kampjonati nazzjonali." Fl-aħħar nett, Polidano xtaq jirringrazzja lill-isponsors tal- klabb, Smart Office Supplies ta' Ħal Qormi u Go & Fun Green Energy Drink, li jagħtu għajnuna importanti finanzjarja sabiex Birkirkara Badminton Club ikomplu jiksbu s-suċċessi li ġabu dawn l-aħħar snin. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit tal- klabb: bkarabadminton.com jew jikkuntattja lill-klabb fuq birkirkarabc@gmail.com Stephen Ferrante - preżentament iċ-champion nazzjonali tad-Doubles u l- Mixed Doubles

