Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 31 SPORTSillum Ħidma sħiħa biex Vittoriosa Stars iżommu posthom mal-kbar META wasalna fi tmiem l-ewwel fażi tal- Kampjonat BOV Premier, wieħed jista' jgħid li Vittoriosa Stars kellhom bidu ta' kampjonat fejn minkejja d-diffikultajiet amministrattivi li kien hemm lejn tmiem l-2013 xorta waħda l-istaġun sa issa jista' jitqies bħala wieħed pożittiv. Il-Kumitat u l-kowċ Oliver Spiteri għamlu diversi akkwisti biex isaħħu l-iskwadra fis-sajf b' dawn ikunu Clive Spiteri mingħand Pietà Hotspurs, Michael Camilleri b'self mingħand Birkirkara, Gilbert Martin u Felipe Aguiar, it-tnejn b'self mingħand Mosta, kif ukoll bl-akkwist ta' żewġ barranin: Marcio Teruel u Oscar Guerrero. Akkwisti oħra b'self kienu t-tewmin Siraj u Samir Arab mingħand Valletta, filwaqt li aktar tard matul l-istaġun id-difensur Clive Brincat ingħaqad minn ma' Marsaxlokk. L-iStars bdew l-istaġun bi parità ta' 2-2 kontra Balzan b'Oscar Guerrero mill- ewwel ikun protagonist b'doppjetta iżda bl-isfortuna wkoll tagħti sehemha meta Vittoriosa Stars sofrew il-gowl ta' parità propju fl-aħħar minuti tal-logħba. L-isfortuna dehret li se tkun il-protagonista ta' dan l-istaġun tal-iStars hekk kif wara t-telfa ta' 0-2 kontra Mosta, it-tim t' Oliver Spiteri laqat il-lasta għal diversi drabi kontra Hibernians, minkejja r-rebħa ta' 5-2 miksuba minn dawn tal-aħħar fit- tielet ġurnata. Telfa oħra minima fl-aħħar minuti kontra Floriana bdiet tara l-partitarji Ġirbin jibżgħu li se terġa' tirrepeti ruħha l-istorja tal-aħħar staġun li huma lagħbu fil- Premier fl-2010-11 meta Vittoriosa Stars tilfu diversi logħbiet fl-aħħar ħinijiet tagħhom iżda żewġ rebħiet solitarji ta' 1-0 kontra Qormi u Rabat Ajax kif ukoll parità ta' 2-2 kontra Tarxien Rainbows serrħu ras il-klan Ġirbi li huma kienu se jagħtu sfida biex iżommu posthom mal-kbar. Wara telfa oħra fl-aħħar minuti kontra Valletta (1-2) u Sliema (0-2), Vittoriosa Stars ġabu punt prezzjuż kontra Naxxar Lions (1-1). Sfortunatament hawn tfaċċa l-maltemp amministrattiv għall-Ġirbin u dan irrifletta ukoll fil-wirjiet fqar murija fil-grawnd fejn it-tim irreġistra ħames telfiet konsekuttivi kif ukoll kellu jwaqqaf żewġ barranin: Marcio Teruel u saħansitra l-captain tat-tim Ramon dos Santos. Minkejja l-maltemp, hawn ħarġet id-determinazzjoni tal-Kumitat, staff tekniku u plejers tal-iStars li baqgħu jaħdmu bla heda biex l-iskwadra tibqa' kompetittiva u qabel il- waqfa tal-Milied, it-tim t'Oliver Spiteri kiseb rebħa importanti kontra avversarju dirett: Qormi (2-1). Is-sena 2014 bdiet bil- wasla ta' Felice Bellini li ġie maħtur bħala Direttur Ġenerali tal-iskwadra u b'diversi plejers barranin ġodda fosthom id-difensur Ousmane Sidibe, il- plejers ta' nofs il-grawnd Francisco Arrigada Mella, Seydou Bamba u Federico Santaguida kif ukoll l-attakkant David Garcia Mitogo. Barra minn hekk il-klabb ħatar ukoll lil Vincenzo Cosa bħala Direttur Sportiv. Fil-grawnd intant, Vittoriosa Stars kisbu żewġ telfiet (0-1 kontra Naxxar Lions u 0-4 kontra Valletta), iżda kisbu rebħa kbira u importanti ta' 3-0 kontra Tarxien Rainbows. Fiż-żewġ logħbiet ta' wara, l-iStars kienu sfortunati li kisbu telfa minima ta' 1-2 kontra Sliema Wanderers filwaqt li kontra Rabat Ajax, Marcelo Pereira skorja l-gowl li mhux biss il-Ġirbin bih rebħu l-logħba iżda li permezz tiegħu l-captain Brażiljan skorja l-100 gowl tal-karriera tiegħu hawn Malta. Ix-xahar ta' Jannar intemm bl-akkwist taż- żagħżugħ Taljan Leonardo Torri mingħand Livorno kif ukoll bl-akkwist b'self mingħand Hibernians tal- eks goaler internazzjonali Mario Muscat li permezz tiegħu t-tim t'Oliver Spiteri ssaħħaħ sew. Ta' min isemmi wkoll li Vittoriosa Stars sar l-ewwel klabb Malti li pparteċipa għas-sessjoni tal-Calciomercato li saret fil-lukanda ATA ġewwa Milan permezz tal-President Erskine Vella u d-Direttur Ġenerali Felice Bellini. Dan kien pass 'il quddiem għall- klabb Ġirbi huwa u jipprova jsaħħaħ il-kredenzjali tiegħu bħala wieħed mill-klabbs ewlenin f 'pajjiżna. Meta wieħed iqis id- diffikultajiet li għadda minnhom il-klabb matul dan l-istaġun, ftit kienu dawk li basru li sa tmiem l-ewwel fażi, Vittoriosa Stars se jkunu għadhom fil-ġlieda sew kontra r-relegazzjoni. Il-fatt li t-tim ġab ħafna mill-punti kontra l-avversarji diretti tagħhom flimkien mal-ħidma sfieqa ma taqta' xejn tal-kumitat flimkien mal-istaff tekniku tawgura tajjeb għat-tieni fażi tal-kampjonat bit-tama li f 'Mejju, il-klabb Ġirbi jkun qed jikteb paġna tad-deheb fl-istorja antika tiegħu; dik li għall-ewwel darba jkun żamm postu fil-Kampjonat BOV Premier għat-tieni sena konsekuttiva. Minbarra dan il-għan, il- klabb għandu wkoll għanijiet oħra fejn fost oħrajn se jkomplu l-investimenti li l-klabb għamel fil-każin li għandu fi Triq Desain, il- Birgu, kif ukoll investimenti tekniċi li jistgħu jkomplu jtejbu l-faċilitajiet ta' taħriġ li għandu l-klabb attwalment. Dan mingħajr ma wieħed jinsa n-nursery ta' Vittoriosa Stars fejn il-klabb qiegħed jaħdem biex finalment ikollna iktar plejers min-nursery li jkunu tajbin biżżejjed biex finalment jagħmluha mal- ewwel tim b'mod regolari. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għall-Assistent Segretarju ta' Vittoriosa Stars, Antonello Abela. Ħidma seqa lejn is-suċċess

