Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 SPORTSillum L-isport tal-Ekwestri qed ikompli jikber fil-popolarità Ftuħ ta' orizzonti ġodda għall-golf f 'Malta LISPORT tal-ekwestri ilu fis-seħħ għal ħafna snin u riċentament żied fil-popolarità fil-gżejjer Maltin. ħafna mill-pubbliku huwa konxju minn sports bħal mhuma t-Tiġrijiet taż-Żwiemel u l-Polo iżda fl-aħħar snin kienu inqas konxji mid-dixxiplini tad- Dressage u x-Showjumping. Iżda dan qed jinbidel u iktar ġerrejja taż-żwiemel qegħdin jitgħallmu d-dixxiplini tad-dressage u x-show jumping. Sfortunatament hemm informazzjoni skorretta fuq il-fatt li tirkeb żiemel huwa faċli u li kulħadd jista' jagħmilha. Però li wieħed jirkeb żiemel huwa kemm teknikament kif ukoll fiżikament diffiċli kemm għaż-żiemel innifsu kif ukoll għall-ġerrej. L-istess prinċipji ta' taħrig, 'warm- up', eżerċizzju u 'cool down' huma parti importanti miż-żewġ dixxiplini tal- equestrian. Flimkien ma' dan, insibu l-fatt li ġerrej għandu jifforma speċi ta' relazzjoni maż-żiemel li jkun qed jirkeb li jkun jiżen madwar nofs tunnellata u jikkonvinċi lill- istess annimal biex jaħdem miegħu. It-taħriġ għandu jsir b'mod uman li fih iż-żiemel jitgħallem jieħu gost bit- taħriġ tiegħu li għandu jiġi miżjud ukoll b'attivitajiet ta' rilassament fosthom dak li huwa msejjah 'hacking out' u li ż-żiemel ikun imħolli liberu f 'għalqa biex jesibixxi iktar aġir naturali. Bħala żmien, jieħu madwar tlieta sa sitt snin biex żiemel jiġi mħarreġ biex jikkompeti kemm fi dressage jew fil- qbiż waqt li r-relazzjoni u l-proċess ta' titjib jibqa' għaddej matul il-ħajja kollha taż-żiemel. Flimkien mal- ġerrej u ż-żiemel, insibu wkoll tim sħiħ ta' nies wara kull kombinazzjoni ta' żiemel u/jew ġerrej. Veterinarji, 'trainers','farriers', fiżjoterapisti, nutrizzjonisti u sidien kollha jiffurmaw parti minn tim li l-għan tagħhom huwa dak li joħorġu l-aħjar kemm miż-żiemel kif ukoll mill-ġerrej. Dawn iż-żewġ sports jiddiversifikaw minn xulxin b'mod kemxejn sinifikanti. Id-dressage hija d-dixxiplina fejn iż-żiemel jiġi mħarreġ sabiex jiċċaqlaq b'tali mod u manjiera li turi ċertu ritmu. Iż-żiemel u l-ġerrej jiġu eżaminati permezz ta' test fejn membru tal-ġurija jarahom jagħmlu serje ta' movimenti tal-ġinnastika f 'arena kbira 60 metru b'20 metru. Huma jiġu mmarkati f 'kull moviment minn 10 u l-ġerrej li jikseb l-ikbar skor jirbaħ il-klassi li fiha jkun qed jipparteċipa. L-ikbar ma tkun il-klassi, ikbar ikunu l-moviemnti li jkunu mitluba. Preżentament Malta qed titjieb f 'dan il-lat hekk kif ikkompetiet f 'avveniment internazzjonali bl-isem ta' World Dressage Challenge għal dawn l-aħħar sentejn. Il-kompetizzjoni li jmiss se ssir fis-7 ta' Diċembru f 'Montekristo u hija b'xejn għall-pubbliku biex jattendi. Ix-'show jumping' huwa sport ieħor li qed jikseb ċertu popolarità f 'pajjiżna. Huwa sport intensiv ħafna u diffiċli li jinvolvi ammont tremend ta' saħħa miż-żiemel u ħila mill-ġerrej. Bħalma jsir fid-dressage, iż-żiemel għandu jiġi mħarreġ biex ikun elastiku iżda l-iktar importanti huwa li l-annimal għandu jkun ikkordinat u b'saħħtu biżżejjed biex jaqbeż serje ta' ostakli li jkunu f 'ordni partikolari. Jekk jirnexxielhom jaqbżu dawn l-ostakli kollha u ma jwaqqgħux lil xi wieħed miż-żwiemel jew jekk iż-żiemel ma jirrifjutax li jaqbeż, imbagħad dak il- ġerrej jew żiemel javvanza għar-rawnd ta' wara fejn jittieħdilhom il-ħin. L-iktar wieħed li jirreġistra ħin veloċi jirbaħ il-klassi. Il-komunità tal-Equestrian lokali hija fortunata li riċentament infetaħ Ċentru ġdid tal- Equestrian f 'Montekristo li għandu wiċċ li fuqu x-xogħol taż-żwiemel huwa speċifikament iddisinjat biex jitnaqqas ir-riskju ta' injury u jtejjeb il-livell tal-wirja. Ġie ffurmat ukoll klabb ġdid tal-equestrian li jġib l-isem ta' Montekristo Equestrian Club li qed jaħdem mal- klabbs l-oħra, fosthom Pegasus, Magħtab, La Vallette Club u l-klabbs li jagħmlu cross-riding biex b'hekk jiġi organizzat spettaklu ta' kull ġimagħtejn ġewwa Montekristo. Montekristo dejjem jipprovdi spettaklu b'xejn għal kull min jidħol fiż-zoo fi tmiem il-ġimgħa u fil-vaganzi pubbliċi fejn iż-żewġ sports jiġu murija. Il-Federazzjoni Maltija tal-Ekwestri rat ukoll żieda fl-ammont ta' tfal li bdew jipprattikaw dan l-isport b'iktar minn 40 kompetitur ġdid fl-aħħar tmien xhur. Lezzjonijiet huma disponibbli f 'Montekristo stess u postijiet oħra bħall-Magħtab u l-Marsa fejn it-tfal jiġu mgħallma kif jirkbu ż-żwiemel minn għalliema mħarrġa f 'dan l-isport. L-istess Federazzjoni lokali tinsab ferm ottimista li dan l-isport ikompli jikber f 'pajjiżna u li l-pubbliku Malti jkun iktar espost għal dan l-isport. Intant, illum fil- korsa taż-żwiemel fil-Marsa, se jsir il-Festival tal-Ekwestri fejn se jieħdu sehem diversi klabbs affiljati mal-Malta Equestrian Federation, u l-programm se jkun qed jinkludi diversi attivitajiet fosthom dressage, tlielaq taż-żwiemel, turnament tal-Polo u attivitajiet oħra ntiżi għall-familja kollha. Ringrazzjament speċjali għall-informazzjoni li dehret f 'dan l-artiklu jmur għal James Dalli, li huwa l-Kordinatur tal-attivitajiet sportivi organizzati minn Montekristo Equestrian Club. L-isport biż-żwiemel qed jikseb il-fama f 'pajjiżna YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Aloysians t-tentattiv li jiksbu l-unuri kollha l-handball ILKLABB tal-Handball tal-Aloysians din is-sena qed jaħdem bis-sħiħ biex jikseb kemm jista' unuri. Il-mira ta' kull membru, kemm fil- kumitat kif ukoll kull plejer fl-erba' timijiet, hija waħda: jaħdmu bis-sħiħ biex jagħtu l-massimu f 'kull logħba f 'dan l-istaġun biex b'hekk jiksbu l-aħjar riżultati. Dan l-istaġun, għall-klabb tal- Aloysians hemm erba' timijiet jikkompetu f 'erba' kategoriji differenti. Fil-kategorija tal- kbar insibu lit-tim tal-irġiel, Aloysians Von Taine, li qed jagħtu wirja fantastika tal- logħba tal-Handball. Taħt id-direzzjoni tal-kowċ Matthew Mamo, waslu sa nofs l-istaġun fit-tieni pożizzjoni tal-klassifika. Il-captain Philip Mifsud qed jixpruna lit-tim biex flimkien iżommu l-livell ta' preparazzjoni għoli kemm jista' jkun ħalli jagħtu l-massimu tagħhom f 'kull logħba. Iż-żieda tal- plejer barrani Karol Lemish kienet ukoll determinanti biex il-logħba tiġi iktar interessanti minn naħa ta' dan it-tim. LASSOĊJAZZJONI tal- Golf f 'Malta twaqqfet fl-2006 ibbażata fuq l-affiljazzjoni ta' individwi li jilagħbu l-golf bis-saħħa tas-sħubija tagħhom ma' klabb jew soċjetà tal-golf. Essenzjalment, dan ifisser li kull golfer f 'Malta għandu dritt ta' vuċi fil-mod kif l-MGA hija amministrata permezz ta' Laqgħa Ġenerali li hija miżmuma darba kull sentejn. L-Assoċjazzjoni taħdem fuq kollox biex tħares it- tradizzjoni tal-logħba billi tiżgura l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-golf u dik ta' sistema komuni tal-'handicap', biex tiżgura li r-regoli tad-dilettanti ma jiġux miksura; biex tistabbilixxi u tkun responsabbli għall- manutenzjoni ta' mġiba għaqlija biex tħares it-tfal fl-isports kif ukoll ir- regolament tal-anti doping; biex tkabbar il-logħba tal-golf f 'Malta u sabiex tidentifika, tinkoraġġixxi u tgħin golfers b'ċerta ħila jtejbu l-logħba tagħhom u tippermettilhom li jirrappreżentaw l-klabb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014