Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
4 illum | Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 BEJG! TA' UNITS TAL-GVERN! ! "#!$%%$&'$()*'+,!#!($+-.*)'')-,!"/!0$&$11!02$3345)602!5+!%&)77!+--8--+96$'! ! "#$%&'%&()*+(,)*!(,-.+/0!123,&4,&4+&+5!30&6+&&+75!8+#4+&+5!8,&4'%5!9)##,):+5!9;+&&5!9*+&1+5!<+'#+5!! <)6/&'4)5!=+>&+5!=&)-7,5!?+&@,)-5!A)//0B5!A)(*0-5!A0&&,)CD!! ! E$+%%#,4+FF('-,(,)*!(,-*#+CB:0!/)(-!GH!I!JGK!JL$JM!*+2!N&+&!JOGLD! E$,.4)6+!*,-B:+#+C!1,*$JM!*+2!N&+&!JOGLD! ! "#$1'-7,!(,;0!+##'4+*,!.4'-*!4&,*)&(+!*+2!%0-*,D! ! :;<=!>:?@
>>DU'0.,-B+0*U'&,*VDW'6D6*! ! ! ! ! ! Ċertifikati tat-twelid mingħajr fonts Maltin JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ILMODA li ġenituri jsemmu t-tfal tagħhom b'ismijiet Maltin donnha qed terġa' taqbad rankatura. Iżda din ma kinitx raġuni biżżejjed biex id-dipartiment tar-reġistru pubbliku jdaħħal il-fonts Maltin. Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-ġenituri li jsemmu t-tfal tagħhom b'ismijiet li għandhom bżonn ittri tal-alfabett Malti (fosthom 'ż' u 'ċ') baqgħu diżappuntati meta raw li fuq iċ-ċertifikat tat-twelid, l-isem ma nkitibx kif kellu jinkiteb minħabba n-nuqqas ta' dawn l-ittri. B'hekk, ismijiet bħal Żeppi, Ġużè, Ġanni, Ċensu, Franġisk u Ġorġ fost oħrajn ma jistgħux jinkitbu kif suppost. Dan in-nuqqas ilu jeżisti għal diversi snin. Li kompjuter jibda jutilizza l-fonts tal- Malti ma tirrikjedix teknoloġija ġdida jew ħafna kumplikazzjonijiet. Tirrikjedi biss xogħol ta' ftit minuti u ftit taħriġ lill- impjegati. Din hija waħda mir- raġunijiet għalfejn l-użu tal-fonts bil-Malti nfirex u qed jiġi użat aktar. Iżda milli jidher dan ma japplikax għad-dipartiment tar- reġistru pubbliku, li fost oħrajn joħroġ ċertifikati tat-twelid, ta' mwiet u ta' żwiġijiet. Ġenituri affettwati li tkellmu ma' din il-gazzetta esprimew il-frustrazzjoni tagħhom għal dan in- nuqqas. Qalu kif ma setgħux jifhmu kif nuqqas li faċilment seta' jiġi indirizzat mingħajr problemi għadu jeżisti wara diversi snin. Bla tweġiba għall-ilment wara xahrejn u nofs MARA li ma tħallitx titla' fuq ajruplan tal-Air Malta għax 'kien sar il-ħin' għadha bla tweġiba għall-ilment li għamlet mal-customer care aktar minn xahrejn ilu. Lejn l-aħħar ta' Novembru, il-mara ma tħallietx titla' ajruplan għax il-ħin taċ- check-in kien għadda minkejja li kien għad hemm passiġġieri oħra fiċ-check-in area. Hi lmentat dwar dan fl-24 ta' Novembru u ġurnata wara, impjegat milll- customer care tal-Air Malta infurmaha li l-kumpanija kienet qed tevalwa l-ilment u li se tkun qed tirrispondiha kemm jista' jkun malajr. Għaddiet ġimgħa imma baqgħet bla tweġiba, allura bagħtet tfakkira dwar l-ilment tagħha. Kellha terġa' tagħmel dan fis-7 ta' Jannar u fis-26 ta' Jannar 2014. Wara li għaddew xahrejn u nofs mill- ewwel ilment, il-passiġġiera għadha qed tistenna risposta. "Dan mhux il-mod kif il-kumpanija nazzjonali tal-ajru għandha tittratta lill-konsumaturi. Dan għax jafu li mxew ħażin miegħi jew għax qas ikkunsidraw x'jilmentaw dawk li għamlu użu mis-servizz tagħhom? Għax jekk dan hu l-każ, mhux ta' b'xejn li aktar u aktar passiġġieri qed ifittxu prezzijiet aħjar ma' kumpaniji li għandhom customer care aktar effiċjenti!" ilmentat din il- mara. F'kummenti ma' din il- gazzetta, hi qalet li 'l bogħod minn jekk għandhiex raġun jew le, wara xahrejn u nofs ta' stennija tinsab iddiżgustata minn kif ġiet trattata. "L-aktar regola bażika ta' kortesija titlob li almenu jkun hemm xi tip ta' reazzjoni," temmet tgħid din il-mara. Il-banek Maltin b'rati għoljin meta mqabbla mal-medja tal-Ewropa JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt IDDEPUTAT Laburista Silvio Schembri ilu tul dawn l-aħħar snin josserva kif il-banek Maltin qegħdin jirrispondu għall-politika Monetarja tal-Unjoni Ewropea. Hu sostna li dejjem kellu dik il-mistoqsija fuq jekk hux il-banek Maltin qegħdin iżommu rati ta' interessi għoljin ħafna meta tqabbilhom ma' banek oħra Ewropej u li qegħdin joperaw f 'ambitu ekonomiku simili. Riċentament kien hemm il- Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta għamel appell lill-banek sabiex dawn inaqqsu r-rati tal- interess fuq is-self. Schembri qal li immedjatament talab lill- Gvernatur sabiex imur quddiem il-Kumitat Parlamentari u jagħmel preżentazzjoni fejn jispjega kif wasal għal din il- konklużjoni. "Din il-preżentazzjoni wriet biċ-ċar li t-tħassib li kelli huwa fattwali. Filwaqt li nifhem li l-banek qegħdin hemm sabiex jagħmlu profit, wieħed irid iżomm f 'moħħu li l-banek għandhom obbligu lejn is-soċjetà kif ukoll lejn l-ekonomija tal-pajjiż." Id-deputat Laburista spjega kif mingħajr tkabbir ekonomiku l-funzjoni ta' bank tiċkien ħafna. Minn naħa l-oħra mingħajr l-attività kummerċjali ta' self tal-banek it-tkabbir ekonomiku jkun wieħed limitat ħafna. Ir-rata ta' imgħax għal-Non Financial Corporations (NFCs) tal-banek Maltin hija waħda pjuttost għolja mqabbla ma' dik tal-pajjiżi Ewropej. Fil-fatt Malta hija l-ħames l-iktar għolja wara Ċipru, Greċja, Portugall u Slovenja u iktar għolja mill-medja Ewropea. Wieħed jinnota wkoll illi l-Italja u Spanja, li huma pjuttost stressed economies, ukoll għandhom rati inqas minn Malta. L-ekonomista Schembri sostna li jeħtieġ ninnutaw li filwaqt li fl-2009 s-self għan-negozju mill-banek kien qiegħed jiżdied b'rata ta' 14%, dan beda nieżel sena wara sena sakemm s-sena l-oħra laħaq iż-0%. Meta tqabbel din ir-rata mal-medja ta' dawk il-pajjiżi li m'għandhomx inkwiet ekonomiku, wieħed jara li l-banek Maltin mhumiex isegwu l-istess triq. Dan joħroġ mill-fatt ukoll li filwaqt li fis-sena 2009 id-differenza tar-rata li joffri l-Bank Ċentrali Ewropew u dik li joffru l-banek Maltin kienet ta' 2.8%, fl-2013 Franco Debono f 'Reporter GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Il- programm ser jiddiskuti l-proċess ta' konsultazzjoni, qabel il-liġi dwar il- finanzjament tal-partiti tidħol fis-seħħ. Reporter se jeżamina wkoll ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja u numru ta' deċiżjonijiet oħra li ttieħdu mill-Gvern matul dawn l-ewwel xhur. Il-mistiedna speċjali ser ikunu l-Kummissarju tal-Liġijiet Franco Debono u l-Kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech u Miriam Dalli. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser janalizza l-ħidma li qed iwettaq l-eks deputat Nazzjonalista Debono f 'dan il-qasam. Ser jistaqsi x'bidliet hemm bżonn fil-qasam tal-ġustizzja. Fiex wasal il-proċess dwar ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja? It- thresholds fuq l-ammont ta' flus f 'donazzjonijiet lill-partiti politiċi u li huma permessi fil- liġi, huma baxxi wisq? Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl- 22.15 fuq TVM2.

