Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 19 Smarties pulizjeska iżda komika ta' "Get Smart." Pulizija li kellu saħansitra telefon fit-takkuna taż-żarbun. Bla fili ma għandniex xi ngħidu u l-prekursur primittiv tal- mobile phones tal-lum. Dan il-pulizija fil-fatt kien kollox barra "smart"! Għalhekk mhux xi ħaġa ġdida li din il-kelma ġiet assoċjata flok ma' xi attività intelligenti ma' xi attività li jekk ma tkunx stupida żgur li ma tfakkrekx fl- intelliġenza. Nieħdu l-każ ta' Smart City. Jista' jkun li meta tkun spiċċat tinbena tkun "smart" iżda sa dakinhar il-5,000 elf żagħżugħ li kellhom ikunu impjegati bis-saħħa ta' dan il-proġett mill-anqas tliet snin ilu għadhom jittewbu. L-uniku ħaġa "smart" li kien hemm kienet li serviette ta lixka elettorali fl-2008. Anke l-famuż "Corporate Village" kienet idea "smart." Iżda għal darba oħra kienet lixka, għax kienet finta oħra daqs kemm finta kienet il-brikk tad-deheb li ngħata l-ex-ċermen tal-Enterprise Alan Camilleri għal dan il- proġett li ma sar qatt. Ftit tal-jiem ilu erġajna smajna bil-kelma "smart" fl-aħbarijiet. Din id-darba fiċ-ċentru tal-polemika l-"ismart meters", li milli jidher ma huma smart xejn. Anzi bil-kuntrarju. Minn ivvintahom ma kienx jaf li l-Malti huwa "smart" aktar... mhux f 'sens tajjeb iżda f 'sens ħażin. Jiena ma nafx x'ġara u kif saru l-affarijiet. Iżda kulħadd inħasad għaliex skont kif kien jgħid Austin Gatt, dawn kienu meters li ma kienu ser iħallu lil ħadd jidħak bihom! Il-meters l-antiki kienu u għadhom faċilment manipulabbli. Ħadd ma għadu jidħollu f 'moħħu li jbagħbas fihom, iżda jidher li huma aktar vulnerabbli għat-tbagħbis. Nisimgħu bi stejjer ta' twaħħil ta' kalamiti magħhom, ksur ta' siġilli, toqob irqaq daqs ras ta' labra fil-ġenb tagħhom biex iwaqqfu d-diska milli ddur. Ftit huma dawk li jinqabdu u aħsbu daqsxejn kemm isir serq ta' dawl kull sena. Huwa stmat li dan jammonta għal madwar 30 miljun ewro fis-sena. Ċifra mhux żgħira u gravi ħafna "fid-dawl" tad- djun li għandna l-Enemalta! Għalhekk kulħadd ħadha bi kbira li issa anke l-"ismart meters" huma vulnerabbli għall-makkakerija tal-Malti. Nittama biss li dan ma kienx qiegħed isir bil-kompliċità ta' min jaħdem fuq ġewwa tal-Enemalta kif qiegħed ikun allegat għaliex il-biċċa ser tkun aktar serja. Dejjem kienet problema dwar min se jishar fuq min suppost jishar fuqna. Sal-lum għadna ma sibniex sistema "smart" biżżejjed biex issib soluzzjoni għaliha. Iżda rridu nammettu li jekk iċ-ċittadin jiżbalja ma tantx kellu eżempju tajjeb quddiemu. Pereżempju jidher li diġà kien hemm xi indikazzjoni taħt l-Amministrazzjoni l-oħra dwar din tal-meters u ħadd baqa' ma għamel xejn. Ġara hekk fid-Dipartiment tal-VAT meta l-Ministru responsabbli ta' dak iż- żmien meta infurmat li jista' jkun qiegħed ikun hemm serq tal-VAT ħass li ma setax joqgħod fuq it-tqasqis. Meta faqqgħet il-bomba kien tard wisq. Ftit kliem "we do not outsmart the smarties"! Iżda l-eżempji li suppost nagħtu ma huma "smart xejn." Ma hemm xejn "smart" ta' kif kien jixtara ż-żejt. Lanqas min kien qiegħed jabbuża kien jaf li l-politiċi ma kinux "smart" biżżejjed biex jintebħu b'dak li kien qiegħed jiġri. Tant huwa minnu li dak li kien irregolari kien qisu sar ir- regola. Kellha tkun gazetta li tkun "smart" biżżejjed biex tikxef dak li kien qiegħed jiġri! Lanqas meta l-kabinett iddeċieda li jagħti 600 ewro fil-ġimgħa mingħajr ma basar li xi ħadd kien ser jintebah. Ma kienx "smart" biżżejjed għaliex l-affarijiet ma jsirux hekk. Imnalla għandna Awditur ġenerali li huwa "smart" biżżejjed mhux biss li jagħmel xogħlu sew iżda li jitkellem fejn għandu jitkellem. Jekk qatt jiġru ħwejjeġ simili taħt din l-Amministrazzjoni ħalli jagħmel l-istess! Fi ftit kliem il-kelma "smart" ġiet abbużata, użata u manipulata. Għandna pajjiż li għandu xi ftit tad- dijabete istituzzjonali... għaliex għandna wisq "smarties" ! waħdieni, ma kienx kapaċi jagħti risposta imma laqlaq li huwa jippreferi li jkollna żewġ btali nazzjonali, ir-Repubblika u l-Indipendenza. B'hekk żgur li ma jiddeludi lil ħadd fuq in-naħiet differenti tal-qasma politika. Min jistenna li jkollna xi Zizek jew Krugman fostna li ma joqgħodx idur mal-kantunieri, ser joħroġ iddiżappuntat. U għalhekk l-intervent ta' Marion Falzon Ghio huwa bħal manna fid-deżert mimli bil-medjokri li mhumiex kapaċi jiflu d-dinja ta' madwarhom u jaraw x'hemm fiha jew agħar minn hekk, jiflu, jaraw u jifhmu imma għal xi raġuni jew oħra jibqgħu kwieti. Iħallu lill-politiċi jesprimu s-sentimenti li ħafna minnhom iħossu, sentimenti li l-politiċi spiss jinfiltrawhom u jagħtuhom il-bixra li jixtiequ. Għaldaqstant meta xi ħadd jissupera l-inibizzjonijiet li inevitabbilment xi ftit jew wisq ikollu u jiddikjara pubblikament u bla tlaqliq ta' xejn dak li jħoss, is- soċjetà għandha tieqaf u tapplawdih, anke jekk mhux neċessarjament wieħed jaqbel ma' dak kollu li jkun qal. M'hawnx sens ċiviku akbar u m'hawnx parteċipazzjoni demokratika aqwa milli wieħed jesprimi dak li jħoss u speċjalment fuq materji li ma jagħtuh l-ebda benefiċċju materjali. Is-sinjura Falzon Ghio fl-intervent tagħha ta' nhar it-Tlieta ħaditha qatta bla ħabel kontra dawk il-ġenituri li jittraskuraw lil uliedhom, jibgħatuhom l-iskola maħmuġin, iħalluhom bin- nits f 'xagħarhom għal xhur, mingħajr uniformi. Jew lanqas biss jibgħatuhom l-iskola. U dan mentri l-ġenituri jonfqu l-benefiċċji soċjali li jirċievu, li mhux dejjem huma intitolati għalihom, fuq tatwaġġi, sigaretti, xagħarhom u difrejhom. Ikkritikat ukoll il-fatt li bosta studenti jaqbżu l-iskola għax jingħataw ċertifikati tal-mard minn tobba li jagħlqu għajnejhom. L-intervent ta' Falzon Ghio qajjem reazzjonijiet imqanqla. Bosta kienu dawk li qablu magħha u sellmu l-kuraġġ u l-onestà intelletwali tagħha. Imma mid-dehra mhux kulħadd kien kuntent b'dan l-intervent u kien hemm min ħa għalih. Tant li xi jumejn wara Falzon Ghio kellha tiddikjara li l-kummenti tagħha ma kinux diretti lejn il- ġenituri ta' Bormla imma kienu jirrigwardaw it-tfal kollha ta' Malta. Hija qalet li ltaqgħet ma' bosta każi ta' tfal li kienu mċaħħda mid-drittijiet bażiċi ta' saħħa, ikel u ndafa u awgurat li r-reviżjoni li ser issir tal-Att dwar Edukazzjoni tieħu ħsieb il-problema tal-assenteiżmu mill-iskejjel tagħna. Ma qablitx mal-proposta li għamlet l-unjon tal-għalliema, l-MUT li l-ġenituri li jittraskuraw lil uliedhom għandhom jitilfu ċ-"children's allowance" imma pproponiet li minflok flus, dan it-tip ta' ġenituri jingħataw vawċers li jkunu jistgħu jintefqu fuq il-ħtiġijiet tat-tfal. Wieħed mhux ser jaqta' kompletament l-abbużi b'dan il-mod imma jikkontrollahom. Is-sinjura Falzon Ghio poġġiet subgħajha fuq żewġ pjagi li ilhom jinfestaw dan il-pajjiż u li donnu ħadd ma jista' jsib tarfhom, jiġifieri dik tal-abbużi tal-benefiċċji soċjali u tan-nuqqas t'edukazzjoni ta' uliedna. Sabiex l-affarijiet jitpoġġew fil-perspettiva tagħhom, tajjeb li wieħed juri x'jonfoq l-istat f 'dawn is-setturi. Fl-estimi ta' din is-sena, hemm ivvutati €185 miljun għall-edukazzjoni u €828.5 miljuni għall-benefiċċji soċjali, b'kollox ftit aktar minn €1 biljun fl-isfond ta' nefqa totali rikorrenti ta' €2.7 biljuin barra t-€800 miljun meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għad- dejn nazzjonali u l-imgħax li jrid jitħallas fuqu. Impenn sinjifikanti ta' ftit anqas minn terz tal-ispiża totali tal-gvern bl-ispiża ta' sena f 'dawn l-oqsma ekwivalenti għal kemm il-gvern qed jittama li ser idaħħal mill-bejgħ tal-aħħar "prodott" li faqqasna, dak taċ- ċittadinnza. Huwa evidenti li għandu jiġi żgurat li tali spiża ssir bl-aktar mod għaqli u li tagħti r-riżultati meħtieġa. Rapport riċenti tal- Uffiċju tal-Awditur Nazzjonali wera kemm is-sistema mhijiex f 'saħħitha sabiex telimina lil min jabbużaha. Dan ir- rapport wera ukoll kemm spiss l-investigazzjoni li jwettaq il- Benefit Fraud and Investigation Department ma jiġiex segwit mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u min abbuża jibqa' jgawdi l-frott tat-tustaġni tiegħu. Fost il-każi li semma dan ir-rapport kien hemm dak ta' koppja li fil-waqt li ħadu €78,000 f 'benefiċċji f 'ħames snin, fl-2006 isselfu €233,519 sabiex iwettqu żvilupp ta' 19-il appartament, 2 mezzanin u 18-il garaxx li l-Uffiċju stima li jiswew €2.7 miljuni. Dawn il- benefiċċjarji kienu għaddew il- proprjetà lit-tifel b'donazzjoni u issa qed jallegaw li waqgħu f 'karestija kbira u għandhom bżonn il-benefiċċji biex jgħixu. Id-Dipartiment mhux talli ma ppruvax jieħu lura l-flus żejda li kien ħallas, talli ddeċieda li jerġa' jibda jagħtihom il- benefiċċji li kien waqfilhom. Sewwa jgħidu li bil-qaddisin titla' s-sema għax ir-rapport indika interventi kemm politiċi kif ukoll fiċ-ċivil... Huwa ċar li għandna parti mill-popolazzjoni li tfittex li tisfrutta s-sistema assistenzjali filwaqt li tinvolvi ruħha f 'attivatijiet ekonomiċi mhux iddikjarati. Spiss tisma b'individwi li jippreferu ma jaħdmux bil-ktieb imma jieħdu l-benefiċċji soċjali u forsi jaħdmu xi siegħa minn taħt biex jissupplementaw id-dħul tagħhom. Spiss tisma' b'każijiet ta' individwi li jmorru għand min qed ifittex lil min iħaddem bil- ħwejjeġ u ż-żraben tagħhom mimlijin tajn. Dawn l-abbużi huma a skapitu ta' min verament għandu bżonn din l-għajnuna... Falzon Ghio uriet ukoll problema oħra li għandna f 'pajjiżna li minkejja l-miljuni kollha li jintefqu, bosta huma dawk l-istudenti li joħorġu mis- sistema edukattiva illiterati jew jafu ftit li xejn. Jekk dan hux tort unikament tal-ġenituri jew hux tort tas-sistema edukattiva in ġenerali ma nafx imma huwa ċert li hija problema li ma tistax tittraskuraha. Xi kultant nissuspetta li l-litteriżmu f 'pajjiżna qed jikber mentri spiss nisma' li l-livell tal- istudenti li jidħlu l-Università nieżel sena wara sena. Dawn huma żewġ problemi kbar li żgur ħadd m'għandu s-soluzzjoni maġika għalihom. Tisma' spiss stejjer li ċertu politiċi taż-żewġ naħat li jibbażaw il-ħidma politika tagħhom fost il-kostitwenti billi jgħinuhom jieħdu l-benefiċċji soċjali. Forsi għalhekk ċerta politiċi li rari tismagħhom jiftħu ħalqhom jiġbru eluf ta' voti. Sabiex insibu soluzzjonijiet dejjiema għal dawn iż- żewġ pjagi, jeħtieġ tassew kunsens politiku fl-interess nazzjonali. Billi nagħmlu ta' bi ruħna li ma jeżistux mhux ser isolvu dawn il-problemi. L-ewwel li rridu nagħmlu hu li nirrikonoxxuhom. Grazzi ħafna, Marion Falzon Ghio, li ġbidtilna l-attenzjoni għal dawn il-problemi. Hekk forsi xi darba nibdew insibu soluzzjonijiet għal dawn il- pjagi u nissuperaw l-egoiżmi ta' min juża s-sistema għal benefiċċju tiegħu biss. Veritajiet skomdi

