Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 NEMMEN li l-politika hija servizz li jingħata lin-nies. Forsi għal ħafna l-politika hija biss waħda partiġġjana però ħafna drabi dawk li jkunu fil-politika jkollhom jindirizzaw ħtiġijiet li huma fl-interess tal- poplu u mhux ta' Ċikku jew Peppi. Anzi nemmen li filwaqt li għandek tipproteġi u tgħin lil min huwa f 'minoranza xorta waħda l-politiku huwa obbligat li jfassal il-ħsieb tiegħu billi jikkunsidra ukoll l-istampa kollha, fuq kollox l-għan huwa l-ħolqien tal-ġid komuni sabiex is-soċjetà ssir waħda aħjar. Ma rridux ninsew li l-kelma 'politika' diġà tgerrex lil ħafna nies, u saħansitra ġġib magħha ħsibijiet negattivi. Iżda bħal kull qasam, hemm min iżomm il-ġid komuni quddiem għajnejh u hemm min jara biss kif jissodisfa l-interessi tiegħu u ta' dawk ta' madwaru. Però ma dawk li jiżbaljaw ma għandhomx jeħlu dawk li jħaddmu politika serja u responsabbli. Jien ngħid li wieħed ikun matur fil-politika tiegħu, jiġifieri jkun iħaddan politika bis-sens, meta jimxi mal-prinċipju li l-għan aħħari jkun il-ġid komuni. Il-politika, jekk verament tħaddanha bħala servizz, titlob sagrifiċċji kbar kemm mill-persuna fil-politika kif ukoll fuq dawk ta' madwarha. Dan għaliex biex tħaddan politika bis-sens trid tkun man-nies, tgħix man-nies u tagħtihom widen. Mhux tismagħhom biss iżda verament tagħtihom widen. Politika bis-sens ma jfissirx li dejjem tagħmel kif jgħidlek wieħed jew l-ieħor għax jekk tagħmel kif jgħidlek allura akkwistajtu. Iżda jfisser li tisma', tagħti widen tant li tagħraf il- kawża, il-konsegwenzi u s-soluzzjoni tas-sitwazzjoni. Trid tfittex tagħraf l-interessi ta' kull min huwa involut u mbagħad tipproċedi sabiex tfassal il-ħsieb. Huwa biss hekk li tasal sabiex issib l-aħjar mod kif tindirizza l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tan-nies. Huwa ukoll hekk biss li tista' tibni argumenti tant sodi li bihom tikkonvinċi. Dan huwa importanti għal kull politiku li jaħdem f 'pajjiżu, iżda aktar u aktar essenzjali għal kull membru tal-Parlament Ewropew li jkun ġie elett. Fil-Parlament Ewropew kull membru għandu bżonn leħen ta' iljun anke jekk ikun daqs ġurdien. Malta għandha sitt membri li jirrappreżentaw lil Maltin u Għawdxin u ħafna jgħidu li allura dawn bla saħħa. Però kull wieħed minnhom għandu l-opportunità li jrabbi vuċi ta' ljun. Dan jiġri biss jekk tkun persuna ta' reputazzjoni tajba, taġixxi b'mod professjonali, tkun preparata, taf x'inhuma l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin, tifhem kif kull suġġett diskuss jista' jaffettwa lil poplu Malti u Għawdxi u b'argumenti li jagħmlu sens tikkonvinċi lil membri oħrajn jieħdu l-istess pożizzjoni tagħha. Hekk huwa l-istil ta' ħidma tiegħi u hekk irrid li naħdem jekk ningħata l-fiduċja sabiex nirrappreżenta lill-poplu fil- Parlament Ewropew. L-Ewropa għandha tfassal dawk l-istrutturi u miżuri li jgħinu lill-persuna tilħaq l-aspirazzjonijiet tagħha, iżda biex nassiguraw li dan isir iridu jiġu mismugħa u kkunsidrati d-drittijiet tiegħek fil-fora Ewropej. Leħnek tista' ssemmgħu anke b'mod dirett meta tagħżel min għandu jirrappreżentak fil-Parlament Ewropew. Din l-elezzjoni tagħtik l-opportunità li tagħżel, forsi mhux neċessarjament bil-kulur politiku, iżda abbażi tal-kapaċità u ħila ta' persuna. Huwa għalhekk li għandhom ikunu l-Maltin u l-Għawdxin il-qofol ta' din il-ħidma Ewropea. Huwa minnu li l-Unjoni Ewropea tirrappreżenta interessi differenti iżda dak li jien inħoss li għandi nassigura jekk ningħata l-fiducja huwa li l-valuri, l-interessi, l-aspirazzjonijiet u l-bżonnijiet tal-Maltin u Għawdxin jittieħdu in kunsiderazzjoni fil- Parlament Ewropew. Dan huwa wkoll stil ta' kif isservi fil-politika, stil li tagħraf x'inhuma l-interessi, il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tal-poplu. Huwa importanti li bħala MEP wieħed jaħdem sabiex flimkien ma' oħrajn Malta tibqa' rikonoxxuta bħala pajjiż mimli b'nies kapaċi, bieżla, u li għandhom kontribut validu fil-politika Ewropea. Malta kemm il- darba uriet li mhux il-kobor tagħha huwa importanti, iżda l-kobor tal-ideat u l-kalibru tan-nies tagħha huwa dak li ħafna drabi qiegħed lil Malta fuq quddiem anke fil-politika internazzjonali u Ewropea. L-intelliġenza, serjetà, integrità u kompetenza huma lkoll kwalitajiet essenzjali għal kull membru tal-Parlament Ewropew. Therese Comodini Cachia hi kandidata għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista Il-Punt Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Għad-drittijiet tiegħek fl-Ewropa DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Il-baħar qawwi jitfa' f 'baħar ta' inkwiet lill-Għawdxin THERESE COMODINI CACHIA GĦADDEW tliet ġimgħat meta l-baħar ma ħalliex il-vapuri tal-Gozo Channel jitrakkaw fil-port taċ- Ċirkewwa. Dan wassal biex Għawdex tħalla iżolat waħdu u tefa' lill-Għawdxin f 'baħar ta' inkwiet. Fejn dawk l-Għawdxin jew anke turisti li għażlu lil Għawdex li riedu jsiefru u jivjaġġaw għall-ajruport ta' Ħal-Luqa ma setgħux jagħmlu dan u b'hekk tilfu mhux biss it-titjiriet iżda wkoll daħlu fi spejjeż li żgur ma kinux fil-baġit tas-safra tagħhom. Dawk l-Għawdxin li kellhom lil qrabathom l-isptar forsi wkoll gravi ma setgħux iżuruhom, oħrajn li riedu jmorru għal xi tip ta' kura ma setgħux jeħduha. Anke politiċi li kellhom jagħmlu xi diskors importanti bħas-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said tħalla l-art. Diversi fanatiċi tal-logħba lokali tal-futbol organizzaw anke xarabankijiet biex jattendu għall-partiti tal- premier Malti f 'Ta' Qali fejn kien hemm mill-partitissima bejn il-Belt u B'Kara u fosthom kien hemm min iddeċieda li jħallas €20 u jmur bil-lanċa saċ- Ċirkewwa u lura jerħi f 'idejn il-Bambin x'seta ġara. Għax anke l-lanċa batiet biex titrakka ċ-Ċirkewwa. Dawk il-ħaddiema Għawdxin li kienu ġejjin minn xi lejl xogħol l-isptar, inkella jaħdmu l-ajruport, f 'xi lukanda jew bħala pulizija ma setgħux jirritornaw mal-familji tagħhom f 'Għawdex u kellhom iqattgħu ġurnata sħiħa fil- karrozza mingħajr ebda ħjiel eżatt ta' x'se jiġri fejn il-kuntatt bejn il-Gozo Channel u l-poplu kien ineżistenti b'ħafna ħin anke s-sit ma taħdimx. Anke dawk il-Maltin li ddeċidew li jqattgħu weekend f 'Għawdex żgur li l-fatt li kellhom iqattgħu kważi ġurnata sħiħa fil-karozza fil-port tal- Imġarr ħassritilhom mhux ftit dak il-pjaċir li kien offrielhom Għawdex fil-ġranet ta' qabel. Għax dawn ma setgħux jiċċaqalqu mill-port sakemm ħadd ma kien se jagħtihom garanzija meta u fi xħin il- vapur kien se jerġa' jipprova jagħmel vjaġġ lejn iċ-Ċirkewwa u ħafna baqgħu fil-kju jistennew jasal il-ħin tagħhom. It-tort ma kienx tal-gvern, la tal-Ministeru għal Għawdex u lanqas tal-Gozo Channel, iżda tal-baħar. U forsi wieħed jasal biex jgħid, għaliex qed tqajjem dan il-każ illum tliet ġimgħat wara? Għax f 'dan il- pajjiż għandna drawwa li meta jinqala' xi ħaġa jsir għagħa kbir u l-għada jintesa kollox. Li forsi ma tafux hu li din il-ġurnata tista' terġa' tasal mil-lum għal għada, għax Għawdex kif inhu jiddependi mill-baħar biex ma jkunx iżolat. Għalkemm il-problema kienet li ma setax jitrakka ċ-Ċirkewwa minħabba l-baħar imqalleb u mhux il-baħar innifsu għax fil-fatt il-vapur qasam darbtejn It-trunċiera YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014