Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 9 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Il-baħar qawwi jitfa' f 'baħar ta' inkwiet lill-Għawdxin ILBARTS Medical and Dental School tal-Università ta' Queen Mary ta' Londra talbet li l-campus ta' din l-iskola jkun f 'Għawdex. Dan ħabbru l-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia waqt il- ONE Breakfast nhar il-Ħamis li għadda. Dan wara li ġurnata qabel ħabbar li ntlaħaq ftehim ma' din l-iskola prominenti u rinomata fid-dinja medika li tingħaqad mas-settur mediku ta' din il-gżira. Il-Ministru qal li kienet l-iskola stess li wriet fil-miftuħ li tixtieq li l-iskola tinfetaħ Għawdex mal-Isptar Ġenerali. Dan bla dubju li se jkun ta' ġid kbir għal gżira Għawdxija fejn studenti 'top notch' se jgħixu Għawdex għaż-żmien li jkunu qed jistudjaw. Il-Ministru tas-Saħħa qal ukoll li qed jitranġa biex isir helipad fuq l-Isptar Mater Dei biex jilqa' l-helicopter li jwassal pazjenti Għawdxin għal Malta. Bla dubju li din il-ġimgħa kienet waħda fejn il-Ministeru tas-Saħħa ħadem qatigħ mal- gżira Għawdxija fejn il-Ħamis stess fetaħ id-Dipartiment tal-Ornikoloġija minfejn bdiet tingħata l-kura tal-kimoterapija fl-isptar ta' Għawdex stess u b'hekk tneħħiet tbatija żejda fuq il-pazjenti Għawdxin (li huma 9 bħalissa) li riedu jaqsmu l-fliegu biex jingħataw il-kura bi tbatija kbira għalihom u għal qrabathom. Interessanti kien l-istqarrija tal-Ministru meta qal li skopra li f 'Għawdex għal kull ħaddiem li hemm f 'Mater Dei hemm 9 fl-isptar t'Għawdex. U dan fl-opinjoni tiegħi jfisser li jekk ikunu amministrati tajjeb għandu jagħmel is-servizz fl-isptar t'Għawdex 'state of the art' u l-għira ta' kull sptar. Iżda r-realtà turi dan? lejn Malta u reġa' dar lura. Tgħid għax is-south quay għadu ma tlestiex nistaqsi? Però dan juri biċ-ċar li Għawdex għandu bżonn illum qabel għada ta' titjib immedjat fl-aċċessibbiltà għal din il-gżira. Wasal iż-żmien li jieqfu l-istudji u jibdew jitwettqu dak li awtoritajiet Għawdxin bħal Gozo Business Chamber, il-GTA u l-GUG f 'isem l-istudenti Għawdxin ilhom jitolbu. Iż-żewġ amministrazzjonijiet wiegħdu lil Għawdex diversi proġetti għal aċċessibilità aħjar iżda donnu li kollox baqa' fuq fażi ta' studju. Issa nistaqsi wara dan l-istudju kollu meta se jaslu l-eżamijiet ħalli wieħed jara r-riżultati tagħhom? Hemm bżonn deċiżjonijiet ta' malajr fejn il-fast ferry u l-fixed wing għandhom ikunu prijorità assoluta u jibda x-xogħol fuq dak long term bħal mina jew pont. Il-GBC u l-GTA fil-fatt ħarġu stqarrija konġunta fejn qalu li huma jifhmu li ma kienx tort tal-Gozo Channel ta' dak li ġara, iżda komplew qalu li s-sitwazzjoni xorta mhux aċċettabbli iżjed. Speċjalment li huma ilhom għal diversi snin iħambqu li hemm bżonn titjib fl-aċċessibbiltà mill-aktar fis, sew dik short term kif ukoll long term. Nispera li dan l-appell jintlaqa' mill-awtoritajiet għal ġid ta' Għawdex, l-Għawdxin u anke l-Maltin li jħobbu l-Għawdex. It-trunċiera Is-Sindku tal-Qala, il-Perit Clint Camilleri, jiddiskuti ma' restawratur Il-Ministru Farrugia jħabbar l-iskola tal-mediċina Skola rinomata tal-mediċina tagħżel lil Għawdex Ir-restawr tat-Trunċiera tal-Qala fl-aħħar fażi ILKUNSILL Lokali tal-Qala flimkien mal- fondazzjoni 'Din l-Art Ħelwa' jinsabu fl-aħħar fażi tar-restawr tal-fortizza ta' Sant'Antnin, jew aħjar kif inhi aktar magħrufa bħala t-Trunċiera. Fortizza li kienet abbandunata għal ħafna snin u kien mertu tal- Kunsill Lokali tal-Qala, 'Din l-Art Ħelwa' u l-MEPA li dan il-proġett ibbenefika minn fondi Ewropej ta' €70,000. Din il-fortizza nbniet fil- bidu tas-seklu 18, eżatt fl-1732 u kienet isservi ta' difiża għal kosta u l-baħar bejn Għawdex u Kemmuna u tinsab f 'Ras il- Qala. Inbniet fi żmien il-Gran Mastru de Vilhena bid-disinn ta' inġinier tal-militar Charles Francoise de Mondion. Din hi t-tieni waħda mill-uniċi żewġ fortizzi mibnija mill- Kavallieri li għadhom jeżistu f 'Għawdex bl-oħra tkun il- Qbajjar ta' Marsalforn. Din l-informazzjoni ġibtha mingħand is-sindku tal- Qala, il-Perit Clint Camilleri li spjegali kif l-istat ta' din il-fortizza kien diżastruż u kien ferm kburi li kienet l-inizjattiva tal-Kunsill tal-Qala li wasslet biex din il-fortizza tiġi restawrata bil-mod il-mod fuq diversi snin. Il-ħitan imġarrfa reġgħu nbnew mill-ġdid bil-ġebel oriġinali li ħafna minnu kien għadu fuq il-post. Il- 'blockhouse' li kienet tokkupa l-parti ċentrali fil-fortizza kienet wkoll imġarrfa u għalhekk anke dawn il- kmamar ġew mibnija mill- ġdid. Il-Perit Camilleri spjegali wkoll kif l-arma li kienet tinsab fuq il-faċċata kienet insterqet u għalhekk il-Kunsill Lokali tal-Qala ħa ħsieb li din terġa' ssir u tiġi mnaqqxa. Jiġifieri dik li issa tinsab fuq il-'gateway' hi replica. Fuq naħa tagħha hemm is-salib tal-Kavallieri u fuq in-naħa l-oħra hemm l-istemma araldika tal-Gran Mastru de Vilhena. Wara li x-xogħol ta' kostruzzjoni tlesta, il- Kunsill tal-Qala ħaseb biex jippavimenta l-parti l-kbira tal-fortizza biċ-ċangaturi kif ukoll ġew maħduma u mwaħħla fil-post l-bibien u t-twieqi tal-injam. Il-Perit Camilleri spjega kif issa l-Kunsill wasal fl-aħħar fażi tal-proġett fejn il-Kunsill reġa' akkwista €7,500 oħra mid-dipartiment tal-Kunsilli għal proġett speċjali fejn dawn qed jintefqu għat-tikħil tal-'blockhouse' ta' din il- fortizza kif ukoll numru ta' faċċati. Il-Perit Camilleri saħaq ukoll kif din il-fortizza hi patrimonju ta' wirt nazzjonali b'disinn u arkitettura unika għal pajjiżna. Żgur li kif ikun komplet dan il-proġett hemm bżonn li jibqa' jitgawda minn kulħadd u għal dan il-għan il-Kunsill Lokali tal-Qala se jagħti użu għal din il-fortizza biex żgur ma terġax tintelaq u tiġi abbandunata bħalma kienet. Fl-aħħar il-perit irringrazzja lil dawk kollha involuti f 'dan ir-restawr biex dan il-proġett seta' jsir realtà.

