Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 Gladjaturi tal-Ħajja minn John Busuttil JANICE Azzopardi li tmexxi l-istudio tal-immudellar Vipaj Modelling Courses hi omm żagħżugħa ta' 37 sena. Miżżewġa lil Sandro li ilha miegħu minn meta kellha 14-il sena u omm Yanika ta' 18-il sena u Miguel ta' 13-il sena. Għandha oħtha waħda, Christine sentejn iżgħar minnha. Tgħix Santa Venera anke jekk semmietli ma nafx kemm il-post li għexet fih qabel. Mort niltaqa' ma Janice fl- istudio tagħha l-Mosta (qaltli "Inżel minn fejn l-Iscotts u kif tara sleeping policeman dur fuq il-lemin u ssibni nistennik.") Hekk għamilt, iżda biex għamilt dan kelli nitla n-Naxxar meta jien kont diġà l-Mosta. Insomma tatni dawra mhux ħażin biex sibt lil Janice tistennieni liebsa qisha suldat tal-gwerra, casual iżda eleganti fl-istess ħin. Daħħlitni fl-istudios u lestietli tazza inbid ħamra miċ-Ċili u bdejna nitkellmu dwar ħajjitha u dwar id-dinja taż-żfin u l-immudellar. Kienet nannitha Bernardette Bartolo li tefgħetha f 'din id- dinja glamoruża meta kellha 4 snin u kienet daħħlitha ma' Alison White Dancers fejn anke kienet tħallsilha l-lezzjonijiet għall-bidu. In-nanna li kienet anke tkanta fuq il-palk u rebħet anke dan l-aħħar l-unur ta' Glamorous Gran hi l-mimmi t'għajnejn Janice u tiftakar meta hi u oħtha kienu joqogħdu fuq ħoġorha fil-gallarija ta' Buġibba. Iż-żfin ma kienx kollox għal Janice u ta' 14-il sena daħlet m'aġenzija tal-immudellar fejn hawn iltaqgħet mal- ewwel okkażjoni ta' bullying. L-għalliem kien jgħajjarha li ħoxna, "issa jien kont qisni stikka però kull meta kont niekol kienet tintefaħli żaqqi u dan ma kienx iħallini niekol jew nixrob qabel xi spettaklu. Għalhekk kont inbati l-ġuħ għax wara ġurnata skola, lezzjonijiet u l-ispettaklu li kont nieħu sehem fih ma stajt niekol xejn. Imbagħad immur id-dar u niekol kull ma jiġi għall-idejja u kont nispiċċa naqla' l-istonku. "Imbagħad kelli bullying ieħor mill-iskola fejn kont nattendi Tuża l-immudellar biex timla liż-żgħażagħ bil-ferħ Ir-rotta tal- ġurnalist Jerome Caruana Cilia Ir-raħal pittoresk ta' Marsaxlokk Minkejja li kien is-Sibt waranofsinhar, kien hemm numru ta' sajjieda għaddejjin b'ħidmiethom. Min jirmonka d-dgħajsa u oħrajn inaddfu x-xbiek. Kelli l-opportunità wkoll li nitkellem ma' sajjied li kien qiegħed għad-dell fuq bank fil-madwar. Spjegali kif ra lil Marsaxlokk jinbidel u jikber matul is-snin. Fis-sajf tal-2012 inqalgħet kontroversja li wasslet biex ħames persuni tressqu l-Qorti b'rabta mal-inċidenti li seħħew f 'din iż–żona. Meta protesta paċifika organizzata minn grupp ta' residenti Xlukkajri spiċċat fi ġlieda li fiha ġie ferut resident. Il-protesta saret sabiex ir-residenti juru l-għadab tagħhom li l-bajja fiż-żona magħrufa bħala tal-Magħluq f 'Marsaxlokk spiċċat żona ta' kampeġġ illegali. Ir-residenti kienu lmentaw li dawn il-kampijiet okkupaw l-ispazju tal-bajja kollha bid- detriment għalihom li lanqas jistgħu jinżlu l-baħar bit-tfal minħabba l-ħmieġ li kien qed ikun hemm u skont kliemhom qas kienu jħallulhom spazju fuq ir-ramel. Kont ilni nisma' lmenti fuq din it-triq partikolari. Kif jixhdu r-ritratti, mhux biss din hija triq fi stat ħażin ħafna, iżda anke l-bankini huma ta' periklu għar-residenti. Barra minn hekk, it- tabella bl-isem ta' Triq Arzell hemm bżonn li tinbidel. Knisja bi pjazza sabiħa immens. Fis-7 ta' Diċembru 1890 tqiegħdet l-ewwel ġebla ta' din il-Knisja. B'petizzjoni li għamlu n-nies tal-lokal lill-Isqof, Mons. Pietru Pace waqqaf din il-knisja parroċċa fis-27 ta' Frar 1897 u għamel bħala Vigarju Kurat tal-Parroċċa l-ġdida lil Dun Salv Delia, li wara sar Kappillan. Fis-sajf tal-2012 inqalgħet kontroversja li wasslet biex ħames persuni tressqu l-Qorti b'rabta mal-inċidenti li seħħew f 'din iż–żona. Meta protesta paċifika organizzata minn grupp ta' residenti Xlukkajri spiċċat fi ġlieda li fiha ġie ferut resident. Il-protesta saret sabiex ir-residenti juru l-għadab tagħhom li l-bajja fiż-żona magħrufa Knisja bi pjazza sabiħa immens. Fis-7 ta' Diċembru 1890 tqiegħdet l-ewwel ġebla ta' din il-Knisja. B'petizzjoni li għamlu n-nies tal-lokal lill-Isqof, Mons. Pietru Pace waqqaf din il-knisja parroċċa fis-27 ta' Frar 1897 u għamel bħala Vigarju Kurat tal-Parroċċa l-ġdida lil Dun Salv Delia, li wara sar Kappillan. kif tara sleeping policeman dur fuq il-lemin u ssibni nistennik.") Hekk għamilt, iżda biex għamilt dan kelli nitla n-Naxxar meta jien kont diġà l-Mosta. Insomma tatni dawra mhux ħażin biex sibt lil Janice tistennieni liebsa qisha suldat tal-gwerra, casual iżda eleganti fl-istess ħin. Daħħlitni fl-istudios u lestietli tazza inbid ħamra miċ-Ċili u bdejna nitkellmu dwar ħajjitha u dwar id-dinja taż-żfin u l-immudellar. "Irrid ngħaddi dak li ma kellix jien lil ħaddieħor" L-isem ta' Marsaxlokk ifisser Port għax-Xlokk. L-ewwel popolazzjoni f 'Marsaxlokk li tissemma kien fl-1890 b'210 ruħ. Fil-bidu dan ir-raħal kien miżmum bħala lok għall-villeġġjatura u għadd kbir ta' nies mill-ibliet u l-irħula fil-bogħod kienu jmorru hemm iqattgħu t-tliet xhur tas-sajf. Iżda mas-snin in-nies li kienu jiġu biss għas-sajf spiċċaw joqogħdu hemm is-sena kollha. Skont iċ-ċensiment tal-1961 il-popolazzjoni laħqet is-778 ruħ. Sas-sena 2006 il-popolazzjoni telgħet għal 3,200. Janice irnexxielha twettaq ħafna mill-ħolm tagħha fl-isfera tal- immudellar u żfin. Fil-mixja tagħha f 'din it-triq iġġieldet kontra l-bulliżmu u kontra min m'emminx fiha. Illum ħolqot aġenzija tal-immudellar u qed tagħti l-enerġija tagħha kollha għal żgħażagħ li joħolmu f 'din id-dinja tant mixtieqa minnhom. Dinja li fiha hemm ħafna flus u fejn ħafna jużaw dan il-ħolm tal-adolexxenti u anke tfal biex jaqilgħu kemxa flus minnhom. Iżda meta ltqajt ma' Janice rajt xi ħaġa differenti fiha. Rajt mara li tuża din il-ħolma tal-adolexxenti biex tirbaħ sodisfazzjon personali meta tara lil dawn iż-żgħażagħ joħorġu mill-qoxra li jkunu fiha u tgħallimhom iħarsu lejn il-mera u fir-riflessjoni li jaraw quddiemhom ikunu kapaċi jgħarfu l-ġmiel intern tagħhom barra dak estern. Għalhekk lil Janice hi gladjatur ieħor tal-ħajja b'missjoni partikolari li dak li wettqet hi u esperjenzat tgħaddih lil ħaddieħor. Għax skont Janice stess l-isbaħ imħabba hi meta tagħti ħafna aktar milli tirċievi. It-triq tal-immudellar mhux waħda ta' ġmiel biss għax dak li jidher fil-wiċċ ma jirriflettix dak li hemm fil-qalb ta' dawn it-tfajliet sbieħ. U dan hu x-xogħol iebes għal Janice li toħroġ l-aħjar u l-aqwa minn dawn it-tfajliet li ma jkunux jemmnu wisq fihom infushom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014