Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
0.90 23 ta' Frar 2014 • Nr 384 Nuri Katz, miljunarju Russu bi tliet passaporti Kevin Cutajar u Anthony Attard NEWSPAPER POST Ikompli f 'paġna 4 Ikompli f 'paġna 13 Tel: 2122 3999 Eddie Fenech Adami b'referenza għal Franco Debono: "Kieku kont jien kont naffronta r-ribelli" B'REFERENZA ċara għad-deċiżjoni għall- għażla ta' Franco Debono bħala kandidat, l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami qal fil-ktieb bijografija tiegħu li l-Partit Nazzjonalista għandu jara li l-kandidati li jintgħażlu jirriflettu l-karattru u l-oġġettivi tal-partit. Iżda f 'kumment lil din il-gazzetta, Franco Debono insista li l-kumment ta' Fenech Adami kien qed jirreferi għal Austin Gatt. Fil-kumment tiegħu jgħid li hu kien iktar determinat jaffaċċja d-dissidenti minn Gonzi u li Gonzi kien ħaqqu li jibqa' fit-tmexxija tal- pajjiż ferm iktar. Fenech Adami żvela wkoll kif sar jaf li fl-1996, Louis Galea kien qed idur jgħid lin-nies li hemm bżonn tmexxija ġdida. Hu jirrakkonta li bagħat għalih u qallu li m'hemm xejn ħażin li jkun hemm tmexxija ġdida, imma Galea għandu jaħdem fl-apert u mhux wara daru. Galea spiċċa eventwalment kien ħareġ għat-tmexxija kontra Gonzi u Dalli u wara li ma kienx tela' fl-elezzjoni tal-2008, kien inħatar speaker u mbagħad bħala awditur fil-Lussemburgu, minkejja d-dell ikrah li kien hemm fuqu wara l-iskandlu tal-Awżiljari u l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada. Fl-istess biografija, Fenech Adami jirrikonoxxi li l-estensjoni tal-Kwartieri Ġenerali tal-PN kien żball. L-estensjoni kienet l-idea tal-eks Segretarju Ġenerali Joe Saliba. Kienet din l-estensjoni li wasslet għal problemi kbar ta' flus, minħabba l-ħlasijiet li kienu saru lil dawk li żviluppaw il-kwartieri tal-Partit. Jattakka l-IIP ta' Malta iżda jinvesti fi programmi simili fil-Karibew Jitħallas minn fondi pubbliċi biex ikun canvasser ta' kandidat tal-PN MILJUNARJU Russu, li fl- aħħar xhur intuża mill-Partit Nazzjonalista fil-kampanja kontra l-programm taċ- ċittadinanza b'investiment tal-gvern, għandu interessi qawwija fi programmi simili fi gżejjer fil-Karibew. Dan il-miljunarju Russu huwa Nuri Katz, President ta' Apex Capital, u huwa involut f 'konsulenzi fuq xiri ta' ċittadinanzi b'investiment u anke f 'bejgħ ta' propjetà lussuża. Katz għandu tliet passaporti - Iżraeljan, Kanadiż u Amerikan - wara li għamel żmien jgħix il-Kanada mar lura r-Russja fejn ibiegħ propjetà bi prezzijiet għolja ħafna. B'mod partikolari jbiegħ lil ċittadini Russi li jfittxu residenza barra mill- pajjiż taħt programmi ta' ċittadinanza. EKS Sindku Nazzjonalista tħallas mas-€6,400 mingħand il-gvern minn fondi pubbliċi, għal xogħol li għamel għal kandidat Nazzjonalista fil- kampanja elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali. Il-każ imur lura għal Ottubru 2012. Mill-ewwel jum ta' dak ix-xahar, Anthony Attard, eks Sindku Nazzjonalista tax- Xagħra f 'Għawdex tqabbad mill-gvern Nazzjonalista biex jibda jgħin lill-kandidat Nazzjonalista, Kevin Cutajar, għall-aħħar elezzjoni ġenerali. Cutajar ikkontesta l-elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2013 mal-Partit Nazzjonalista fuq Għawdex. Kevin Plumpton jitkellem għall-ewwel darba wara l-kumment fuq iċ-ċittadinanza Ara l-intervista f 'paġni 14-15