Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 16˚Ċ L-INQAS 11˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba minbarra fix- xita RIĦ: Punent Majjistru forza 4 għal 5 BAĦAR: Moderat COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta THOMAS'S Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun EVANS Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi ĦERBA Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara REGAL Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida MEDICAL Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings Vjal ir-Rihan, San Ġwann NORMAN'S Pharmacy, 133, High Street, Sliema ST. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja C/W Triq Santa Katerina, Attard BROWN'S Chemists, Triq San Pawl, Naxxar EURO Chemist, Triq il-Kurazza, Qawra DISTINCTION Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola SAN Filippu Pharmacy, 155, Triq il-Vitorja, Isla SAN Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant'Anna, Marsascala MARTIN'S Pharmacy, 182, Triq Birzebbugia, Birżebbuġa ST. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa BROWN'S Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ IMTARFA Pharmacy, 207, St. David Road, Mtarfa PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria XAGĦRA Pharmacy, 157, Triq il-Knisja, Xagħra Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 16˚Ċ L-INQAS 11˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent Majjistru forza 3 għal 4 BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir moderat SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 62 4 85 81 29 58 88 13 It-tanker fil-Port ta' Marsaxlokk: Is-sindki rashom mistrieħa, iżda l-kunsillieri tal-PN jappellaw għall-kawtela JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt SA sena ilu, il-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-powerstation kienu fuq fomm kulħadd. Uħud ħasbu li wara li tintemm il-kampanja elettorali tal- 2013, dawn it-temi kienu ser jintesew. Iżda dan ma ġarax. Matul l-ewwel sena ta' Gvern Laburista, il-ħażna tal- gass u l-bini ta' powerstation ġdida ppredominaw ix-xena politika fost oħrajn. Waqt il-bosta diskussjonijiet li tħejjew f 'dan ir-rigward, fihom sar appell qawwi biex it-tanker tal-ħażna tal-gass li se jforni l-powerstation jitpoġġa barra l-Port ta' Marsaxlokk. Kien hemm ukoll kritika qawwija għall-impatt viżwali negattiv li dan il-proġett se jħalli fuq il-bajja ta' Marsaxlokk, kif ukoll fuq il-prezz tal-proprjetà f 'din iż-żona tan-naħa t'isfel ta' Malta. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-sindki ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa, kif ukoll ma' żewġ kunsilliera tal-lokalitajiet rispettivi dwar din il-kwistjoni. Is-sindku Laburista ta' Marsaxlokk, Edric Micallef, qal li diġà saru studji preliminari li minnhom ġie determinat il-pożizzjoni ta' dan it-tanker b'mod li jkun sigur. Il-Kunsill Lokali huwa infurmat li qed isiru studji oħra indipendenti fosthom mill-OHSA (Awtorità dwar is-Saħħa u Sigurtà) sabiex jiġi żgurat li m'hemmx periklu. Hu qal li dawn l-istudji mhux biss qed jaraw il- probabbiltà li jiġri xi ħaġa imma biex jiġi żgurat li jekk isir xi inċident l-effett tiegħu ma jkunx ta' periklu għar- residenti. "Il-Ministru responsabbli għamilha ċara li jkunu xi jkunu r-rakkomandazzjonijiet ta' dawn l-istudji ħa jimxu fuqhom għax is-sigurtà hija l-ewwel prijorità. Jekk dawn l-istudji jikkonfermaw li m'hemmx periklu allura ma jkunx hemm għalfejn wieħed jinkwieta mill-aspett ta' sigurtà." Mistoqsi x'inhi l-pożizzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk f 'dan ir-rigward, hu wieġeb li l-Kunsill irid li jkun żgurat permezz tar-rapporti msemmija li ma hemmx periklu għar- residenti. "Għaldaqstant bħal kif għamilna dejjem, nistennew dawn ir-rapporti, imbagħad wieħed ikun jista' jitkellem dwarhom." Is-sindku ammetta li l-maġġoranza tar-residenti ma jridux it-tanker fil-Port ta' Marsaxlokk. Hu spjega kif bħala parti mill-EIA sar studju soċjali fejn kampjun ta' nies ġew mistoqsija jekk it-tanker jippreferuh li jkun ġol-port jew barra l-port ta' Marsaxlokk. "Huwa ovvju li għal mistoqsija bħal dik, il- maġġoranza assoluta wieġbu li jippreferu li t-tanker ikun barra. In-nies ta' Marsaxlokk jippreferu li kieku l-powerstation qatt ma saret ġewwa Marsaxlokk mill- bidu nett u Delimara għadha sabiħa kif kienet." F'kummenti mal-ILLUM, Micallef sostna li għar- residenti ta' Marsaxlokk il- proġett huwa essenzjali għax permezz tiegħu se nkunu qed neliminaw kompletament l-użu tal-HFO mill- powerstation ta' Delimara. "Ma rridux ninsew li fl- aħħar mill-aħħar dik hija l-kwistjoni prinċipali: biex ikollna arja aktar nadifa. Biex taqleb għall-gass bilfors li jrid ikollok ħażna ta' gass." Is-sindku fisser kif l-ewwel proposta kienet li l-ħażna tal-gass tkun tankijiet mibnijin fuq l-art. Imbagħad kien hemm l-għażla li tkun fuq tanker fuq il-baħar li l-Kunsill qabel magħha għal żewġ raġunijiet: biex ma jsirx aktar sfreġju fuq il-peniżola ta' Delimara u biex meta l-pajjiż ikollu sors ta' gass permezz ta' pipeline, dan it-tanker ikun jista' jitneħħa malajr aktar milli kieku jkunu tankijiet fuq l-art. Micallef sostna li għaldaqstant il-Kunsill Lokali jixtieq li l-proġett isir kemm jista' jkun malajr ħalli naqilbu malajr għall-gass. Jixtiequ wkoll li jsiru l-istudji kollha neċessarji biex jiġi żgurat li ma hemm l-ebda periklu. "Nixtiequ li l-Gvern ikompli jaħdem fuq il-proposta tal-pipeline tal-gass minn Sqallija sabiex dan it-tanker fil-port ta' Marsaxlokk ikun għal żmien temporanju," qal is-sindku ta' Marsaxlokk. F'kummenti ma' din il- gazzetta, is-sindku Laburista ta' Birżebbuġa, Joseph Farrugia, qal li t-tanker se jkun f 'żona mbiegħda mir- residenti ta' Birżebbuġa. Hu qal li kellu bosta laqgħat mal-Ministru Konrtad Mizzi. "Dejjem kelli kuntatt kontinwu mal-esperti li serħuli rasi u ddikkjaraw li dal-proġett mhux perikoluż daqskemm qed jingħad." Is-sindku qal li r-residenti ta' Birżebbuġa dejjem għexu maġenb "bomba atomika u qatt ħadd ma ddefendiena." Hu elenka numru ta' fatturi li ġraw matul l-aħħar snin. "Minn dejjem kellna tankijiet fil-qalbha tagħna, il-vapur tal-gass għadu jidħol hawn. U xi ngħidu għal Freeport? Min jaf x'kimika radjuattiva tidħol u ħadd m'allarmana," sostna s-Sindku Laburista b'ton kemxejn urtat. Farrugia ammetta li jkun aħjar li kieku t-tanker Hemm kritika qawwija għall-impatt viżwali negattiv li dan il-proġett se jħalli fuq il-bajja ta' Marsaxlokk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014