Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 3 SALVAW ĦTIF FITTURKIJA AKTAR MINN 2,600 IMPJIEG ĠDID EDDIE JIFFIRMA LKOTBA Il-kantanta Maltija Davinia Pace u oħtha għal ftit ma spiċċawx maħtufa minn grupp ta' nies armati f 'Istanbul u possibilment vittmi ta' traffikar ta' persuni umani. Il-każ seħħ meta huma kienu sejrin b'taxi fil-lukanda fejn kienu qed joqogħdu. Hekk kif huma kienu deħlin fit-taxi, żewġt irġiel armati b'machine guns ħarġu minn vann kbir u pruvaw jaħtfuhom billi joħorġuhom mit-taxi. Fis-sena 2013 il-Malta Enterprise approvat rekord ta' investiment li fi 3 snin mistenni joħloq aktar minn 2,600 impjieg ġdid f'pajjiżna. Qal li dan huwa sinjal ċar tal-viżjoni li għandu dan il-Gvern, li f'10 xhur għamel aktar minn kemm għamlet l-amministrazzjoni preċedenti f'5 snin sħaħ. Minn Marzu 2013 il-Malta Enterprise, taħt amministrazzjoni ġdida, approvat numru ta' proġetti li mistennija joħolqu aktar minn 2,600 impjieg ġdid. Fost dawn il-proġetti ġew approvati 36 investiment barrani kompletament ġdid. Numri kbir ta' nies ilbieraħ filgħodu marru fid- Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista biex jixtru l-awtobijografija tal-President Emeritus Eddie Fenech Adami, li kien preżenti biex jiffirma l-awtobijogrfiji. L-awtobijografija bl-isem, Eddie – my journey, tnediet il-Ġimgħa filgħaxija. Il-folla nġabret fil-foyer tad-Dar Ċentrali minn kmieni u l-kju jien iwassal anke sa barra mid-Dar Ċentrali u mal-wasla tal-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Fenech Adami l-folla nfexxet f'ċapċip. Is-serq tal-elettriku huwa reat serju. 4HGQDJÍWXNIWLW]PLHQELH[WLUUHJRODUL]]D OSR]L]]MRQLWLHJÍHN,NNXQWDWWMDQDLVVD t. 8007 2245 e. reports.emc@enemalta.com.mt -HNNJÍDQGHNMHZWLVVXVSHWWD[LLUUHJRODULWjILO©PHWHUªWDGGDZO MHZILOTDULWDONRQVXPWDOHOHWWULNXLNNXQWDWWMDQDTDEHOLNXQ WDUGZLVT7LVWDªWHYLWDNRQVHJZHQ]LDNWDUJUDYLELOOLWÍDOODVGDNOL JÍDQGHNWDJÍWLVNRQWLWWHUPLQLWDOOLL$YYL/HJDOLWDO XWDJÍWLLQIRUPD]]MRQLGZDUOLUUHJRODULWj'LQOJÍDODWLETDª PLIWXÍDVDW7QHMQWDª$SULO www.enemalta.com.mt It-tanker fil-Port ta' Marsaxlokk: Is-sindki rashom mistrieħa, iżda l-kunsillieri tal-PN jappellaw għall-kawtela jipparkja barra mill-Port ta' Marsaxlokk. "Jien nixtieq li kieku t-tanker jipparkja barra l-port. Iżda Birżebbuġa huwa post industrijali. Kif jistgħu jipparkjaw barra mill- port?" Is-Sindku qal li lanqas huwa kuntent bil-powerstation ta' Marsaxlokk. "Ma nafx għalfejn lill-poplu qed jallarmawh issa. Għalfejn m'allarmawhx qabel?" b'referenza għall-użu tal-HFO. Il-kunsillier ta' Marsaxlokk f 'isem il-PN, Angelo Micallef, qal li jekk hemm xi ħaġa li hija ċara daqs il-kristall hija r-rieda tal-maġġoranza tar-residenti ta' Marsaxlokk. Maġġoranza li filwaqt li taqbel li nduru għall-użu tal- gass sabiex niġġeneraw l-enerġija, tinstab imħassba dwar il-mod kif jidher li se ssir il-ħażna ta' dan il-gass. "L-impenn tiegħi bħala kunsillier fil-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk huwa li d-deċiżjonijiet li jieħu l-gvern ikunu jirriflettu x-xewqa tar-residenti tal-inħawi. Huwa ċar li f 'xi ħaġa hekk delikata jeħtieġ li jsiru l-istudji kollha meħtieġa mbagħad ikun biss f 'dak l-istadju li jittieħdu d-deċiżjonijiet tekniċi." L-Avukat Micallef tenna li żgur m'hemmx lok li jsir xi kompromess mal-aqwa ġid tar- residenti u bħala Kunsillier se jibqa' jinsisti sabiex il-Kunsill jaġixxi b'dan il-mod. "Sejjer ukoll nibqa' ninsisti li l-mistoqsijiet li l-Kunsill Lokali qajjem fir-rapport tiegħu jiġu mwieġba fis-sħiħ. L-istess jgħodd għal mistoqsijiet oħra li qamu f 'dawn l-aħħar jiem u li żgur kull resident għandu bi dritt jistenna risposta għalihom." Micallef saħaq li fuq livell personali, bħala resident ta' Marsaxlokk, jaqbel mal- maġġoranza tar-residenti Xlukkajri li l-LNG Gas Terminal m'għandux isir fil-bajja ta' Marsaxlokk iżda 'l barra, anke jekk dan ifisser li l-investiment mill-gvern irid ikun akbar. "It-tama tiegħi hi li l-gvern jieqaf mill-għaġla esaġerata tiegħu u jagħmel l-affarijiet b'għaqal sabiex il-proġett ikun wieħed ta' ġid għar-residenti u mhux ta' theddida minn diversi angoli kif sfortunatament s'issa jidher li ser ikun il-każ," sostna Micallef. L-Inġinier Stanley Zammit, li hu wkoll kunsiller fil-lokalità ta' Birżebbuġa, qal li jikkonsidra bl-aktar mod favorevoli l-objettiv li jorħsu l-ispejjeż sabiex jiġi ġġenerat jew jinxtara l-elettriku, u b'hekk jorħsu l-kontijiet, u li dan isir bl-aktar mod nadif possibbli. L-użu tal-gass naturali mhux ikkontestat. Hu qal li anke jekk l-aħjar għażla tibqa' dejjem dik ta' pipeline, bħal 91% tar-residenti ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa. Kif jidher fis-Social Impact Assessment, bħalma hu mistqarr fir-rapporti ppreżentati mill-Kunsilli Lokali tal-istess lokalitajiet, u bħalma kien espress minn diversi esperti u NGOs, inħoss li t-tieni l-aħjar għażla hi l-ħażna tal-LNG. Iżda l-perikli li ġġorr magħha għandhom ikunu barra l-port ta' Marsaxlokk. "Din hija għażla ħafna aktar sigura, viżwalment aħjar u ma jiġix żgombrat aktar il-Port. Dan huwa possibbli u sar f 'pajjiżi oħra," sostna Zammit. Il-Kunsillier f 'isem il-PN qal li qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet hemm bżonn aktar studji bħal Maritime Impact Assessment, Major Accident Prevention Policy, Alternative Sites Analysis u Studju Soċjali aktar komprensiv. "Dawn għandhom jieħdu l-ħin li hemm bżonn sabiex isiru sew. Ma jistgħux jittieħdu deċiżjonijiet għaqlin ibbażati fuq rapporti preliminari, magħmula bl-għaġla u mimlija nuqqasijiet," enfasizza Zammit. Hu sostna li l-MEPA, waqt li hija obbligata li tikkunsidra bis- serjetà l-preokkupazzjonijiet tar- residenti, għandha tkun sodisfatta illi għażla oħra fejn jista' jitpoġġa t-tanker tal-LNG barra l-port ġew ikkunsidrati. "Is-Saħħa u s-Sigurtà tan- nies għandhom jiġu qabel kull konsiderazzjoni oħra," temm jgħid l-Inġinier Zammit. Il-maġġoranza tar-residenti f 'Marsaxlokk imħassba dwar il-mod kif se ssir il-ħażna ta' dan il-gass