Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
12 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 X'ĠIMGĦA dik ħej… arloġġi, tbagħbis, serq, maħfriet, futbol u issa anke paparazzi… ARLOĠĠI Ħa nibdew bl-arloġġi għax issa m'hemmx iżjed dubji. Toni li kulħadd jipponta subgħajh lejh kull meta tissemma l-kelma korruzzjoni mhu xejn ħlief arluġġar prim. Għalkemm wieħed irid jammetti li fejn jidħol arloġġ ma tistax tafdah għax minn hawn jew minn hemm jagħmlu tiegħu u jista' mhux ikun 'smart' dan l-arloġġ għax jara kif iġibu baħnan. TBAGĦBIS, SERQ U MAĦFRIET Malta kulħadd ibagħbas man! U talli tbagħbas issa hemm min irid jitfgħek il-ħabs u hemm min irid iwaħħlek penali (multa bil-lingwa politika). Anzi ffrankajtha jien għax minn dejjem kont magħruf li nħobb inbagħbas. U kemm ħaduha bi kbira dawk it-tnejn hemm id-di u d-do, iben il-Godfather u Robin Hood li jqassam ġid ħaddieħor lill-foqra. Uff kollox bl-imgħarfa tridu (Peppi u l-vażun ta' Raħal Ġdid). U għandhom raġun eh għax dawn dejjem hekk kienu… korruzzjoni ZERO TOLERANCE. Għax f 'daqqa waħda ħafna tbagħbis mal- ħut, Jowey moħħu fil-ħuta l-kbira (għadek ma ndunajtx sieħbi li x-xarks Marsalforn issibhom) u d-di u d-do jridu jitfgħu l-vopi kollha l-ħabs (Se jkollu proġetti mela l-Kbir Jowey irid jibni sptar ġdid, powerstation tal-gass u issa ħabs ġdid biex joqogħdu dawn l-eluf ta' vopi). Isma' ħa nistaqsihom mistoqsija lil verġni di u do - Dan jgħodd anke għal min żelaq fiż-żejt? Jew naqas li jħallas xi taxxa fuq flus li nesa li għandu? Jew fuq min uża ħafna xaħam biex inbniet il-powerstation? Jew fuq min nesa jħallas l-bolla lis-seftura? Sorry bilħaqq dan mhux serq! In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek JOHN BUSUTTIL Laqgħa interessanti m'uħud mill-komunità kummerċjali Ara fiex iġġibek il-kilba għal voti. Gouder sar anke jħobb l-għana. Ejja Lilly!!!