Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 15 jistax jibqa' jiggverna għal dejjem, inkella pajjiżna jiġi monarkija. Dan ifisser li dak li ġara s-sena li għaddiet hija xi ħaġa naturali u mhux eċċezzjonali. Il-kandidat għall-Parlament Ewropew qal li issa l-Partit Nazzjonalista għandu tim ta' tmexxija ġdida, b'saħħitha u friska. Isostni li għandu grupp parlamentari dinamiku u magħqud. "Il-PN diġà qed ikun, bil-provi, Oppożizzjoni dinamika, b'saħħitha u Oppożizzjoni li mhix intimidata bil-fatt li d-distakk tas-siġġijiet fil-Parlament hu daqshekk kbir. Ġenwinament nemmen li we're on the right track." Hu jemmen li l-Partit ma jridx jistrieħ fuq in-nuqqasijiet tal-Partit Laburista, iżda jrid ikompli jkun kredibbli u dinamiku, u fl-istess ħin ifassal programm b'saħħtu, b'politika mġedda sabiex meta jasal il-waqt jippreżentawhom lill-poplu. Staqsejtu jekk huwiex liberali u mill-ewwel wieġeb lit-timbri ma jħobbhomx. Hu fisser kif irid ikollok sett ta' prinċipji sodi u tipprova tmexxihom 'l quddiem fil-kuntest ta' kif jaħdem partit demokratiku fejn il-kolleġġjalità u d-deċiżjonijiet kollettivi għandhom iwasslu għall-pożizzjoni li hija fl- aħjar interess tal-poplu. Dwar il-kwistjoni tad-drittijiet ċivili tal-omosesswali f 'pajjiżna, hu jaħseb liż-żewġ partiti b'mod matur qegħdin jaqblu fuqha. "Jien l-ewwel wieħed irrid ngħix f 'pajjiż li jagħti opportunitajiet indaqs lil kulħadd." Rigward l-adozzjoni hu sostna kemm hu importanti li nammettu lkoll li wieħed irid jistudja l-implikazzjoni ta' deċiżjonijiet bħal dawn fuq it-tfal u fuq is- soċjetà, filwaqt li naraw ukoll li d-deċiżjonijiet tagħna ma jkunux diskriminatorji. "Huwa suġġett diffiċli u bħal kull suġġett li mhux straight forward, kull politiku għandu jingħata l-ispazju biex jifforma opinjoni u biex dik l-opinjoni tkun rispettata." Plumpton ma jaqbilx li s-sistema ta' patrunaġġ żdiedet taħt Gvern Nazzjonalista. Anzi, huwa konvint li taħt Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi pajjiżna għamel passi kbar sabiex jonqos il- patrunaġġ f 'pajjiżna. "Biżżejjed ngħidlek li taħt gvernijiet Nazzjonalisti, il- persentaġġ ta' nies jaħdmu mal- Gvern niżel minn 45% għal 25%. Filwaqt li taħt Joseph Muscat żdiedu b'aktar minn 1,000 u wħud minnhom b'€13,000 fix-xahar għax il-mara tal-ministru." Hu qal li l-maġġoranza tal-Maltin emmnu li Muscat kien se jkompli jnaqqas il-patrunaġġ bl-għajta tal- meritokrazija u ta' 'Malta tagħna lkoll.' "Il-verità hi li Muscat ma żammx kellmtu u minflok, il-livell ta' patrunaġġ f 'pajjiżna diġà laħaq livelli ta' vulgarità. Staqsejtu jekk jaħsibx li l-iskema taċ-ċittadinanza tista' tagħti spinta lill-ekonomija Maltija. Hu wieġeb: "Ifhem, kieku naqbdu l-bini storiku, l-palazzi u l-biċċiet tal-arti li għandu l-istat u nibdew inbigħuhom lill-biljunarji, naħseb din il-miżura wkoll tista' tagħti spinta lill-ekonomija Maltija. Imma bla dubju ta' xejn tkun ġennata kbira." Il-verità hi waħda, sostna l-kandidat tal-PN, il-mod kif il- Prim Ministru u l-Gvern tiegħu mexa fuq l-iskema taċ-ċittadinanza kienet ukoll ġennata. Ma kkonsulta ma' ħadd, irrombla fuq il- Parlament u wara ħafna insistenza kellu jċedi u jibdel il-liġi erba' darbiet. Hu tenna li fil-proċess saret ħsara kbira lill-pajjiżna u lill-kredibilità tagħna madwar id-dinja. "Ċert li l-ħtija hija biss tal-Gvern u tar-ras iebsa tal-Prim Ministru. Naħseb l-ikbar spinta li rajna s'issa mhux fl-ekonomija, imma spinta fil-vanaglorja ta' Prim Ministru ambizzjuż li ma jrid jaħdem ma' ħadd." Il-President tal-MŻPN jemmen li l-Ewropa trid tikkomunika aktar u aħjar, taġixxi aktar malajr fuq kwistjonijiet li jaffetwaw il-ħajja taċ-ċittadini Ewropej kollha, tnaqqas il-pompa u formalità tal- attivitajiet u l-funzjonijiet tagħha. "Fi kliem ieħor, trid tkun aktar Ewropa saqajha mal-art, viċin iċ- ċittadin, li tisma' u taġixxi." Hu spjega kif illum il-ġurnata, id- deċiżjonijiet li jittieħdu fi Brussell jaffettwaw lill-Maltin fil-ħajja ta' kuljum, bħalma jaffettwaw lil 500 miljun Ewropew. "Semmi li trid: il-kwalità tal-arja, l-ikel, il-ġugarelli tat-tfal, is-saħħa. Dawn kollha kwistjonijiet li l-MEPs iridu jħabbtu wiċċhom magħhom. Għalhekk irid ikollna MEPs li moħħhom hemm x'qed jiġri, l-ħin kollu u jkunu proattivi fl-interess ta' pajjiżna." Jemmen li l-fatt li tkun għassies fuq il-Gvern ta' pajjiżek stess huwa parti minn xogħol l-MEP. MEP jisma' l-kostitwenti, għax lil dawn irid jagħti kont u għandu dritt jistaqsi dwar dak li jikkonċerna l-kostitwenti tiegħu, mingħajr ma jiġi mgħajjar traditur, kompla Plumpton. Fil-fatt staqsejtu x'jagħmel dwar l-immigrazzjoni irregolari li kieku jiġi elett MEP u kien pront iwieġeb li lest li jaħdem favur l-interess ta' pajjiżu u favur id-drittijiet fundamentali tal- immigranti irregolari. Isostni liż- żewġ pożizzjonijiet mhux bilfors għandhom ikunu kontrastanti. "Aħna għandna nkunu politiċi li nużaw kemm moħħna u qalbna f 'kull ħin u t-tnejn flimkien." Plumpton qal li diġà esprima l-pożizzjoni tiegħu meta mexxa delegazzjoni f 'Lampedusa, fejn salpa minn Malta u mar biex isellem il-memorja tal-immigranti li kienu għerqu fl-aħħar tas-sajf li għadda, u biex jifhem il-problemi aktar mill-qrib. "Irridu naraw azzjoni mhux kliem. L-assistenza trid tingħata fil-pajjiż li qed jiddipartixxu minnu, irridu naraw rilokazzjoni serja, fejn kull pajjiż iġorr ir- responsabbiltà." Hu fisser li hija kwistjoni ta' volum, għaliex Malta hija żgħira, u għalhekk għandna nibqgħu nsostnu l-argument b'determinazzjoni, sakemm nikkonvinċu lil bqija ta' sħabna jgħinuna nerfgħu dan il-piż. "Imma żgur mhux ser insolvu l-problema biż-żenofobija, bil- pushbacks, bir-razziżmu." Plumpton jammira l-marketing tal-Partit Laburista. "Jafu jiksu l-messaġġ tagħhom b'pakkett modern u viżwalment sabiħ." Hu jemmen li John Rizzo ma kellux jitneħħa minn Kummissarju tal-Pulizija "minħabba l-każ ta' John Dalli." Filwaqt li hu kontra li John Dalli "nħatar biex imexxi Mater Dei." Meta staqsejtu x'jaħseb dwar l-eks deputati tal-PN, Franco Debono u Jeffrey Pullicino Orlando, hu sostna li llum kulħadd jista' japprezza aktar minn xiex kellu jgħaddi l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-PN Lawrence Gonzi. "Issa l-Partit Nazzjonalista jista' jaħdem ħafna aħjar għax hemm tim magħqud jiġbed ħabel wieħed. Mistoqsi dwar x'jaħseb mill- PBS, Plumpton wieġeb: "naħseb li l-aħbarijiet tal-ONE issa saru jibdew fit-8pm." "Il-politika m'għandix tkun pjan għall-irtirar" "L-aħbarijiet tal-ONE issa saru jibdew fit- 8pm" "Irrid Ewropa saqajha mal- art, viċin iċ- ċittadin, li tisma' u taġixxi" "Il-PN għandu tim magħqud li qed jiġbed ħabel wieħed"