Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 16 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 Ħames Minuti ma' Richard u Firelight RICHARD Micallef hu l-kantant ewlieni tal-band Firelight li ġimagħtejn ilu tħabbru bħala r-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest. Il-band Firelight għamlet id-debutt tagħha fl-istess festival. Daħlu għal festival b'żewġ kanzunetti, Bite the Bullet li m'għaddietx mal-finalisti u Coming Home li rrenjat nhar it-8 ta' Frar. Richard Micallef jibqa' mfakkar żgur għall- kanzunetta Finally li biha fl-2011 klassifika fit-tieni post fl-istess festival. Il- membri l-oħra ta' Firelight huma Michelle Mifsud, Tony Polidano, Matthew Ellul u Leslie DeCesare Kelma waħda li tispjega ħajtek? Relaxed. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Dejjem ħares lejn l-aspett pożittiv tal-ħajja. Għix ħajtek illum, għax għada jaf qatt ma jasal. Qatt ħsibt li tista' tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fid-Danimarka? Ipparteċipajt fil-festival kemm-il darba, u kull darba kont nittama u nixtieq li nirbaħ biex inkun nista' nirrappreżenta lil pajjiżi fil-Eurovision Song Contest. Il-fatt li din seħħet din is-sena hija ħolma li saret realtà. Ilkoll kemm aħna ferm eċitati u ħerqana sabiex nitilgħu fuq il-palk maestuż fid-Danimarka u nirrappreżentaw lil pajjiżna bid-diska tagħna. Ilkoll nafu x'responsabbiltà jitlob dan il-festival u preparati biex naħdmu bla heda biex niżguraw li nkunu l-aħjar li nistgħu f 'Mejju. Esperjenza partikolari li kellek waqt dan il- Eurovision u li se tibqa' tiftakar… Fis-serata finali, meta kantajna kienet esperjenza mill-aqwa. Ħadna ħafna gost, anke qabel sirna nafu li rbaħna. L-udjenza kienet tal-ġenn u l-atmosfera fuq il-palk ma kienet tixhed l-ebda kompetizzjoni. Ġenwinament ħadna ħafna gost. X'tikkummenta għall- kritika li qed issirlek li din il-kanzunetta hi kkuppjata? Kulħadd għandu dritt għall- opinjoni tiegħu. Dan l-istil partikolari ta' folk/rock/ pop qiegħed in voga ħafna bħalissa, u lilna jogħġobna immens. Ili noħloq il- mużika għal ħajti kollha u esperimentajt b'diversi stili u ġeneri. Inħossni kburi li ħloqt mużika ta' dan l-istil bħalissa. Inħossni tassew "at home" ma' Firelight u tassew ottimist u entużjast għall- futur. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Bil-flus tagħmel triq fil-baħar, iżda sakemm inkun qiegħed għaddej tajjeb, kuntent. L-iktar ħaġa importanti hija l-kuntentizza, u dik ma tiswiex ċenteżmu. X'tippreferi: is-sajf jew ix- xitwa? Is-sajf, bla dubju. X'jiffrustrak? It-traffiku u dawk li jsuqu ħażin. X'ibeżżgħek? L-ikbar biża' tiegħi hi li nitlef lil xi ħadd li nħobb. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? M'għandix idea. Miniex il- persuna ideali li tistaqsi fejn tidħol moda. Kemm tħobb lil pajjiżek? Biżżejjed biex ngħid, bi kburija, li għandi tpinġija tas-salib ta' Malta fuq idi. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Li nkun kuntent nagħmel x'nagħmel u li nkun imdawwar bin-nies li nħobb. L-iktar darba li stħajt? Kelli nkanta fil-festin ta' għeluq snini. Kelli xi 8 jew 9 snin. Missieri refagħni u poġġieni fuq mejda biex nibda nkanta. In-nies beda jidħku malli bdejt inkanta u bdew jippuntaw lejn l-irġulija tiegħi... kelli ż-żipp miftuħ. Biex tgħaxxaqha, missieri flok ħallieni ntellgħu jien, tellagħhuli hu! Il-Futur ta' Richard Micallef… Bħalissa qed nippreparaw għad-Danimarka. Ħafna xogħol iebes biex niżguraw li nagħtu l-aħjar prodott possibbli biex nagħmlu lil Malta kburija. Wara dan, inkomplu naħdmu biex nippromwovu l-band bl- aħjar mod possibbli. Se tkun sena ta' ħidma bla waqfien imma lesti għaliha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014