Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 17 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Jedd għal trobija sħiħa Xi jfisser eżatt iż-żwieġ? S. DEBONO ĦAL KIRKOP LESPERJENZA tatna prova li ma jeżistux drittijiet bla ma dawk li jippretenduhom li jkunu jikkwalifikaw għalihom. Fir-rigward tal-qawmien straordinarju ta' dan l-aħħar, ta' ugwaljanza ħolistika, ta' persuni f 'relazzjonijiet differenti minn dak li s'issa kien in-norma. Wieħed jista' jgħid li forsi hi sfortuna li x-xjenza s'issa għadha ma żviluppatx tibdil ħolistiku mixtieq fil- bniedem sabiex il-persuna tiffunzjona dejjem skont l-orjentazzjoni tal-moħħ tal-individwu. Jeħtieġ li nkunu maturi biżżejjed sabiex nargumentaw l-argument dwar dan u mhux niffukaw fuq il-persuni jew entitajiet li juru fehma differenti. Wara kollox individwi f 'dik is-sezzjoni li issa jridu li kulħadd jismagħhom, m'għandhomx huma wkoll jirrispettaw lil min ma jaqbilx magħhom? Meta qed niddiskutu fuq dan is-suġġett m'għandu għaliex jieħu għalih ħadd għax ma kienet għażla ta' ħadd il-ġeneru fit-tnissil tal-persuna individwali. Fuq kollox skont studjużi hi kundizzjoni li għandhom dawn il-persuni li moħħhom ma jaċċettax il-partijiet privati ta' persunthom. Irridu nkunu saqajna mal-art u naċċettaw il- limitazzjonijiet ta' dak li twelidna bih. Fir-rigward tat-trobbija tat-tfal, dawn il-persuni minuri mhumiex oġġett, ġugarell. Dawn, sew issa kif ukoll meta jikbru jassimilaw l-emozzjonijiet u trawmi li jġorru tul ħajjithom. M'għandux għal egoiżmu tagħhom, sezzjoni tissoġġetta tfal innoċenti għal eżerċizzju disturbanti psikoloġikament u soċjalment. Statistika ta' min joqgħod fuqha, turi li dawk li jitrabbew f 'laxkezza sesswali iżjed jirrikorru fost l-oħrajn għat-tneħħija tal-ħajja, jkunu soġġetti għal mard, u jwettqu reati. Il-fatt li x-xjenza medika għadha ma sabitx soluzzjoni għal dawk li twieldu torox, muti, għomja jew b'xi diżabbiltà oħra ma jfissirx li dawn huma persuni anqas minn oħra. Jekk la darba ma jikkwalifikawx biex joperaw f 'ċerti ambjenti, dawn 'id-drittijiet' ma jingħatawlhomx. Mhux li ma jitħallewx jgħixu ħajjithom u jsibu mpjieg, jidħlu f 'relazzjoni eċċ. Iżda jista' wieħed jimmaġina bdott ta' ajruplan jew kaptan ta' vapur li m'għandux dawl? U l-istess rigward dawk li jridu jrabbu t-tfal meta mhumiex koppja b'missier u omm, imnissla mill-bidu raġel u mara, u mhux mogħtija sura ġdida. LINO ELLUL SAN ĠWANN ILBATTIBEKKI u l-kontroversji li qed nisimgħu fostna, mhumiex biss dwar iż-żwieġ bejn persuni tal- istess sess, iżda wkoll dwar id-divorzju, kif ukoll dwar l-annullamenti taż-żwiġijiet! Jiena nemmen li dawn il-kontroversji kollha huma l-kawża prinċipali li għaddiet u fadlilha tgħaddi minnhom il-Knisja Kattolika f 'dan is- seklu. Din mhux titkellem ċar u tond dwar xi jfisser eżatt li tkun Kattoliku, kif ukoll mhux qed titkellem dwar il-kontradizzjonijiet grassi li ħerġin anki minn fostna l-Kattoliċi! Ma nixtieqx li ninftihem ħażin fl-argumenti tiegħi, iżda jekk appuntu ħafna fostna l-Kattolici jippretendu aġġornamenti li jmorru kontra l-liġi ta' Alla, il-Knisja Kattolika ma tista' tbiddel xejn minn dak li ma biddilx Kristu; kif qatt tista' l-Knisja Kattolika tippretendi li għandha tilħaq xi forma ta' kompromess f 'dan ir-rigward? Billi tiftaħ kwestjonarju fil- parroċċi tad-dinja kollha? Meta ħafna kritiċi, kemm minn barra, kif ukoll minn ġewwa, bir- raġun kollu qed isostnu li dan il-kwestjonarju huwa ambigwu, bla sens u kontradittorju fil-mistoqsijiet li qed jiġu mistoqsija fih?! Appuntu, fil-passat 'il bogħod mil-lum, jiena mhux biss tgħallimt li d-divorzju (jekk mhux biss f 'rabta ħażina taż-żwieġ) ma huwa aċċettat qatt fil-liġi t'Alla! Iżda jiena tgħallimt ukoll, li kull min fostna l-Kattoliċi jiżżewweġ biss bi żwieġ ċivili u mhux ukoll bi żwieġ sagramentali, għalina l-Kattolici dan kien ifisser biss rabta ħażina fiż-żwieġ.U meta allura l-Knisja Kattolika taf b'miljuni ta' Kattoliċi madwar id-dinja, inkluż f 'pajjiżna li qed jiżżewgu biss bi żwieġ ċivili u mhux bi żwieġ sagramentali; ngħid jien, għaliex il-Knisja Kattolika se tkompli titkellem biss kontra d-divorzju bla ma tispjega dan l-argument tant importanti fostna l-Kattoliċi? F'dan il-każ, id-divorzju mhux biss li jista' jħoll rabta ħażina ta' żwieġ li fiha jkunu qed jgħixu ħutna l-Kattoliċi, iżda wkoll b'rikonċiljazzjoni permezz tal- qrar, il-Kattolici jistgħu wkoll jiżżewġu fil-Knisja Kattolika u jirċievu l-Ewkaristija! U f 'kawża ta' dawn iċ- ċirkustanzi, inħasset il-ħtieġa ta' ftehim ġdid bejn il-Vatikan u l-Gvern Malti, dwar in-nullità taż-żwieġ f 'pajjiżna! Tgħid x'għandha tfisser eżatt il-kelma nullità f 'dan ir-rigward? Sal-lum il-kuntratt taż-żwieġ, ma jsirx biss quddiem ministru tal- Knisja Kattolika u mhux biss quddiem ministru pubbliku, iżda wkoll jiġi kkunsmat u kkonfermat bl-att sesswali bejn ir-raġel u l-mara. F'dan il-każ, xi jfisser eżatt żwieġ fis-seklu 2l? Kuntratt li jiġi ffirmat fuq karta u li allura jista' jitħassar kemm bid-divorzju, kif ukoll bl-annullament? Kemm mil-liġi ċivili, iżda mhux dejjem mil-liġi ta' Alla?! Jew l-att sesswali li jseħħ bejn raġel u mara għal kreazzjoni tal-ulied u li allura loġikament dan l-att sesswali bejn raġel u mara li jsiru ħaġa waħda, ma jista' jħassru ħadd u qatt? Għax fil-każ x'hemm loġiku f 'dan l-argument? Ġnien Kunsill tal-Ewropa KYLIE VELLA COMMUNICATIONS COORDINATOR SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT TKABBIR EKONOMIKU B'REFERENZA għall- artiklu 'Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa jista' jiġi privatizzat,' li deher fl-Illum tad-9 ta' Frar, nixtiequ niċċaraw li l-ġnien mhux se jiġi privatizzat. L-iskop hu li mhux se jkun hemm privatizzazzjoni, imma noħorġu espressjoni ta' interess għal yacht marina f 'Ta' Xbiex. Il-ġnien li jmiss mal-imsemmija yacht marina se jkun parti integrali minn dan il-proġett ħolistiku li se jsebbaħ iż-żona kif ukoll se jwassal għal aktar attività ekonomika fl-istess żona. Dan il-proġett se jkun jista' jitgawda mill-pubbliku. Grazzi Dun Nazju Borg NOEL FORMOSA SAN LAWRENZ NHAR il-Ħamis 20 ta' Frar bħal sajjetta fil-bnazzi l-komunità tagħna, ta' San Lawrenz, ġie mħabbar lilha li l-Kappillan preżenti Dun Injazju Borg, ġie maħtur Arċipriet tal-Parroċċa tal- Qala. Fl-istess waqt Dun Charles Sultana li s'issa serva ta' Viċi fil-parroċċa tagħna ġie maħtur il- Kappillan il-ġdid tal- Parroċċa tagħna li minn qalbna nagħtuh merħba fostna din id-darba bħala r-ragħaj il-ġdid tagħna. Nixtieq permezz ta' dawn iż-żewġ versi f 'isem il- komunità tagħna ta' San Lawrenz ngħid grazzi mill- qalb lil Dun Nazju. Grazzi għażiż Kappillan, dawn is-sitt snin u nofs li għamilt magħna kien żmien li fih stajna napprezzaw u ngawdu mill-kwalitajiet sbieħ u rari tiegħek. Id-dinamiżmu tiegħek kif ukoll il-ħeġġa kbira tiegħek biex tressaq il-parroċċani lejn il-Knisja u biex ngħixu r-reliġjon tagħna b'mod ġenwin huwa biżżejjed biex wieħed jiġbor fi ftit kliem il-parrokjat tiegħek fostna. Int ser tibqa' mfakkar ukoll għall-ammont qawwi ta' restawr li għamilt fil- parroċċa. Int ġeddidt il-parroċċa... kemm mil- lat spiritwali kif ukoll dak materjali. Però nkunu niżbaljaw jekk nieqfu hemm. Int għallimtna wkoll xi tfisser tkun "Knisja tal-fardal" kull sekonda li għamilt fostna kienet ikkaratterizata minn servizz kontinwu u mħabba speċjali mingħajr qatt ma fittixt xi glorja jew xi apprezzament. Is-skiet tiegħek meta nafu li kont qed taħt is-salib kien għalina mument biex għarafna xi tfisser taqdi. Ser inħossu n-nuqqas tiegħek però fl-istess ħin qed ngħidu grazzi lil Alla li tana l-opportunità u l-grazzja li ngawdu minn dawn is- sitt snin u nofs li għamilt magħna. Hija għafsa ta' qalb narawk sejjer imma fl-istess ħin huwa mod sabiħ li bħala membri ta' din id-djoċesi noffruk bħala rigal lill- kommunità oħra f 'Għawdex, biex hi wkoll ikollha ċ-ċans li tgawdi minn eżempju ta' kif wieħed jista' verament jgħix il-missjoni tiegħu ta' saċerdot ubbidjenti għall- vokazzjoni tiegħu. Grazzi Dun Nazju ma ninsewk qatt. Dun Injazju Borg