Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
18 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 W ieħed mill-kotba li ħalla marka fija meta kont għandni żagħżugħ kien 'Il giorno della civetta.' Leonardo Sciascia, l-awtur, kien kittieb Sqalli li kien jaf tajjeb ħafna kif taħdem il- mafja. F'dan il-ktieb, Sciascia jaqsam l-umanità fi tliet kategoriji ta' bnedmin. Hemm dawk li sejjaħ "i uomini veri." Dawn huma dawk li għandhom prinċipji li ma jċedu qatt. Mhux għaliex rashom iebsa iżda għaliex dejjem issibhom fuq in-naħa tas-sewwa. Nies li ma jagħmlux, ma jikkompromettux dak li jemmnu fih. Skont Sciascia din hija razza li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar issir rari. Irridu niftakru li Sciascia kiteb dan snin ilu. Għalhekk nittamaw li llum mhiex razza estinta. Imbagħad hemm it- tieni kategorjija ta' nies "i uominicchi," jiġifieri leali lejn min għandu l-poter. Dawn huma razza ta' nies li jkun hemm min ikun hemm fil-poter, dejjem issibhom ma djul min jaħkem. Qishom speċi ta' biċċa għamara TONI ABELA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI GĦAXAR snin ilu jien ma vvutajtx biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea tal-kategoriji. Emmint fl-unità u fil-koeżjoni. Emmint f 'ċittadinanza komuni, f 'jeddijiet u obbligi komuni. Emmint f 'ideoloġija ta' paċi u solidarjetà ma' bnedmin vulnerabbli. Emmint li Malta setgħet timmatura fil-kuntest ta' dawk il-kriterji. Jien ma vvutajtx għal unjoni militari. U ma vvutajtx għall-ajruplani tal- ġlied Ewropej, fornuti bil- fjuwil Amerikan fl-ajru. Ma vvutajtx għall-pooling and sharing balliku, bl-UE tonfoq €200 biljun kull sena fuq "id-difiża". Id-"difiża" minn min, minn xiex? Mill- paranojja antika dwar l-ors Russu? Jew mill-Afrikani- skeletri li jaħarbu miż-żoni ta' gwerra li ilhom ġejjin mill-kolonjaliżmu Ewropew? Jekk l-Ewropa trid titkellem dwar ix-sharing, għandha tqis l-obbligi umanitarji tagħha. Iżda l-burden sharing tal-Afrikani refuġjati, jilagħbu rulett b'ħajjithom f 'nofs baħar, fuq dgħajjes qed jaqgħu biċċiet, mhux jinteressa lill-Unjoni Ewropea. Ir-ri-allokazzjoni tal-erwieħ ifittxu l-kenn mhijiex fuq l-aġenda. Hemm immunità oxxena dwar il- kriżi. L-UE mhi tagħmel xejn konkret imma qiegħda biss "tinkoraġixxi" pajjiżi membri biex jivvolontarjaw li jieħdu għadd ta' immigranti irregolari, jirriabilitawhom u jagħtuhom dinjità. F'Malta, din il-pożizzjoni inumana qed jeħel biha l-PM preżenti, "għax mal-UE qed ifalli bl- ikrah." Anki f 'każ sensittiv bħal dan, Malta mhix kapaċi tingħaqad minħabba l-ossessjoni partitika. IL-PRIVILEĠĠI LILL- ALLAT Storja li dehret ftit ilu f 'din il-gazzetta wriet bl- aktar mod skjett kif ikun in-nepotiżmu oxxen f 'dan il-pajjiż ta' kampnari u xemgħat quddiem allat politiċi. L-istorja tixhed ukoll kemm il-poplu, illuppjat jew stordut, qed iħallas minn imnieħru għall- privileġġi offruti lil dawn l-allat. Minkejja li f 'Ġunju tal- 2012 Richard Cachia Caruana kien sfiduċjat mill-Parlament, inħatar konsulent tal-PM Lawrence Gonzi. Ingħata l-benefiċċji ta' karozza, safar club-class, telefon, mowbajl, karozza, assigurazzjoni tas-safar, uffiċċju f 'Kastilja u ħlas lura għall-ispejjeż li jkun ifettillu jagħmel għall-ospitalità. Is-salarju tiegħu baqa' jitqies fuq skala 1 tal-impjegati tal-Gvern, ekwivalenti għall- paga tal-Kap taċ-Ċivil. Gonzi kien iffirma personalment għal dan il-ftehim ta' privileġġi li l-poplu mank biss kellu xamma tagħhom u li kienu jiswew, talinqas €30,000. Imma importanti li jkomplu jinkixfu dawn l-istejjer tad-divinitajiet politiċi, ikunu fuq liema naħa tribali jkunu. Forsi xi darba l-poplu jirvella. KORRUZZJONI RAMPANTI Minbarrra l-ħafna kunflitti bejn il-milizji armati, fil- Libja post-Gaddafi issa qed jinħmew problemi gravi oħra, fosthom it-traffikar tal-armi, tad-droga u l-alkoħol lejn is-Sud, lejn in- Niġer, iċ-Chad u s-Sudan. Iżda l-korruzzjoni tant saret rampanti li bosta uffiċjali li suppost qed jikkontrollaw it-traffikar illegali qed jispiċċaw kompliċi. Dan kollu qed iseħħ bħala konsegwenza li "l-awtoritajiet" Libjani (illum ma tistax tgħid li hemm "gvern" imma stat kaotiku ta' gruppi armati jimmilitaw għall-poter) qatt ma daħlu biex jikkontrollaw il-fruntieri tan-nofsinhar. Sadanittant, hekk kif bdew ritwali ġodda ta' bombi- suwiċidi, il-Libja tipprova tirrikonċilja ruħha magħha nfisha u tara jekk, wara kollox, kinitx aħjar, b'aktar sigurtà, taħt il-Kurunell eċċentriku, ikkorteġġjat mill-Punent, inkluża Malta. ALLERĠIJA KONTRA S-SAĊERDOTESSI Jekk il-Papa Frangisku jiddikkjara li "n-nisa fil-Knisja jiswew iktar mill-isqfijiet u s-saċerdoti" għaliex mhux jippermettilhom is- saċerdozju? Il-Knisja Rumana hi l-unika waħda Kristjana li timblokka s-saċerdozju lin-nisa. Il-Knisja Anglikana u dik Ortodossa dan jippermettuh. F'Malta opinjonista reliġjuż bħal Mons. Charles Vella, li stinka ħafna favur il-familja, jgħid li maż-żmien in-nisa għad ikunu ordnati "imma ż-żmien għadu mhux matur" għax il-Knsja "tkun trid, maż-żmien, Franġisku ieħor." Ngħidu aħna, li kien hemm mara ta' kuraġġ, kompassjoni u ispirazzjoni mhux biżżejjed? Dak li għamlet is-soru ta' Kalkutta ma kienx jimmerita l-kwalifika netta saċerdotali? U Franġisku wieħed mhux adegwat għal dawk li jargumentaw bħal Monsinjur Vella? Għaliex qed jgħid li ż-żmien għadu mhux matur? Elfejn sena ta' Knisja paternalistika (u ta' żmien maqbuda f 'xibka ta' korruzzjoni) ma mmaturahiex? Il-Papa jwissi lill-fidili li m'għandhomx jibżgħu mill- ġdid u mill-bidla. Imma hu jibża' min-nisa saċerdotessi. Minn missjunarju għall-merċinarju X i kultant meta nikteb, indum xi ħames minuti nħammem x'titlu ser nagħti lill-artiklu. Aktar rarament, ikolli t-titlu f 'moħħi minn jiem qabel kif inhu l-każ illum wara li nhar it-Tnejn li għadda qrajt il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni t'Inkjesta li twaqqfet mill-Kunsll tad- Drittijiet tal-Bniedem tan- Nazzjonijiet Uniti fil-21 ta' Marzu 2013 dwar il-ksur sistematiku tad-drittijiet tal- bniedem fil-Korea ta' Fuq. Il-Kummisjoni twaqqfet wara li bosta pajjiżi u għaqdiet tad- drittijiet tal-bniedem kienu esprimew tħassib dwar id- deterjorazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta' Fuq. Possibilment titlu aħjar huwa dak użat fil-ħarġa ta' din il-ġimgħa ta' The Economist: "L-Umanità fl-Agħar Tagħha." Għalkemm il-Korea ta' Fuq hija 'l bogħod minn pajjiżna u ftit huma r-rabtiet ma' dan il-pajjiż, anke pajjiżna bħala membru tal- komunità internazzjonali, żgħar kemm aħna żgħar, għandna r-responsabbiltajiet tagħna u ma nistgħux nibqgħu indifferenti quddiem dan ir-rapport bla preċedent. Il-Kummissjoni kienet komposta minn eks Prim Imħallef Awstraljan, Michael Kirby, minn attivista tad- drittijiet tal-bniedem mis- Serbja Sonja Biserkoi u l-eks prosekutur ġenerali Indoneżjan Marzuki Darusman. Il- Korea ta' Fuq ma kkoperat xejn ma' din il-kummissjoni u lanqas ħallietha żżur il- pajjiż. L-istess atteġjament ġie adottat miċ-Ċina li rrifjutat li tagħti aċċess lill-provinċji tal-fruntiera fejn bosta Koreani jaħarbu. Meta jinqabdu, dawn jintbagħtu lura fil-Korea fejn jaffaċjaw detenzjoni, tortura u possibilment esekuzzjoni. Il-Kummissjoni ddeterminat li għandha mandat biex tinvestiga l-vjolazzjonijiet sistematiċi, gravi u ta' spiss tad-drittijiet tal- bniedem fil-Korea ta' Fuq f 'disa' arji speċifiċi : Vjolazzjoni tad-dritt tal- • ikel; Il-vjolazzjonijiet kollha • assoċjati mal-kampi ta' priġunerija; Tortura u trattament • inuman; Arrest arbitrarju u • detenzjoni; Diskriminazzjoni • speċjalment fir-rigward taċ-ċaħda sistematika u vjolazzjoni tad-drittjiet basiċi tal-bniedem u libertajiet fundamentali; Vjolazzjoni tad-dritt tal- • ħajja; Vjolazzjoni tal-libertà tal- • moviment individwali; JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt "SHARING" – IMMA MILITARI Reġim infami, dinja indifferenti DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW