Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 19 Minn missjunarju għall-merċinarju istituzzjonali li lesti li jagħmlu minn kollox biex ma jitilfux posthom. Dawn huma nies li għandhom valuri parzjali li għalkemm jinbiegħu talinqas sal-mument li min xtrahom ikunu fil-poter jibqgħu leali lejh. Meta ma jibqgħux imbagħad hija ħaġa oħra. Insejħulhom ukoll "viva chi regna." Din ir-razza ta' nies ħafna drabi jkunu teknokratiċi. Idoqqu l-arpa skont il-burdata ta' Neruni. Għalhekk huma razza ta' nies li jikkontradixxu lilhom infushom, iżda b'ħila li anke jiġġustifikaw il-"u- turns" li jagħmlu. Lil dawn issibhom f 'kull xorta ta' professjoni. Minn professuri akkademiċi sa preżentaturi fil-mezzi tax-xandir. Dawn huma nies li ma jistħux, tant li meta tfakkarhom x'kienu jgħidu u jagħmlu, bil-kemm ma jheddukx bil-libell. Dawn huma xorta ta' nies li kif ġieli ngħidu "are after the colour of the money." Skont Sciascia din hija kategorija li dejjem qiegħda tikber. Imbagħad hemm dawk li Sciascia jsejjaħ "i Kwakwakwara." Dawn huma bil-mijiet tagħhom. Dawn huma dawk li moħħhom qajla jużawh u jimxu b'għajnejhom mgħammda wara ħaddieħor. Jagħmlu bħal ma jagħmel kulħadd. Ikantaw innijiet mingħajr ma jkunu jafu għalfejn. Ixejru bnadar għaliex hekk jgħidulhom biex jagħmlu. Dik ir-razza li l-Griegi jsejħu bħala l-"Hoi Polloi." Ħafna drabi dawn ikunu l-vittmi tal-ewwel żewġ kategoriji. Bejn wieħed u ieħor dawn il-kategoriji ssibhom kullimkien. Anke f 'pajjiżna qegħdin. Min jaf kemm- il darba nkunu qegħdin nitkellmu u nosservaw dan kollu. Ma niskantaw qatt b'xi ħadd li dejjem gawda ma kulħadd. Jew niskantaw kif nilmħu nies li qatt ma konna nobsru li ser naraw f 'xi attività jew oħra. Għalhekk irridu nirrassenjaw irwieħna li din hija storja antika. Jistħi mhux min jaħtarhom iżda min jaċċetta l-ħatra. Jiena niftakar meta fl-1989 kelli xi ngħid mal-Partit Laburista wħud fil-PN minn kollox offrewli. Għamluli offerti mhux ta' biċ-ċajt. Dak iż-żmien kont għadni fl-aqwa tiegħi. Kont għadni qiegħed nippjana li jkolli familja tant li lanqas tfal ma kien għad kelli. Dakinhar kont spiċċajt tlift kollox u biex naqla' x'niekol kont inbati mhux ftit. Ħafna kienu telquni u fhimthom. Kont lest li nitlef ħafna ħbieb għax bqajt mal-prinċipju milli ma nitlifhomx għax bla prinċipju. B'dan kollu ma aċċettajt xejn minn dak li offrewli. Tistgħu taħsbu, Eddie Fenech Adami anke prova jikkonvinċini, biex ma nużax kelma oħra, meta darba fis-satra tal-lejl talab laqgħa miegħi u sieħbi Wenzu Mintoff taħt il-palazz tal- Verdala ġewwa l-Buskett. Iżda quddiemi kelli għażla. Li ninżel bħala persuna ta' prinċipju jew li nċedi għall- pressjoni tal-bżonn li kont fih u nitlef unuri għall-bqija ta' ħajti u ma' ħafna li kellhom tama fija. Kelli wkoll quddiem għajnejja d-dinjità tal-familja tiegħi, dik ta' marti u dik ta' wliedi li kienu għadhom ma tweldux. Ma kinitx biss kwistjoni ta' flus. Kienet ukoll kwistjoni ta' prinċipji li huma ankrati fina. Mal- Partit Nazzjonalista qatt ma stajt naqbel fuq prinċipji fundamentali kif fil-fatt għadni hekk sal-lum. Dan kollu ġieni f 'moħħi meta dan l-aħħar fil-għodu fuq it-tubu tat-TV xiref wieħed li sa ftit ilu kien l-għadu maħluf tal-Partit Laburista. Balleċ kien qiegħed jitkellem dwar xogħol tal- Gvern. Dak l-istess Gvern li tant ma riedx jara b'għajnejh sa ftit ilu. Fhimt x'seta' ġara. Ma sibtha xejn diffiċli biex insiblu waħda mill-kategoriji ta' Sciascia. Dan huwa bniedem li hekk kif tħabbar ir- riżultat elettorali ġralu bħal Cinderella bil-maqlub. Il-qargħa ħamra saritlu karozzella! Għal-lum ma jixraqx insemmi ismu. Meta jkun jixraq, insemmih. Sparixxar sfurzat li kien • anke jinvolvi l-ħtif ta' barranin. Nistgħu ngħidu li l-Kummissjoni sabet li l-Korea ta' Fuq tikser id-drittijiet tal-bniedem f 'kull waħda minn dawn il-kategoriji fir-rapport tagħha ta' 372 paġna. Tant kemm huma serji l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta' Fuq li Kirby qabbilhom ma' dawk tal-Ġermanja Nażista. Peress li l-Kummissjoni ma tħallietx iżżur il-Korea ta' Fuq u minħabba n-natura iżolata ta' dak li hu magħruf bħala r-Renju Eremita, il-Kummissjoni kellha tibbaża ruħha fuq ix-xhieda li ngħatat pubblikament minn 80 ruħ li rnexxielhom jaħarbu minn dan il-pajjiż tat-terrur u minn 240 ruħ oħra li xehdu bil- magħluq għax beżgħu għal dak li jista' jiġri lil qraba tagħhom li għadhom maqfulin fil-Korea ta' Fuq. Fost dawk li xehdu pubblikament kien hemm dak li hu probabbilment l-aktar Korean ta' Fuq maħrub magħruf, Shin Dong-Hyuk. Shin twieled f 'kamp ta' detenzjoni wieħed u tletin sena ilu, frott l-għaqda ta' żewġ priġunieri li kienu jitħallew jorqdu flimkien xi ljieli fis-sena għaliex kienu jġibu ruħhom sew. Ta' tlettax-il sena, flimkien ma' missieru li rari kien jara qabel, kellu jassisti għall- esekuzzjoni pubblika ta' ommu u ta' ħuh wara li kien kixifhom mal-gwardji tal-ħabs li kienu qed jippjanaw li jaħarbu. Kien trabba f 'mod li kien iħossu fid-dmir li jugża anke lil ommu u lil ħuħ li ma tantx kien iħoss affezzjoni għalihom. Kien jarahom bħala kompetituri għal ftit ikel li kien jingħata, ikel li kważi dejjem kien jikkonsisti f 'soppa ta' kaboċċi u qamħirrun li xi drabi kienet tkun imħawra b'xi far jew b'xi insetti. Iddeċieda li jaħrab mill-kamp meta sar ħabib ta' priġunier ieħor li kien ħareġ mill-Korea u kien irrakkuntalu dwar l-ikel li seta' jiekol. Għal Shin, il-libertà tfisser tiġieġa mixwija. Ħarab ma' dan il-ħabib li spiċċa ħa xokk meta pprova jaqbeż ir-reċint tal-kamp imma Shin għadda minn fuqu u ħelisha bi ftit ħruq biex imbagħad baqa' miexi sakemm wasal fiċ-Ċina. Hemmhekk iltaqa' ma' ġurnalist li għaraf l-importanza tal-istorja tiegħu u rranġa biex imur fil-Korea t'Isfel. Illum ġiet ippubblikata bijografija u ħareġ film dokumentarju dwar ħajtu, "Camp 14 - Total Control Zone." Fir-rapport tagħha, il- Kummissjoni stabbiliet li "Vjolazzjonijiet grossolani, sistematiċi u serji tad-drittijiet tal-bniedem kienu u għadhom qed jitwettqu mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal- Korea, l-istituzzjonijiet u l-uffiċjali tagħha. F'bosta okkażjonijiet, il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li sabet il-Kummissjoni jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità. Il-gravità, skala u natura ta' dawn il-vjolazzjonijiet jikxfu Stat li hu uniku fid-dinja kontemporanja. Numru ta' vjolazzjonijiet sistematiċi u mferrxin li ilhom u għadhom għaddejjin li ġew iddokumentati mill- Kummissjoni jaqbżu t-tarġa għolja meħtieġa fid-dritt internazzjonali bħala prova ta' delitt kontra l-umanità. Min iwettaqhom għandu l-immunità. Iċ-ċavetta tas- sistema politika huwa apparat politiku u ta' sigurtà vast li jagħmel użu strateġiku ta' sorveljanza, koerzjoni, biża' u pieni sabiex jelimina kwalunkwe espressjoni ta' dissent. Min huwa suspettat b'nuqqasijiet politiċi kbar jista' jsib ruħu f 'ċentru ta' interrogazzjoni u detenzjoni fejn jinżamm minn ftit jiem sa sitt xhur jew aktar fejn żgur ser ikun suġġett għat-tortura fil- proċess t'interrogazzjoni." Il-Kummissjoni rreferiet għal xhieda dwar kamra tat-tortura f 'ċentru ta' detenzjoni b'tank tal-ilma, ċrieki tal-azzar biex in-nies jiddendlu rashom 'l isfel u labar twil biex jiddaħlu taħt id-dufrejn. Il-Kummissjoni kkonkludiet li "bosta suspettati jmutu f 'ċentri ta' interrogazzjoni u detenzjoni minħabba tortura, ġuħ jew mard li jiżviluppa jew jaggrava minħabba l-kundizzjonijiet t'għixien terribli." Imma l-agħar ħruxijiet jidhru li jitwettqu fil-kampijiet tal-ħabs fejn jinżammu min jibqa' ħaj wara l-interrogazzjoni. Uffiċjalment, dawn il-kampijiet ma jeżistux imma kważi l-vittmi kollha jinżammu fihom għal għomorhom bla ebda tama li joħorġu minnhom ħajjin. Il-Kummissjoni stabbiliet li tal-anqas erba' kampi kbar jeżistu llum fejn hu kkalkulat li jinżammu bejn 80,000 u 130,000 ruħ. Bosta jaqblu li n-numru ta' priġunieri naqas f 'dawn l-aħħar snin imma skont ir-rapport, dan jista' jkun minħabba "rata estremament għolja ta' mwiet waqt id- detenzjoni" minħabba ġuħ u traskuraġni, kundizzjonijiet ta' xogħol sfurzat ferm iebsin, mard, stupri, aborti ta' bil-fors u esekuzzjonijiet. Il-Kummissjoni stmat li mijiet ta' eluf ta' priġunieri politiċi mietu f 'dawn il-kampijiet f 'dawn l-aħħar ħamsin sena. Tassew ferm simili għal kif in-Nażisti kienu jżommu l-Lhud, omosesswali, żingari u dissidenti. Eks priġunier politiku Jeong Kwang-il xehed li tant kemm ingħata ftit ikel fl-għaxar xhur li dam arrestat li minn 75 kilo nieżel għal 36 kilo. Iddeskriva wkoll kif ġie mmanettjat b'idejh wara dahru u ddendel sabiex la jkun jista' joqgħod bil-wieqfa u l-anqas bil-qiegħda. Wara li tħalla hekk xi tlieta jew erbat ijiem, spiċċa jagħmel taħtu u totalment diżidrattat. Tant kemm kien muġugħ li pprefera li jmut. Din it-teknika hija magħrufa bħala t-tortura tal- ħamiem u ssir sabiex ikollok tammetti dak li jriduk tgħid. Eks priġunier ieħor Kim Gwang-il ipprovda skizz ta' din it-tortura kif ukoll skizzi oħra tal-ħajja f 'dawn il-kampijiet tat- tkexkix: forom oħra ta' torturi, priġunieri maqfulin f 'gaġeġ twal 120 ċentimetru u mhux ogħla minn 100 ċentimetru li jgħixu billi jaqbdu l-ġrieden, iġsma miżmumin fil-kamra mortwarja li qed jittieklu mill- ġrieden, iġsma qed jinġarru lejn il-krematorju minn priġunieri oħra. Tassew li qajla wieħed jista' jimmaġina orruri agħar minn dawk deskritti f 'dan ir- rapport. Il-president tal-Kummissjoni kiteb ittra lill-Mexxej Suprem Kim Jong-un u wissiegħ li jista' jaffaċja l-ġustizzja internazzjonali talli ordna tortura sistematika, ġuħ u qtil. Avżah ukoll li l-Kummissjoni qed tagħti parir lin-Nazzjonijiet Uniti sabiex tirreferi lill-Korea ta' Fuq lill-Qorti Kriminali Internazzjonali sabiex min hu responsabbli għal dawn il-ħruxijiet, inkluż hu, ikun jista' jagħti kont. Kirby anke wissa liċ-Ċina, l-alleat prinċipali tal-Korea ta' Fuq li għadha qed iżżommha fuq saqajha ekonomikament li hija tista' tkun kompliċi f 'delitti kontra l-umanità meta tibgħat lura lejn il-Korea ta' Fuq min jaħrab minn dan il-pajjiż tal-ġenn. Il-Kummissjoni wkoll semmiet li fil-waqt li l-populazzjoni in ġenerali hija mċaħħda minn ikel adekwat, l-elite jgawdi minn stil ta' ħajja lussuż ffinanzjat bl-attivatijiet illeċiti tar-reġim bħat-traffikar ta' droga u l-bejgħ ta' alkoħol f 'pajjiżi Iżlamiċi. Id-dinja issa taf u ħadd m'għandu aktar skużi li ma kienx jaf. Dan jgħodd speċjalment għaċ-Ċina li tista' twaqqaf kwalunkwe proċedura kriminali futura kontra l-mexxejja tal-Korea ta' Fuq billi tuża l-veto tagħha fil- Kunsill tas-Sigurtà. Il-komunità internazzjonali hija fid-dmir sagrosant li l-popolazzjoni ta' dan il-manikomju ta' pajjiż tinħeles mill-jasar li ilha fih. Jekk dan ma jsirx, kull wieħed u waħda minnha wkoll nispiċċaw kompliċi ta' dawn il-ħruxijiet li żgur m'għandhomx jitħallew aktar. Reġim infami, dinja indifferenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014