Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 .25325$==-21,7$¶;2*ƪ2/87$ƪ5,Ƥ IF 03-2012 Integrating TCNs in the Maltese Society 6(-ƪ$*ƪ$//±35299,67$7$¶6(59,==,7$¶7$ƪ5,Ƥ,1',9,':$/, ,O.RUSRUD]]MRQLWD¶;RJƫROX7DƫULƥTHGWRƫURƥVHMƫDJƫDO 3URYYLVWDWD¶6HUYL]]LWD¶7DƫULJJƫDOO.RUVLMLHWUHODWDWPDOO3URƥHWW,) ±,QWHJUDWLQJ7&1VLQWKH0DOWHVH6RFLHW\OLKXSDU]MDOPHQW LI¿QDQ]MDWPLOO)RQGWD¶O8(XPLOO)RQGL1D]]MRQDOL Ref: ETC/CS/IF/01A/14 .RSMDHOHWWURQLNDWDGGRNXPHQWOL¿KMLQVWDEXGGHWWDOMLWDONULWHUMLZNZDOL¿ƛL PHƫWLHƥDÀLPNLHQPDNXQGL]]MRQLMLHWXLQIRUPD]]MRQLRKUDWLVWD¶WLQNLVHE PLVVLWHOHWWURQLNXWDO.RUSRUD]]MRQLWD¶;RJƫROX7DƫULƥZZZHWFJRYPW 'DZNLQWHUHVVDWLKXPDPLWOXEDOLMLVVRWWRPHWWXNRSMDWDV&9ÀLPNLHQPD¶ GRNXPHQWLRƫUDPLWOXEDI¶GLQLVVHMƫDXMLEJƫDWXKRPSHUPH]]WD¶LWWUD UUHƥLVWUDWDMHZLƥLEXKDSHUVRQDOPHQWI¶GDQOLQGLUL]] ,O.DSWDO3URƥHWW,) Integrating TCNs in the Maltese Society, The Training Complex, ƪDO)DU%%Ƥ /DSSOLND]]MRQLMLHWLULGXMDVOXVDPKX[DNWDUWDUGPLOOWDW7OLHWD WD¶)UDU *HQHUDO3URJUDPPH6ROLGDULW\ 0DQDJHPHQWRI0LJUDWLRQ )ORZV± European Fund for the Integration of Third-Country Nationals (IF) &R¿QDQFLQJUDWH(8)XQGV1DWLRQDO)XQGV Sustainable Management of Migration Flows Kokaina, ecstasy fost l-aktar droga mfittxija JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt DROGI stimulanti bħal kokaina, ecstasy, u l-meow meow huma l-aktar tip ta' droga mfittxija f 'Malta. Dan isegwi l-istess moda fl-Ewropa, qalet Mariella Dimech, psikologa li ħadmet f 'dan il-qasam. F'kummenti lil din il- gazzetta, Dimech qalet li t-teħid ta' droga stimulanti kiber fil-popolarità fl-aħħar snin, anke għaliex żdiedet ukoll l-aċċessibilità u l-faċilità li biha wieħed jista' jixtri d-droga. "Illum il-ġurnata biex tixtri l-ecstasy qisek qed tixtri drink. Kemm għal mod faċli biex issibha kif ukoll għall- prezz affordabbli," sostniet il-psikologa. Hi żiedet tgħid li l-aktar fattur allarmanti hu li t-teħid tad-droga kważi sar xi ħaġa normali li ssir ta' kull tmiem il-ġimgħa jew anke aktar drabi. Id-droga stimulanti tgħaġġel is-sistema nervuża u twassal għal żieda fir-rata tal-qalb fost oħrajn. Dit-tip ta' droga taffettwa l-perċezzjoni u l-alluċinazzjonijiet u ġġiegħel lil min jeħodha jħossu aktar fuq tiegħu u kunfidenti. Droga oħra bħall-eroina naqset fil-popolarità, iżda Dimech qalet li dan ma jfissirx li t-teħid tal-eroina naqas. "Sempliċiment ma komplietx tispara 'l fuq ir-rata tat-teħid tagħha." Dimech enfasizzat li f 'kull klassi tas-soċjetà hemm problemi li jistgħu jwasslu biex persuna tibda t-teħid tad-droga. "Persuna aktar faċli li tersaq lejn id-droga jekk ikollha nuqqas ta' edukazzjoni u stat soċjo-ekonomiku ta' ċertu tip. Imma hemm fatturi oħra li jmorru lil hinn mill-klassi soċjali, fosthom jekk persuna ssibx nuqqas ta' appoġġ id- dar, problemi ta' mard mentali jew avvenimenti li jkunu ta' trawma. Dawn kollha jagħmlu persuna aktar vulnerabbli." Mistoqsija jekk dawk li qed jieħdu d-droga hux qed jagħmlu dan f 'età iżgħar minn dak kumparat mal- passat, Dimech spjegat li meta tikkompara s-sitwazzjoni preżenti ma' dik ta' għaxar jew ħmistax-il sena ilu, ir-realtà turi li ż-żgħażagħ qed jibdew aktar qabel. Dan anke għaliex l-aċċessibilità għad-droga żdiedet ukoll. "Qed nara żgħażagħ li jaqgħu malajr għat- tentazzjoni tad-droga, it's too much, too soon. Għandek żgħażagħ li jibdew ta' 14-il sena, oħrajn ta' 17, ma tistax tgħid meta." Hi ssuktat tgħid li mill- esperjenza tagħha, l-aktar żgħażagħ fir-riskju li jersqu lejn id-droga huma dawk li l-ġenituri tagħhom ma jagħtux kas ta' x'inhuma jagħmlu wliedhom biżżejjed, fosthom li ma jkunux jafu wliedhom ma' min qegħdin u fejn. Fatturi oħra komuni huma meta ż-żgħażagħ ikollhom ħafna flus f 'idejhom minn età żgħira, u dawk li ma jkollhomx għanijiet speċifiċi f 'ħajjithom. Id-droga ma tikkonċernax iż-żgħażagħ biss. Hu fatt magħruf li persuni b'etajiet differenti, anke ta' 40 u 60 sena, jagħmlu użu minn dawn is-sustanzi illeċiti. Iżda Dimech, bħal bosta esperti oħra, ma taqbilx li d-dekriminalizzazzjoni tad- droga hi s-soluzzjoni. Fost l-oħrajn, hi saħqet fuq il-bżonn li jkun hemm mod xjentifiku kif tiddetermina jekk ir-rijabilitazzjoni kinitx effettiva jew le fuq min kien jabbuża biha. "Li persuna ma jintbagħatx il-ħabs mhux biżżejjed. Hemm min jgħidlek tihom il- libertà, imma jekk dawn qed iweġġgħu lilhom infushom u lis-soċjetà għandhom bżonn l-għajnuna. Trid tindirizza l-problema b'mod effiċjenti u mhux superfiċjali. Trid tevalwa jekk persuna rnexxietx mir-rijabilitazzjoni b'mod professjonali, u mhux fuq kemm qed jidher aħjar il- persuna konċernata," temmet tgħid Dimech. "Illum il-ġurnata biex tixtri d-droga qisek qed tixtri drink" KATZ involva ruħu fil-bejgħ tal-propjetà f 'dan iż-żewġ gżejjer, wara li fl-2006 u fl-2007 il-kumpanija Henley & Partners kienet għenet lill-gvern ta' Saint Kitts u Nevis biex saret riforma tal-programm tagħhom ta' ċittadinanza b'investiment. Fil-kritika tiegħu kontra l-programm ta' ċittadinanza b'investiment tal-gvern, li ntużat bi prominenza mill-Partit Nazzjonalista, Katz iddeskriva dan il-programm bħala tad- dilettanti, dgħajjef u li qatt ma ra bħalu, anki jekk dan l-istess programm huwa l-unika wieħed li kiseb l-approvazzjoni tal- Kummissjoni Ewropea. Il-kritika qawwija li saret minn Nuri Katz qed tkun interpretata bħala attakk fuq ir-reputazzjoni ta' pajjiżna għaliex il-programm ta' ċittadinanza b'investiment li qed joffri l-gvern jista' jkun ta' kompetizzjoni kbira għall- interess tiegħu f 'investiment fi propjetà f 'Saint Kitts u Nevis. L-attakki ta' Nuri Katz kontra l-gvern ingħataw importanza kbira wkoll mill-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia. Attakk infami Il-Ministru jikkundanna l-aġir tal-MUMN ILMINISTRU tas- Saħħa Godfrey Farrugia jikkundanna l-aġir tal- President tal-MUMN Paul Pace. Hu sostna li dan l-aġir mhux aċċettabbli fil-konfront ta' min hu vulnerabbli. Enfasizza li dan l-aġir qed jiġi deplorat. "Għandna nfakkruk kif irriteniet il-qorti anke f 'każijiet li kienu jinvolvu l-union tal-infermiera stess, li huwa l-obbligu ta' kull imjegat li meta jmur għax- xoghol jagħmel ix-xogħol li jkun ordnalu l-prinċipal tiegħu," qal Farrugia f 'ittra li bgħat lil President tal- MUMN Paul Pace B'dispjaċir qed jiġi innutat illi bosta mid-Direttivi qed jimminaw direttament jew indirettament il-kura illi huwa intitolat għaliha l-pazjent. "Niġbidlek l-attenzjoni li huwa l-obbligu tal-MUMN li anki f 'materji ta' relazzjonijiet industrijali hija għandha timxi in bona fede u b'mod proporzjonat," sostna l-Ministru Farrugia. Tkompli minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014