Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 5 Kieku s-segwaċi ta' Facebook ifissru voti… James J. Piscopo jagħti ħarsa lejn il-popolarità tal-kandidati għall-Parlament Ewropew fuq id-dinja virtwali ta' Facebook DISGĦIN jum biss 'l bogħod mill-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, il-kandidati għaddejjin bil-ħidma sfieqa tagħhom biex jiksbu prominenza u jirbħu xi vot. F'kuntest fejn id-dinja virtwali ta' Facebook issa daħlet kważi f 'kull dar, bir-raġun kollu l-kandidati li qed jaspiraw li jservu fi Brussell jużaw dan il-mezz biex iwasslu l-messaġġ tagħhom u jħeġġuk biex – kif ngħidu llum il-ġurnata - tfaqqagħlhom like. Minn stħarriġ li għamlet din il-gazzetta jidher li mit-total ta' 25 kandidat approvati s'issa għat-tliet partiti ewlenin, kull kandidat juża dan il-mezz. Peress li bosta kandidati kellhom saħansitra żewġ u tliet profili differenti, u għaldaqstant votant seta' jkun f 'aktar minn profil wieħed tal-istess kandidat, ħadna biss inkonsiderazzjoni l-paġni uffiċjali tal-kandidati. Sal-Ġimgħa 21 ta' Frar, meta nġabret din l-informazzjoni, il-kandidat Laburista u eks kunsillier tal-Partit Nazzjonalista, Cyrus Engerer, kien il-kandidat bl-akbar ammont ta' segwaċi fuq il- paġna tiegħu ta' Facebook. Hu kien l-unika kandidat li qabeż il-ħdax-il elf like. Roberta Metsola hija t-tieni l-aktar kandidata segwita u l-aktar MEP popolari b'10,600 like. Fit-tielet post, issegwi Deborah Schembri bi kważi 9,200 like, anke jekk hi jista' jkollha vantaġġ fuq kandidati oħra peress li użat l-istess paġna għall-elezzjoni ġenerali. Ir-raba' u l-ħames post huma okkupati minn Miriam Dalli u David Casa rispettivament. L-eks preżentattriċi tal-ONE għandha 8,840 like filwaqt li l-kap tad-delegazzjoni Nazzjonalista għandu ftit inqas minn 8,700. Interessanti l-fatt li sal-Erbgħa 19 ta' Frar, Dalli u Casa kienu ras imb ras bl-istess ammont ta' likes (8,680), li jfisser li fi żmien jumejn Dalli telgħet b'160 filwaqt li Casa żdied b'14. Minkejja li kull kandidat juża Facebook, kienu żewġ kandidati biss li ma fetħux paġna apposta iżda żammew il-profil personali tagħhom. Dawn kienu Fleur Vella u Peter Cordina, it-tnejn mill-kamp Laburista u 'debuttanti' fl-arena politika. Skont Facebook, l-inqas popolari jidhru li huma Helga Ellul u Kevin Cutajar mill-Partit Nazzjonalista, u Mario Farrugia Borg u Charlon Gouder għall-Partit Laburista. Iċ-ċermen tal- Alternattiva Demokratika Arnold Cassola ġie fl-20 post f 'din il-'klassifika', bi ftit aktar minn 1,550 like filwaqt li d-deputat ċermen, Carmel Cacopardo, ġie l-aħħar bi 351 like. Ovvjament, għalkemm dan is-sit soċjali jista' jagħti xi indikazzjoni ta' kemm qed ikun milqugħ il-messaġġ tal- kandidati, dan ma jistax jagħti stampa ċara tal-andament tal- kampanja. Hemm diversi aspetti li jaffettwaw dan; fost l-oħrajn ċertu kandidati jippreferu jħallsu biex jirreklamaw il-paġna tagħhom, u dan jagħtihom ċertu vantaġġ. Fattur ieħor hu li wħud mill-kandidati ilhom xhur li fetħu l-paġna tagħhom, filwaqt li oħrajn għamlu dan fl-aħħar jiem jew ġimgħat. Iżda li nnutajna żgur hu li dawk il-kandidati li jtellgħu materjal ġdid dwar l-andament tal-kampanja tagħhom kuljum, jispiċċaw jattiraw aktar segwaċi minn oħrajn. 01 – Cyrus ENGERER PL 11,029 02 – Roberta METSOLA PN 10,599 03 – Deborah SCHEMBRI PL 9,185 04 – Miriam DALLI PL 8,840 05 – David CASA PN 8,694 06 – Ray BUGEJA PN 8,243 07 – Marlene MIZZI PL 6,191 08 – Norman VELLA PN 5,621 09 – Kevin PLUMPTON PN 5,430 10 – Alfred SANT PL 5,311 11 – Therese COMODINI CACHIA PN 4,540 12 – Stefano MALLIA PN 4,269 13 – Jonathan SHAW PN 4,128 14 – Ivan GRIXTI PL 3,765 15 – Francis ZAMMIT DIMECH PN 3,203 16 – Clint CAMILLERI PL 2,722 17 – Kevin CUTAJAR PN 2,440 18 – Helga ELLUL PN 2,184 19 – Lino BIANCHI PL 1,570 20 –Arnold CASSOLA AD 1,551 21 – Charlon GOUDER PL 1,080 22 – Mario FARRUGIA BORG PL 730 23 – Carmel CACOPARDO AD 351 Il-kandidati skont l-ammont ta' segwaċi fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, kif kienu jidhru l-Ġimgħa 21 ta' Frar f 'nofsinhar. Fleur Vella u Peter Cordina ma jidhrux fil-lista għax kellhom biss profili personali. Il-lista tinkludi biss dawk il-kandidati li huma uffiċjalment approvati mit-tliet partiti ewlenin. Cyrus Engerer l-aktar kandidat popolari fuq Facebook. Isegwu Roberta Metsola, Deborah Schembri, Milliam Dalli u David Casa 1 2 3 4 5