Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
8 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 LEWWEL erba' snin tal-ħajja saċerdotali u pastorali tiegħi wettaqtha fl-Iżvezja, bejn 1980 u 1984. Kien hemm li ltqajt mal-fenomenu "droga." Ma kont nifhem xejn dwar il-kumplikazzjonijiet ta' din is- subkultura. Imma ta' bniedem umanist kont ngħin lil kull min kien iħabbatli l-bieb tal-"presbitery", fosthom tfajla Maltija ta' 23 sena, li kienet tgħix Stokkolma u li mwerwra talbitni ngħinha. Kienet inqabdet fl-intriċċi ta' ċirku tad-droga u riedet toħroġ minnu. Għintha ssib fejn tistkenn sakemm bl- għajnuna tas-servizzi soċjali Żvediżi ntbagħtet lura Malta. Din l-esperjenza daħħlitni aktar konxju tar-realtà kerha tal-kultura tad-droga. Fl-1984 erġajt lura Għawdex u dħalt ngħin fl-istitut tat-tfal f 'Għawdex b'ħilti kollha biex nibni programm edukattiv għat-tfal. Fi żmien qasir l-Istitut San Ġużepp f 'Għajnsielem Għawdex inbidel f 'Dar li fiha t-tfal setgħu jgħixu l-onestà u l-fiduċja reċiproka, fejn l-imħabba, l-istima u r-rispett lejhom infushom u lejn l-oħrajn għenu biex ħafna tfal setgħu jibnu ħajjithom mill-ġdid u jikbru f 'żgħażagħ f 'saħħithom bħal tfal oħra fi ħdan il-familja propja. Kien f 'dan il-perijodu li ltqajt mal-ewwel każijiet ta' esperimentazzjoni ta' droga f 'Għawdex. F'Jannar 1988 iltqajt mal-ewwel każ ta' dipendenza serja, żagħżugħ ta' 18-il sena. Ħeġġiġtu biex jagħmel xi ħaġa dwar saħħtu u f 'medda ta' xahar ħarġu 11-il każ ieħor jitolbuni l-għajnuna. Ħassejtni responsabbli u ntlaqt kollni kemm jien f 'dan il-qasam pastorali. Fl-istess żmien ġejt imsejjaħ biex nirrappreżenta lill-Ministeru għal Għawdex fuq il-Kummissjoni Nazzjonali Kontra l-Abbuż tad-Droga u t-Traffikar tagħha. Kienet għażla strumentali biex nikber aktar fil-konoxxenza tal- fenomenu dinamiku "droga u sustanzi oħra." Applikajt biex nagħmel esperjenza fost iż- żgħażagħ bi sfond soċjali diffiċli u f 'Ottubru dħalt ngħallem fi tliet skejjel f 'Malta, fi tliet lokalitajiet u tipi ta' studenti diversi, tal-bniet u subien. Fl-istess sena laqqajt grupp ta' persuni f 'Għawdex u flimkien għamilna studju dwar il-qagħda tad-droga f 'Għawdex. Minkejja ċ-ċokon tal-gżira l-problema "droga" kienet tinsab f 'Għawdex l-aktar bħala theddida futura. It-tfal u ż-żgħażagħ huma l-pedamenti tas-soċjetà bħalma dar għandha bżonn pedamenti sodi biex tibqa' wieqfa kontra l-elementi. Għalkemm f 'Għawdex il-familji tagħna kienu u għadhom f 'saħħithom, ir-realtà tad-droga u l-alkoħoliżmu rajtha qiegħda hemm bħala theddida moħbija li tista' tiskatta vjolentament minn ħin għal ieħor. Għalhekk, ma kellix għażla ħlief li nxammar il-kmiem u nilqa' l-isfidi kollha bil-għajnuna ta' Alla u ta' ħafna ħbieb. Kien l-Erbgħa, 26 ta' Ġunju 1991, il-"Jum Dinji kontra d-Droga" meta l-ikbar deċiżjoni iebsa għalija, wara l-ordinazzjoni saċerdotali, bdiet isseħħ fit-twaqqif tal-OASI. Dak il-jum kont emozzjonat u fl-istess ħin anzjuż ħafna. Kienet l-ewwel inizjattiva ta' dix-xorta f 'Għawdex. Kienu bosta dawk in-nies li għenuni nibni dan il-proġett u ħassejtni beżgħan taħt il-piż tar-responsabbiltà. L-ewwel impenn tiegħi l-bini ta' programm ta' ħidma għall- OASI, Għawdex u l-qagħda soċjali nazzjonali. Malajr tfassal programm madwar tliet elementi ċentrali - edukazzjoni preventiva, intervent immedjat u kura rijabilitattiva. Kienet inizjattiva għaqlija li għadna ngawdu mill-frott tagħha sal- ġurnata tal-lum. Matul dawn it-22 sena ta' servizzi fil-komunità, l-OASI baqgħet dejjem tikber u tiġġedded. Matul is-snin l-OASI darbtejn kabbret il-kwartieri tagħha fir-Rabat Għawdex. Sentejn ilu fetħet Dar Residenzjali ġdida għall-kura u rijabilitazzjoni terapewtika biex illum l-għadd ta' sodod telgħu minn 7 għal 15. Is- sena li għaddiet saret riforma sabiex il-Fondazzjoni ssaħħaħ l-istrutturi tagħha biex tkun tista' tilqa' għall-iżviluppi u l-isfidi attwali u fil-ġejjieni nbilli l-OASI tqassmet 5 dipartimenti: amministrazzjoni, voluntiera, prevenzjoni primarja, intervent immedjat u kura rijabilitattiva. Fit-Taqsima Prevenzjoni Primarja jintagħġnu u jinħmew is-servizzi edukattivi b'togħma preventiva, li ddur madwar l-għarfien tal-effetti negattivi li s-sustanzi tossika jħallu fuq il-moħħ, il-fiżiku, l-emozzjonali u r-relazzjonijiet soċjali tal- individwu. L-interventi jsiru kemm mal-kbar u kif ukoll maż-żgħar. Tintuża ħafna s-sistema "edutainment" (Education through Entertainment) bħal fil-każ tar- Riflessi Sajfin, Kunċert Mużikali annwali li għal dawn l-aħħar 22 sena kien ta' innovazzjoni fix-xena mużikali fost it-tfal u ż-żgħażagħ fil-gżira Għawdxija. Però l-ikbar sforz isir mat- tfal u żgħażagħ permezz ta' programmi edukattivi fl-iskejjel kollha f 'Għawdex kemm tal- istat kif ukoll tal-Knisja fejn isuru 'l fuq minn 400 intervent edukattiv lil madwar 3,000 student u studenta mill-ewwel sena f 'livell primarju u jissoktaw sal-livell post sekondarju. Is-Servizzi ta' Kura u Rijabilitazzjoni mid-droga u alkoħol jitmexxew fuq il-prinċipji tat-12-il Pass tal-Alkoħoliċi Anonimi, kif żviluppati fuq il-Mudell Kliniku Minnesota – mudell Bio Psiko Soċjali. Matul is- sena li għaddiet saru madwar 2,500 intervent terapewtiku għall-benefiċċju ta' aktar minn 117-il persuna bi problema tad-droga jew alkoħol. Saru madwar 500 intervent ieħor ma' familjari u persuni oħra viċin tal-"addict." Kien hemm "couching" terapewtiku fuq livell ta' Intervent Immedjat lill-individwi, koppji, żgħażagħ u tfal fi kriżi. Dan l-istess dipartiment joffri servizz professjonali lill-persuni li jkollhom problemi familjari, personali u anke dawk li jkunu qegħdin fil-fażi ta' esperimentazzjoni ta' drogi u alkoħol. Aħna nemmnu li meta bniedem isib servizz ta' għajnuna professjonali meta l-problemi jkunu għadhom fil-bidu taħdem ukoll bħala prevenzjoni. Din il-ħidma kollha tissarraf f 'madwar 10 laqgħat terapewtiċi fil-ġurnata barra attivitajiet oħra fuq livelli edukattivi, soċjali, kulturali u sportivi. Kif wieħed jista' jara, Il- Fondazzjoni OASI hija kommessa li tissokta fil-ħidma edukattiva, kurattiva u soċjali tagħha. Dan isir grazzi għad- dedikazzjoni u l-impenn kontinwu tad-diretturi, voluntiera, ħaddiema u benefatturi oħra. Fr Manuel Cordina huwa d-direttur tal-fondazzjoni OASI Il-Punt Għawdex: Int djamant minn John Busuttil L-OASI u r-realtà kerha tad-droga FR MANUEL CORDINA Ġurnata mal-Ministru Refalo MINISTRU vera jkun jinsab fil-ġenna tal-art? Ministru vera li jgħix ħajja mimlija xalar? Dik hi l-perċezzjoni tiegħi u tiegħek. Iżda ddeċidejt li nara mill-viċin eżatt kif iqatta' l-ġurnata Ministru. Għalhekk tlabt lill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo biex inqatta' ġurnata miegħu f 'ġurnata li fiha l-maġġoranza tagħna nkunu 'off duty', is-Sibt. Eżatt l-għada ta' San Valentinu. Fejn fil-fatt ċempilli mill-ajruport ta' Amsterdam fil-ġurnata ta' San Valentinu għax fejn suppost kien qed igawdiha ma' martu kien ġej minn Konferenza fl-Olanda u wasal id-dar fis-1.30am tal-Ħadd filgħodu. Ftehmna li l-Ħadd inċempillu fit-8am u jien li dejjem naħseb qabel, ċempiltlu kwarta qabel fejn weġibni li qed jilbes u kien ġej għalija xi nofs siegħa wara. Fil-fatt iltqajna fit- 8.30am ħdejn id-dar tiegħi Għajnsielem. Komdu ta li jiġi għalik ix-xufier u m'hemmx taħbil ir-ras fejn se nipparkja fi Pjazza San Franġisk. Tlajna l-ministeru fejn mill-ewwel sab jistennewh il-Kunsill Lokali tal-Qala flimkien ma' membri tal-Kurja fejn ġie ffirmat ftehim biex isir 'upgrading' tal-pjazza tal-Qala. Lanqas laħqet intemmet din il- laqgħa li ma lmaħtx liċ-ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina, li flimkien ma' xi persuni oħra ffirmaw ftehim ieħor din id- darba fuq il-Gozo Channel. Għal xil-10am tfaċċat il- Ministru Marie Louise Coleiro Preca li flimkien mal-Ministru Refalo rħewlha għal Housing Estate taċ-Ċawla, biex flimkien iżuru lin-nies li jgħixu f 'dawn l-appartamenti wara li l-ministeru għal Għawdex nefaq €800 għal kull waħda mis-16-il familja li jgħixu f 'żewġ blokki minn 16-il blokk. L-appartamenti tagħhom ġew irranġati. Ikolli nammetti li ma kontx naf li f 'Għawdex jeżistu postijiet fejn hemm familji bi problemi soċjali u li jinsabu fix-xifer tal-faqar. Dawn in-nies b'sempliċità kbira iżda ġenwini immens laqgħu lil Ministri b'ħerqa kbira u wieħed seta' jara lill-anzjani jgħannqu liż-żewġ ministri b'dawn tal-aħħar jidħlu f 'diversi appartamenti biex jisimgħu l-ilmenti personali ta' dawn it-talin. Kien hemm min ħasibni li jien nagħmel il-pjaċiri u talbuni anke biex innaddfilhom għalqa żgħira li wara kollox ħammġuha huma. Jien għidtilhom biex ikellmu lil tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Kien hemm min anke lesta kejk għall-okkażjoni biex jinqasam mill-Ministru Refalo. Filwaqt li tfajla żagħżugħa qalet 'grazzi ministru għax konna ilna nitolbu għall-għajnuna. Donnu li dik il-widna fl-aħħar infetħet u sibna l-għajnuna.' Kien sar kważi nofsinhar u erġajna lura fil-ministeru fejn Iffirmar tal-ftehim mal-Qala