Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 23 ILQARĊILLA hija farsa li sa mitt sena ilu kienet għadha ssir fil-Karnival tal-Belt. Kienet popolari fl-irħula wkoll. Wieħed raġel kien jilbes ta' nutar u maġenbu jkollu l-għarajjes. In-nutar jaqralhom b'vuċi għolja l-kuntratt taż-żwieġ, kitba mqabbla mimlija ħmerijiet, tmejjil u botti. In-nies kienu jogħxew isegwu n-nutar huwa u jaqra l-qarċilla biċċa biċċa mal-kantunieri tal-Belt. Xi kultant, il-kelma tan-nutar ma kinitx tajba għal widnejn kulħadd. L-ewwel qarċilla li nafu biha kitbuha għall-Karnival tal-1760. Hija x-xogħol tal-poeta Bormliż Dun Feliċ Demarco. Fost ix-xogħlijiet tiegħu bil-Malti, iż-Żwieġ la Maltija huwa l-uniku xogħol li waslilna. Il-Qarcilla ser issir fil- Palazz tal-Inkwiżitur, it-Tnejn 3 ta' Marzu fit-8pm. Il-programm jinkludi diskors dwar din it-tradizzjoni minn Olvin Vella, diskors dwar il-kitba mill-ġdid tagħha minn Trevor Zahra, rappreżentazzjoni u riċeviment. Il-biljetti jiswew €10 u jistgħu jinkisbu mis- siti kollha ta' Heritage Malta u online fuq http://shop. heritagemalta.org. Is-serata hija riservata għall-udjenza adulta. Għall-iktar informazzjoni dwar din l-attività u oħrajn simili fix-xhur li ġejjin, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku ta' Heritage Malta www.heritagemalta. org jew isegwi l-paġna uffiċjali fuq Facebook. Kummercjali Prinjolata ta' 100kg għall-Karnival f 'Ħal Qormi NHAR il-Ġimgħa 28 ta' Frar, fl-ewwel jum ta' tbaħrid li jġib miegħu l-Karnival, prinjolata kbira ta' xejn inqas minn 100kg se tkun qed tiddomina Triq San Sebastjan waqt l-attività 'Il-Karnival f 'Ħal Qormi.' Il-prinjolata, maħduma mid-ditta Qormija Maypole, se tkun qed tinqasam u tinbiegħ waqt l-istess attività. Is-serata tibda fil-5.30pm b'kompetizzjoni għall- isbaħ kostum tal-karnival u tkompli b'daqq ta' marċi karnivaleski bis-sehem tat-tliet baned Qriema, dik ta' San Ġorġ Martri, il-Banda Anici u s-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan. Dawn se jdoqqu marċi mat-toroq tal-lokalità qabel jispiċċaw quddiem is-sede tas- Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan. Fost l-attivitajiet li se jittellgħu aktar tard se jkun hemm sfilata tal-karnival u żfin minn diversi kumpaniji. Fi Triq San Sebastjan se jkun hemm diversi stands ibigħu ħelu tradizzjonali tal-Karnival, fosthom perlini u prinjolata kif ukoll hot dogs u mqaret, doughnuts u kwareżimal. Fil-każin Pinto li jinsab fl-istess triq, se tittella' wirja dwar il-karnival Malti. Aktar tard, is-serata tagħlaq permezz ta' ballu tal- Karnival bis-sehem ta' The Vintage Band. Din l-attività hi organizzata mill-Kunsill Lokali Qormi u l-għaqdiet tal-festa ta' San Sebastjan f 'Ħal Qormi. Il-Qarċilla fil-Palazz tal-Inkwiżitur Kotba ġodda għat-tfal Heritage Malta ħejjet attività oriġinali: Il-Qarċilla nhar it-3 ta' Marzu t-8pm NAFU kemm il-qari qabel l-irqad huwa wieħed mill- aqwa modi kif ngħinu lit-tfal isiru jħobbu l-ktieb sa minn età ċkejkna. Qatt mhu kmieni wisq biex nibdew nesponu lit-tfal għall-kotba — però kemm-il darba nispiċċaw naqrawlhom bl-Ingliż għas- sempliċi raġuni li bil-Malti ma nsibux għażla wiesgħa daqskemm nixtiequ. Merlin Publishers ilhom għal żmien twil jaħdmu biex idaħħlu fis-suq kotba bil-Malti bl-istampi minn għadd ta' awturi u illustraturi, fosthom Trevor Żahra u Clare Azzopardi. Il-Merlin għadhom kif żiedu iżjed ma' din il-firxa ta' kotba bl-istampi, billi ppubblikaw erba' kotba bil-Malti bl-istampi bħala parti mill-kullana tagħhom Id-dinja tiegħi, kullana ta' kotba u riżorsi apposta għat-tfal iż-żgħar nett. Dawn il-kotba bl-istampi l-ġodda diġà qed juru li se jagħmlu suċċess kbir, anki minħabba l-istampi b'kuluri vivaċi li żgur jattiraw lit-tfal u jqanqlu l-immaġinazzjoni tagħhom. Dawn il-kotba l-ġodda jistgħu jinqraw kemm lit-tfal, meta dawn ikunu għadhom ċkejknin sew (anki minn sentejn), kif ukoll mit-tfal stess meta dawk jikbru ftit u jibdew jaqraw l-ewwel sentenzi u stejjer qosra. B'hekk il-Merlin qed joffru kotba li jagħtu valur qawwi għal flushom għaliex jistgħu jibqgħu jintużaw għall-qari għal diversi snin. L-ewwel ktieb fis-sensiela, u l-eħfef wieħed, huwa Lupu Lupettu Kull Kulur. Lupu Lupettu ma tantx hu kuntent bid-dehra tiegħu, u jiddeċiedi jipprova jkun kulur differenti — u kull jum tal-ġimgħa jipprova kulur ieħor. Dal- ktieb huwa l-mod ideali kif nintroduċu, tramite storja, il-kunċetti tal-kuluri u tal- ġranet tal-ġimgħa. Kukku l-Kukkudrill Kantant huwa t-tieni ktieb fis-sensiela. It-tfal kollha jħobbu l-istejjer dwar l-annimali, u fil- fatt l-annimali huma l-protagonisti fl-erba' kotba li huma. Hawnhekk niltaqgħu mal-kukkudrill rockstar Kukku, li però qed jirriskja li ma jkunx jista' jagħti kunċert minħabba uġigħ f 'darstu. It-temi f 'dan il-ktieb huma s-saħħa u l-iġjene, u mill- ġdid jipprovdu opportunità biex inserrħu moħħ it-tfal dwar il-vista għand id- dentist. Rosetta Banana Tinten jew Tfuħ? huwa l-istorja ta' Rosetta li meta tmur skola ġdida ssib li sħabha ma jridux jilagħbu magħha. Imma tagħmel ħabiba ġdida li tgħinha ssib soluzzjoni, hawn niddiskutu mat-tfal it-temi tal-ħbiberija u l-aċċettazzjoni u s-sbuħija tad-diversità. Serafin il-Prinċep-Denfil hija l-istorja ta' denfil żgħir u fuq ruħu sew, li moħħu biex jinki u jaqbad ma' sħabu fl-oċean. Meta mbagħad isib ruħu fi gwaj, jinduna kemm hu importanti li jkollhom sħabek li tirrispetta u li jirrispettawk, u fil-fatt sħabu jmorru jgħinuh. Hawnhekk it-temi huma l-umiltà u r-rispett. Dawn il-kotba bl-istampi huma ppubblikati b'qoxra vinyl, li filwaqt li tintlewa hija ħafna iżjed b'saħħitha minn qxur oħrajn u b'hekk hi ideali għal idejn it-tfal żgħar. Dawn il-kotba fis-sensiela Id-dinja tiegħi jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew direttament online minn www.merlinpublishers.com Għażla ġdida ta' kotba bil-Malti għal uliedna