Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Ħadd 23 ta' Frar 2014 Kummercjali Banif jaħseb fil-ġenerazzjonijiet futuri BANIF Bank (Malta) plc ħabbar li qed inhiedi benefiċċji ġodda marbuta man-New Generations Account biex jindirizza aħjar il-bżonnijiet tal-klijenti tiegħu. In-New Generations Account huwa prodott immirat għal ġenituri, tuturi legali u nanniet li jixtiequ jwarrbu ftit flus, b'mod regolari, biex ikunu jistgħu jgħadduhom lit-tfal tagħhom meta jikbru. Il-kont issa jagħti lok lill-klijenti sabiex jiftħu aktar minn kont wieħed, billi l-Bank naqqas l-ammont minimu li wieħed irid jiddepożita fis-sena. Min jiftaħ l-ewwel New Generations Account (NGA) jingħata wkoll vawċer b'xejn li jissarraf mingħand My Toys, li jinsab fil-kumpless ta' PAVI Supermarket, jew mingħand Toby Toy Master, f 'Birkirkara. Jekk jippreferi, l-klijent jista' jagħżel li l-valur tal-vawċer jiġi ddepożitat direttament fil- kont tat-tifel jew tifla. Caroline Gauci mill- Business Development Unit qalet, "in-New Generations Account mingħand Banif Bank huwa s-soluzzjoni ideali biex tfaddal għall-futur tat-tfal b'rata ta' interessi vantaġġjużi, waqt li tgawdi mill-flessibilità li tiġbed flusek f 'dati stabbiliti. Matul is-sena jridu jsiru depożiti ta' mhux anqas minn €300 għal min jiftaħ kont wieħed jew €120 għal min jiftaħ kontijiet addizzjonali. Id-depożiti jistgħu jitqassmu f 'pagamenti regolari matul is-sena. Wara 6 xhur li tiftaħ il-kont, tkun ukoll eliġibbli biex tieħu self personali b'rata preferenzjali jekk is-self se jintuża biex tixtri prodott li jista' jkollhom bżonn it-tfal." Għal aktar informazzjoni dwar l-NGA mingħand Banif Bank tista' ċċempel Customer Care fuq 22601000 jew tibgħat imejl fuq customercare@banif.com.mt. Tista' wkoll iżżur waħda mill- 10 fergħat li l-Bank għandu f 'Malta u Għawdex. Uħud mill-impjegati ta' Banif jippreżentaw l-ikel lil Island Sanctuary Jippruvaw jitilgħu l-muntanja Etna b'risq id-Dar tal-Providenza BEJN il-21 u 24 ta' Marzu tnax-il persuna mill-Kumpanija Ascent Software se jippruvaw jitilgħu fuq il-Muntanja Etna fi Sqallija sabiex jiġbru fondi għad-Dar tal-Providenza. Flimkien ma' dan il-grupp hemm ukoll Dr Gregory Attard, tabib Malti magħruf għat-tlugħ mal-muntanji. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-uffiċini tal-Kumpanija f 'Ħal-Luqa, is- Segretarju Parlamentari għad- drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Dr Franco Mercieca, waqt li faħħar din l-inizjattiva qal kemm huwa importanti li tagħti xi ħaġa mingħajr ma tistenna xejn lura. Dr Mercieca, semma l-missjoni tant importanti li qed twettaq id-Dar tal-Providenza, u qal li l-Gvern huwa kommess li jkompli jgħin lil din id-Dar billi jidħol fi sħab meta l-istess Dar tiftaħ dar oħra fil-komunità, din id-darba f 'Ħaż-Żabbar. Tkellem ukoll ix-shadow Minister Dr Stephen Spiteri li qal li l-inizjattiva kuraġġuża bħal din se toħroġ ukoll l-isfida ta' dawn iż-żgħazagħ impjegati. Ħeġġeġ biex ikun hawn aktar negozji sabiex jimxu fuq l-istess passi. Fr Martin Micallef, direttur tad-Dar tal-Providenza qal li attività bħal din, barra li tgħin lid-Dar tal-Providenza, li kulma jmur l-ispejjeż qed ikomplu jikbru, turi spirtu ta' tim u tkompli tgħaqqad iżjed lill- impjegati bħala kumpanija. Mit-tnax-il xabbatur li se jitilgħu fuq il-Muntanja Etna, hemm ukoll id-direttur Maniġerjali tal-Kumpanija, Joseph Sultana, li qal li Ascent Software se jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' kull min se jieħu sehem u se jagħtu €150 għal kull parteċipant lid-Dar tal-Providenza. Bħala parti mill-Ascent Etna Software Challenge, studenti tal-ICT intalbu jiżviluppaw software application li jista' jiddeċifra messaġġ sigriet. Ir- rebbieħ ġie mistieden jingħaqad mal-grupp ta' impjegati li se jitilgħu mal-Etna bl-ispejjeż kollha mħallsa mill-kumpanija. Donazzjonijiet għad- Dar tal-Providenza jistgħu jsiru minn issa fuq: http:// ascentsoftwarefundraising. myinstapage.com/ jew jibgħatu SMS ta' €7 fuq 50618922. Fit-13 t'April se ssir The Ascent Adrenaline Day. Attività li se tkun miftuħa għall- pubbliku u li se tagħti togħma tal-avventuri li seħħew mat- tlugħ tal-Etna. Se jkun hemm ukoll għadd ta' attivitajiet oħra bħal tixbit u abseiling. Għadd ta' għaqdiet diġà qalu li se jieħdu sehem f 'din l-attività għall-familji ta' kull età. Ikun hemm ukoll animazzjoni għat- tfal. Ascent Software, li twaqqfet fl-2003, toffri għadd ta' servizzi fosthom dawk finanzjarji (ERP, FOREX), manifattura, telekomunikazzjoni, posta u enerġija. Illum timpjega tim ta' aktar minn ħamsin speċjalist. GO u Vodafone isalvaw il-ħajjiet ISSERVIZZ Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm (NBTS) f 'dawn l-aħħar jiem żar l-uffiċċini ta' GO u Vodafone fejn għadd ta' impjegati ħadu l-opportunità biex jagħtu d-demm u jgħinu jsalvaw il-ħajjiet. Magħhom ingħaqdu wkoll impjegati ta' CHIC Med- Aesthetic Clinics u SkyParks. "Ħsibna li din is-sena Jum San Valentinu seta' jiġi ċċelebrat b'mod differenti fejn tħobb lil xi ħadd li ma tkunx taf billi ssalvalu ħajtu. Konna ferm kuntenti bin-numru ta' persuni li kkontribwew u taw id-demm għall-ewwel darba." qal rappreżentant ta' Vodafone minn SkyParks Business Centre. Ayrton Caruana, Kap tar-Riżorsi Umani ta' GO, qal "Il-kumpanija GO ilha b'mod konsistenti tappoġġja lill-NBTS, u kienet ukoll sponsorjat ir-refit tal- mobile blood donation unit. Hu ta' sodisfazzjon li tara l-impjegati tagħna japprezzaw l-importanza li jagħtu d-demm u jipparteċipaw b'numru sabiħ kull meta norganizzaw l-attività tal-għoti tad-demm. Ninkoraġġixxi anki lil dawk li għadhom ma sabux il-kuraġġ biex jesperjenzaw l-għoti tad-demm li jixraq li jissejjaħ "id-don tal-ħajja." It-tim mediku tal-Mobile Blood Donation li għen din is-sessjoni tal-għoti tad-demm irringrazzja lill-kumpaniji għall-appoġġ kontinwu u qalu li jittamaw li kumpaniji oħra jimxu fuq dan l-eżempju. It-tim qal li għadd kbir ta' pazjenti, inklużi tfal, jiddependu kontinwament mill-ġenerożità ta' oħrajn li huma b'saħħithom. It- trasfużjoni tad-demm tista' tfisser id-differenza bejn ħajja u mewt. In-NBTS kontinwament teħtieġ iktar donaturi u voluntiera biex jagħtu d-demm ħalli jiżguraw li l-isptarijiet ta' Malta dejjem ikollhom il-provista tad-demm li jkollhom bżonn. Għal aktar tagħrif wieħed jista' jżur is-sit tad-Donazzjoni tad-Demm fuq https://ehealth.gov.mt jew il-paġna tagħhom li tinsab fuq Facebook bl-isem ta' National Blood Transfusion Service – Malta. Ħabib il-bniedem MEMBRI tal-Isports and Social Committee ta' Banif Bank għabbew il-karozza tal-kumpanija b'ikel għall- klieb u rħewla lejn l-Island Sanctuary f 'Marsaxlokk biex jagħmlu donazzjoni ta' ikel għall-klieb, miġbura mill- impjegati. Huma ntlaqgħu b'entużjażmu kemm mit- tim li jieħu ħsieb il-post, kif ukoll mill-klieb. Il-Banif Sports & Social Committee jieħu angolu filantropiku fl-attivitajiet li jorganizza matul is-sena, biex jagħti daqqa t'id lil numru ta' organizzazzjonijiet volontarji li jiddependu fuq id- donazzjonijiet biex joperaw.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014