Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 SPORTSillum Naxxar Lions isalvaw punt fl-aħħar mumenti Draw li ma jissodisfa lil ħadd Tarxien R ............... 1 Vittoriosa .............. 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT F'LOGĦBA li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, Tarxien Rainbows u Vittoriosa Stars temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 , liema draw ma ssodisfa lill-ebda tim. B'hekk Vittoriosa Stars baqgħu punt wieħed biss fuq l-istess Rainbows u żewġ punti fuq Qormi. Id- difensur Taljan Leonardo Torri kien qed jagħmel id- debutt għat-tim immexxi minn Oliver Spiteri wara li ngħaqad magħhom mingħand Livorno. Madankollu huma kellhom neqsin lil Siraj Arab u Francisco Arriagada Mella. Ir-Rainbows kellhom lil Ryan Sammut u William Barbosa neqsin. Iżda kienu Tarxien Rainbows li fetħu l-iskor wara biss ħames minuti logħob permezz ta' Fernando Lopes Alcantara, li tefa' ġewwa mill-viċin wara li xutt b'saħħtu ta' Carlo Mamo ġie mblukkat minn difensur avversarju. Però fl-20 minuta, Vittoriosa Stars rebħu penalty wara li Gilbert Martin twaqqa' fil-kaxxa minn Lopez Alcantara. Mill-11–il metru, Oscar Guerrero ma żbaljax. Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Demba Toure kien sfortunat li laqat il-wieqfa għal Tarxien Rainbows permezz ta' xutt b'saħħtu mil-lemin. Fis-70 minuta freekick ta' Jorge Santos Silva ġie parzjalment milqugħ minn Nicky Vella. Fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd, fid-79 minuta, wara li rċieva minn cross ta' Gilbert Martin, Marcelo Pereira għola tajjeb u niżżel il-ballun bir- ras lejn Oscar Guerrero li l-konklużjoni tiegħu minn pożizzjoni ideali fil-kaxxa spiċċat għoli. Tarxien R. Vella, Mamo, Caruana, Lopez Alcantara, Martinelli (Ciantar 41'), Toure (Da Silva 73'), Menendez Hevia, Bueno, Mifsud, Bonnici Vittoriosa S. Muscat, Martin (Camilleri 90'), Buttigieg (Spiteri 64'), Torri, Brincat, Pereira, Vella Critien (Sammut 57'), Guerrero, Aguiar, Arab, Sidibe Referee Clayton Pisani OSCAR GUERRERO Skorja l-gowl li ġab id-draw għal Vittoriosa Stars fl-20 minuta minn penalty Qed ikun determinanti għal Vittoriosa Stars matul dan l-istaġun Huwa wieħed minn bosta akkwisti li għamlu Vittoriosa Stars matul is-sajf li għadda Rabat A. ............. 1 Naxxar ............... 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT NAXAXR Lions salvaw punt fl-aħħar mumenti tal- konfront tagħhom kontra Rabat Ajax, liema tim kellu diversi plejars importanti neqsin. Il-Magpies marru fil-vantaġġ fit-38 minuta meta Ryan Micallef ipprova jgħaddi l-ballun lejn Malcolm Licari, il- ballun ġie mblukkat minn difensur, bil-ballun imur fid-direzzjoni tal-plejer veteran Malcolm Licari li rnexxielu jitfa' l-ballun wara Julian Azzopardi. Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Angus Buhagiar, b'mod tassew intelliġenti għadda l-ballun lejn Terrence Scerri li iżda x-xutt tajjeb ta' dan għadda jħakkek mal-lasta. Fil-45 minuta, Malcolm Licari, ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jgħaddi ftit barra wara li rċieva minn freekick ta' Wayne Borg mix- xellug. Tliet minuti fil-ħin miżjud, Naxxar Lions rebħu penalty wara li Patrick Borg b'mod aċċidentali miss il-ballun b'idu fil-kaxxa. Madankollu, Andrè Rocha da Silva, mill- 11 –il metru ra t-tentattiv tiegħu jiġi newtralizzat minn Pavel Velimirovic. Fit-tieni taqsima, Naxaxr Lions kienu l-aħjar tim iżda Rabat Ajax irnexxielhom jikkontrollaw tajjeb lill- avversarji tagħhom. Fit-82 minuta, Rabat Ajax spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li Zachary Tanti rċieva t-tieni karta safra fil-logħba wara fawl li wettaq ftit 'il barra mill-kaxxa l-kbira. Naxxar Lions approfittaw bis-sħiħ minn dan hekk kif ġabu l-iskor indaqs fis-86 minuta hekk kif wara li rċieva minn kross ta' Raimi Bakare, Terrence Scerri, tefa' ġewwa mill-viċin. L-istess plejer kważi skorja l-gowl drammatiku tar-rebħa fid- 90 minuta iżda t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras tajba ġiet salvata minn fuq il-linja fatali mill-goalkeeper bravu tal-Magpies, Pavel Velimirovic. Rabat A.: Velimirovic, Gauci, Azzopardi, Falzon, Carapic, Caruana, Carrilo Pendas, Oproiescu (Vella 87'), Micallef (Borg 75'), Licari, Bajada Sliema W.: Zammit, A. Muscat, Borg, Ohawuchi, Gatt Baldacchino, Woods (Farrugia 86'), Cilia, Muchardi, B. Muscat (Xuereb 63'), Bianciardi, Vladavic Referee Trustin Farrugia Cann MALCOLM LICARI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-18 ta' April 1978 f'Tal- Pietà Barra Rabat Ajax, fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Pietà Hotspurs u Marsaxlokk Lagħab żewġ logħbiet mat-tim nazzjonali Malti Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 22 ta' Frar Chelsea vs Everton 1-0 Arsenal vs Sunderland 4-1 Cardiff C. vs Hull C. 0-4 Manchester C. vs Stoke C. 1-0 WBA vs Fulham 1-1 West Ham U. vs Southampton 3-1 Crystal P. vs Manchester U. 0-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 23 ta' Frar 14:30 Liverpool vs Swansea C. 14:30 Newcastle U. vs Aston V. 17:00 Norwich C. vs Tottenham H. Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 23 ta' Frar 12:30 Livorno vs Hellas Verona 15:00 Chievo V. vs Catania 15:00 Inter vs Cagliari 15:00 Sampdoria vs AC Milan 15:00 Udinese vs Atalanta 18:30 Juventus vs Torino 20:45 Lazio vs Sassuolo It-Tnejn 24 ta' Frar 19:00 Parma vs Fiorentina 21:00 Napoli vs Genoa YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt John Terry jagħti rebħa drammatika lil Chelsea DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014