Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 29 SPORTSillum John Terry jagħti rebħa drammatika lil Chelsea James Zahra jirbaħ l-ewwel Enduro fil-Fawwara ILLUM l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' se tkompli bil-programm ta' tiġrijiet mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Il- programm jibda fil-11am u se jkun jikkonsisti fid- disa' tiġrija mis-Sezzjoni Autocross u t-Tielet tiġrija mis-Sezzjoni Motocross. Is-sewwieqa tal-Motocross se jkunu qed itellqu għall-ewwel darba fuq korsa ġdida wara li kienet mibnija mill-ġdid minn espert barrani. Intant nhar il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni organizzat b'suċċess it-Tielet attività Enduro fil-Barriera tal- Fawwara, limiti tas-Siġġiewi. Din l-attività kienet possibbli grazzi għal Schembri Barbros u Polidano Group li pprovdew il-post kif ukoll l-appoġġ tal-isponsors Pasta Poiatti, Dunlop Tyres u Thomas Smith Insurance. Għal din l-attività ħadu sehem 34 mutur maqsuma fi tliet klassijiet. Klassi A għall- muturi b'ċilindrata sa 250cc, Klassi B b'ċilindrata ikbar minn 250cc u Klassi C b'dawk il-kompetituri bil-muturi Trials. Il-kompetituri għamlu ġirja fi gruppi ta' ħames muturi flimkien biex jaraw il-korsa u tliet tlielaq oħra bl-ewwel tellieqa tkun il-Pole Position biex isiru ż-żewġ 'Timed Runs' l-oħra li jgħoddu għar-riżultat uffiċjali. Waqt il-Pole Position kien Alex Sant Fornier li rreġistra l-aħjar ħin segwit minn Gauci u minn Zahra. Fi Klassi A rajna lil James Zahra fuq Honda 250cc jiddomina din il-klassi t-tielet darba konsekuttiva. Dan irreġistra ħin rekord ta' 4 minuti 54.83 sekondi biex spiċċa jirbaħ din il-klassi u dan minkejja l-problemi li kellu jiffaċċja tul din il-kompetitzzjoni għall- fatt li kellu jibdel il-mutur oriġinali tiegħu Yamaha 250cc ma' Honda 250cc minħabba ħsara teknika qabel beda l-ewwel ħin uffiċjali tiegħu. Zahra kien segwit fit-tieni post minn Joseph Scicluna fuq Honda 125cc li rreġistra ħin ta' 5 minuti u 12.45 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Mario Micallef fuq KTM 125cc b'ħin ta' 5 minuti u 21.80 sekondi. Fi Klassi B rajna lil Matthew Gauci fuq KTM 300cc li ddomina din il-klassi b'ħin rekord mill-ewwel ġirja tiegħu fejn dan irreġistra l-aħjar ħin ta' 4 minuti 55.69 sekondi biex spiċċa jirbaħ din il-klassi. Dan kien segwit fit-tieni post minn Alex Sant Fournier fuq KTM 450cc li rreġistra ħin ta' 5 minuti u 9.23 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Andrew Cassar fuq KTM 525cc b'ħin ta' 5 minuti u 21.92 sekondi. Fil-Klassi Ċ li kienet iddedikata għall-muturi Trials rajna lil Rowen Bonello jiddomina fuq Mutur Beta 290cc b'ħin ta' 5 minuti u 22.36 sekondi segwit minn Robert Caruana fuq Gas Gas 280cc li rreġistra l-aħjar ħin tiegħu ta' 5 minuti u 35 sekonda. Robert għalaq il-ġurnata fit-tieni post. Fit-tielet post spiċċa Manuel Camilleri fuq Gas Gas 300cc bl-aħjar ħin tiegħu ta' 7 minuti u 40.35 sekondi. Fil-Klassifika Overall sponsorjata minn Dunlop Tyres Malta rajna taqtigħa kontinwa bejn Matthew Gauci fuq KTM u James Zahra fuq Honda fejn b'vantaġġ marġinali, Zahra rreġistra l-aħjar ħin tal-ġurnata fuq korsa twila 3.5 kilometri. Zahra rnexxielu jaqta' l-ħin ta' 4 minuti u 54.83 sekondi u rebaħ il-klassifika Overall b'0.86 sekondi differenza fuq Gauci li rreġistra l-aħjar ħin ta' 4 minuti u 55.69 sekondi. Fit-tielet overall spiċċa Alex Sant Fournier bl-aħjar ħin tiegħu jkun dak ta' 5 minuti 9.23 sekondi. Intant, it-tiġrija Reġjonali (FMI) fil-Motocross li kellha ssir f 'Noto (SR) kellha titħassar minħabba inċident li seħħ nhar il-Ħadd li għadda waqt taħriġ uffiċjali. Il-federazzjoni Taljana mistennija tħabbar data oħra meta se jsir il-ftuħ ta' dan il-kampjonat li fih mistennija jikkompetu sewwieqa tal- ASMK. L-ASMK kien se jkollha żewġ kompetituri għal dan il-kampjonat bis-sehem ta' Clayton Camilleri u Paul Muscat - it-tnejn fuq muturi KTM. Nhar il-Ħadd li ġej dawn mistennija jkunu qed jikkompetu fit-trakka ta' Ta' Qali sakemm titħabbar data ġdida għall-bidu tal- Kampjonat FMI. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku uffiċjali www.asmk.org.mt James Zahra rebbieħ overall waqt il-preżentazzjoni IDDIFENSUR internazzjonali Ingliż John Terry skorja fid- 90 minuta biex ta rebħa drammatika lil Chelsea fuq Everton ġewwa darhom fi Stamford Bridge. Arsenal fl- Emirates Stadium għelbu lil Sunderland bl-iskor kbir ta' 4-1 fejn għalihom irnexxielhom isibu x-xibka Rosicky, Koscielny u darbtejn l-attakkant Franċiż Olivier Giroud. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni ta' Sunderland wasal minn Giaccherini fil-81 minuta. Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil Stoke City bl- iskor minmu ta' 1-0 bil- gowl uniku tagħhom jasal minn Yaya Toure fis-70 minuta. It-tim l-ieħor ta' Manchester, Manchester United barra minn daru għeleb lil Crystal Palace bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Wayne Rooney u minn penalty ta' Robin van Persie. Hull City barra minn darhom għelbu lil Cardiff City bl-iskor kbir ta' 4-0. Irnexxielhom isibu x-xibka il-plejers Huddlestone, Livermore u Nikica Jelavic darbtejn. West Ham United ġewwa darhom għelbu lil Southampton bl-iskor ta' 3-1 fejn għall-Hammers niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers il-plejers Jarvis, Cole u Nolan waqt li l-gowl waħdieni ta' Southampton wasal minn Maya Yoshida wara biss tmien minuti logħob. West Bromwich Albion u Fulham temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 bil-gowl għal WBA jasal minn Matej Vydra fis-86 minuta waqt li Fulham kienu huma li marru l-ewwel fil-vantaġġ permezz ta' Ashkan Dejagah fit-28 minuta.