Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 SPORTSillum Jilgħab f 'Ċipru, u jridu jakkwistawh il-Griegi u ċ-Ċiniżi ANDRÈ Schembri hu bla dubju l-istilla tal-futbol li ħareġ minn Malta fil- preżent. Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Omonia Nicosia f 'Ċipru u fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet skorja gowl tal-istampi fir-rebħa ta' 2-1 kontra t-tim min- naħa ta' isfel tal-klassifika fil-Kampjonat Ċiprijott, AE Kouklion. Bosta segwaċi tal-futbol Malti qegħdin isostnu li Schembri ħaqqu tabilħaqq jilgħab f 'kampjonat superjuri għal dak Ċiprijott fil- futur qarib. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-plejer internazzjonali f 'Ċipru fejn bħal dejjem dan il-plejer kien ferm disponibbli għalina u tana dawn il-kummenti kemm rigward l-esperjenza tiegħu matul dan l-istaġun f 'Ċipru kif ukoll rigward kif qed iħares lejn il-futur tiegħu. Schembri qal li: "Wara li kont ma niflaħx għal ġimagħtejn sħaħ, inħossni kuntent ħafna li rritornajt nilgħab kif ukoll sibt ix-xibka għall-10 darba matul dan l-istaġun. Fadalli naqra oħra biex inkun mija fil-mija. Fil- fatt fl-aħħar logħba l-kowċ qalli li kien se jutilizzani għal 60 minuta. Inħossni determinat biex inkompli nżid fuq il-prestazzjonijiet tiegħi kif ukoll li nkompli niskorja. Fix-xahar ta' Jannar kien hemm klabb Ċiniż kif ukoll klabb Grieg li offrew somma lil klabb ta' Omonia biex jakkwistaw is-servizzi tiegħi però xtaqt li nibqa' l-istaġun kollu ma' dan il- klabb. Il-kuntratt tiegħi ma' Omonia jintemm f 'Mejju u għadu kmieni wisq biex niddeċiedi dwar il-futur tiegħi. Però għalissa qed nikkonċentra fuq il-logħob li jmiss u l-affarijiet l-oħra jiġu waħedhom!" Andrè Schembri jkompli jġorr il-bandiera Maltija b'suċċess f 'Ċipru Jinkiser ir-rekord nazzjonali tal-50 metru breaststroke FTIT tal-jiem ilu l-għawwiema żagħżugħa, Pia Grech, kisret ir-rekord nazzjonali tal-50 metru breaststroke fil-Euro Meet li sar fil-Lussemburgu. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-għawwiema nnifisha fejn talabha ttina d-dettalji fuq x'fissret għaliha din l-esperjenza unika fil- karriera tagħha speċjalment meta tqis li għadha tassew żgħira. HIJA qalet "Din l-esperjenza kienet esperjenza mill-aqwa għalija. Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi nikkompeti f 'avvenimenti daqshekk kbar u ħassejtni ferm ipprivileġġata li nifforma parti mit-tim Malti. F'dan il-meet kien hemm xi għawwiema ta' klassi mondjali fosthom Paul Biedermann, Lazio Czech u Katinka Hosszu kif ukoll għawwiem Ungeriż li bħalissa għandu erba' rekords nazzjonali. M'hemmx dubju li dan il-meet kien l-iktar wieħed ta' suċċess għalija sa issa, fejn waqqaft rekord nazzjonali ġdid fil-50m Breastrsoke f 'ħin ta' 34.77 sekondi fejn ksirt rekord tiegħi stess li kont waqqaft f 'Novembru tas-sena li għaddiet. Kont ili naħdem ħafna għal dan ir-riżultat." Biex waslet s'hawn din l-għawwiema għamlet u għadha qed tagħmel ħafna sagrifiċċji. Pia Grech spjegatilna aħjar: "L-għawm jirrikjedi ħafna dedikazzjoni jekk tkun trid tikseb riżultati tal-ogħla livell. Jien nitħarreġ sa massimu ta' 9 darbiet fil-ġimgħa li jfisser li l-ħin li niddedika għall-istudju huwa ferm limitat, u għalhekk tmiem il-ġimgħa tiegħi jkun jikkonsisti l-iktar f 'xogħol tal-iskola u studju. Dan ifisser ukoll li m'għandix ħin biex nissoċjalizza u niltaqa' mal- ħbieb tiegħi li fih innifsu huwa sagrifiċċju fih innifsu. Għandna wkoll nutrizzjonista li jtina dieta partikolari li jkolli nsegwi strettament." F'Diċembru li għadda din l-għawwiema żagħżugħa ħadet sehem fi training camp fi Treviso, l-Italja. Hija tatna iktar dettalji: "Tard f 'Diċembru l-kowċ tagħna, Andy Colbourn, ippjana training camp ta' ġimgħa biex inkunu nistgħu nippreparaw tajjeb għal dan il-Euro Meet li għadna kemm ikkompetejna fih fil-Lussemburgu. Kull ġurnata minn dan il-kamp ta' taħriġ ikkonsistiet fi tliet sessjonijiet ta' taħriġ: għawma kmieni filgħodu, segwita minn sessjoni fil-gym u filgħaxija sessjoni oħra ta' għawm. Kien programm iebes ħafna u konna għajjenin ħafna iżda l-kowċ tiegħi baqa' jimmotivani biex nibqa' għaddejja. Dan il-kamp ta' taħriġ wasal ukoll fil-bidu ta' sena ġdida u għalhekk fisser sagrifiċċju kbir għalina li nitilfu ċ-ċelebrazzjonijiet minħabba l-fatt li kellna t-taħriġ kmieni filgħodu fil- ġurnata ta' wara u għalhekk kellna norqdu kmieni. Dan huwa eżempju tat-tip ta' sagrifiċċji li jirrikjedi l-isport tiegħi. Tgħallimt ħafna minn dan il-kamp ta' taħriġ u ħassejt li dan għeni kemm mentalment kif ukoll fiżikament u ħassejtni ppreparata biex intellaq fil- Euro Meet fil-Lussemburgu." Finalment, saqsejna lil Grech kif qed tħares lejn il-futur tagħha fl-għawm: "Fil-ġimgħat li ġejjin, bl-għajnuna tal-kowċ tiegħi, Andy Colbourn, se nkun qed nitħarreġ iktar fejn qed nittama li nipparteċipa fil-Meet internazzjonali li se jsir f 'Eindhoven fl-Olanda matul April li ġej, fejn l-għan tiegħi huwa dak li ntejjeb iktar il-ħin li ksibt fil-Lussemburgu u possibilment nikkwalifika għall-Olimpjadi taż-Żgħażagħ li se jsiru f 'Awwissu li ġej. Qed nittama wkoll li nitħarreġ iktar b'saħħti biex nikser ir-rekord nazzjonali tal-100 metru Breaststroke", temmet tgħid l-għawwiema żagħżugħa, Pia Grech. L-għawwiema żagħżugħa Pia Grech -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014