Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 31 SPORTSillum "Kien hemm għaqda bejn il-plejers Maltin li qatt ma rajt qabel ġo tim nazzjonali" – Karl Izzo M'HEMMX dubju li fost l-iktar timijiet li qed jikseb suċċess f 'dawn l-aħħar xhur fl-isport lokali, insibu lit-tim nazzjonali tal-waterpolo. Dan kien rifless ċar fl-aħħar edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali fejn l-istess tim nazzjonali rebaħ l-unur tat-tim tas-sena għas-sena li għaddiet waqt li l-kowċ nazzjonali, Karl Izzo rebaħ l-unur prestiġjuż tal-Uffiċjal tas- Sena. Ftit tal-jiem ilu l-istess tim kien impenjat kontra t-tim nazzjonali Franċiż li huwa tim ferm qawwi, ġewwa Montpellier fi Franza, fejn tilef bl-iskor ta' 20 bi 8 waqt li se jerġa' jkun impenjat nhar is-Sibt li ġej kontra l-istess tim iżda din id-darba fil-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq. Biex ikollna stampa aħjar ta' din il-logħba u x'kienet tinvolvi għall-Maltin kif ukoll kif qed iħejji ruħu t-tim nazzjonali għal-logħba ta' nhar is-Sibt dan il-ġurnal għamel kuntatt mal- kowċ nazzjonali, Karl Izzo, eżatt mal-wasla tal-kontinġent Malti minn Franza, fejn bħas-soltu kkollabora bis-sħiħ magħna u tana dawn il-kummenti. "Wara li ksibna post fis-semi- finali għall-kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-waterpolo li se jintlagħbu ġewwa Budapest f 'Lulju li ġej, fil-polza li kienet saret f 'Diċembru aħna ġejna kontra t-tim qawwi ta' Franza. Ta' min jgħid li l-Franċiżi kienu t-tim li ġab l-aktar punti fil- kwalifikazzjoni u għalhekk mill-ewwel konna nafu li kienet se tkun logħba diffiċli ħafna. Il-preparazzjoni bdiet immedjatament fit-2 ta Jannar fejn bi qbil mal-klabbs kien qed ikolli miegħi t-tim nazzjonali fi tmiem il-ġimgħa, u t-taħriġ regolari kien qed isir kull nhar ta' Ġimgħa, Sibt u Ħadd. Ma' dawn ukoll żidna żewġ sessjonijiet ta' taħriġ fis-6am kull nhar ta' Tnejn u nhar ta' Erbgħa. Dan kien ta' sagrifiċċju għall-plejers (jien hawnhekk kelli fil-lista 20 plejer li waqqajt għal 17 u finalment qabel ma tlaqna Franza għal 13-il plejer) għaliex ovvjament m'għandniex plejers professjonali u wara siegħa u iktar taħriġ il-plejers kellhom imorru għal ġurnata xogħol iebsa. Sfortunatament bi preparazzjoni għal din il-logħba ma kellniex l-opportunità li nilagħbu logħbiet ta' ħbiberija kontra timijiet jew pajjiżi oħrajn. Kien ukoll diffiċli minħabba li ma tantx għandna faċilitajiet fejn nitħarrġu. Nitħarrġu f 'pitch adekwat ta' 33 metru imma kellna dejjem nitħarrġu f 'pitch ta' 25 metru, allura meta tiġi biex tilgħab il-logħba kompetittiva f 'pitch ta' 33 metru, se ssibha tqila peress li ma tkunx imdorri. Dan ġara għax qatt ma kien hemm spazju biżżejjed fil-Pixxina Nazzjonali peress li mat-taħriġ tan-Nazzjonal kien qed isir ukoll taħriġ tal-għawm kif ukoll taħriġ tal-10 klabbs tal- waterpolo Maltin. Il-problema hi li biż-żewġ pixxini msaħnin li għandna mhux qed inlaħħqu mad-domanda li hawn għall- isports tal-baħar. Ta' min jgħid li plejers li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali Franċiż jinsabu f 'nofs il-kampjonat Franċiż u kienu ilhom jippreparaw għal din il-logħba għal ħafna żmien. Ta' min wieħed jgħid li b'kuntrast għan-nuqqas li nippreparaw ruħna fil-kundizzjoni ideali għal din il-logħba importanti, l-oppożizzjoni tagħna kienet ġejja minn ġimagħtejn ta' taħriġ intensiv b'tournaments ta' livell għoli li saru fit-Turkija u Spanja. Wasalna Montpellier, fejn kellha ssir il-logħba, il-Ġimgħa filgħaxija. Mal-wasla tagħna kellna sessjoni ta' taħriġ fil- Pixxina Olimpika fejn l-għada konna se nilagħbu mat-tim nazzjonali Franċiż. Il-pixxina kienet waħda sabiħa u attrezzata għall-aħħar! Fl-opinjoni tiegħi, hija waħda mill-isbaħ li qatt rajt minn kemm ili nilgħab u nikkowċja l-waterpolo. L-għada f '12pm kellna sessjoni oħra ta' taħriġ fejn għaddejna skemi li stajna nużaw fil-logħba ta' filgħaxija. Ta' min jgħid ukoll li l-Ġimgħa ngħaqad magħna Stevie Camilleri li jilgħab fil- kampjonat Taljan u li dejjem jirrispondi bil-ħerqa għall- għażla tiegħi u jiġi b'entużjażmu kbir jingħaqad ma' sħabu biex jirrappreżenta lil pajjiżu. Il-logħba kienet fit-8.30pm u lgħabna ġo pixxina mballata bin-nies. Kien hemm 'il fuq min 2,000 ruħ li ma waqfux jagħtu l-appoġġ b'vuċi għolja lit-tim Franċiż. Ta' min jgħid li mad- diriġenti, u xi partitarji li ġew magħna Franza, kien hemm xi nies bil-bandiera Maltija li ġew jagħtu l-inkoraġġiment lit-tim tagħna. Wara bidu fejn sfajna 3-0 minn taħt, it-tim irreaġixxa b'mod inkredibbli u ġejna 3-3 u anki 4-4. Gowl li seta' ġie evitat faċilment fl-aħħar sekonda tal-ewwel sessjoni daħħalna 5-4 minn taħt. Dan kien riżultat eċċellenti kontra l-qawwa tat-tim Franċiż. Minn hemm 'il quddiem konna lesti li s-superjorità fiżika tat-tim Franċiż kienet se toħroġ, u kompliċi żbalji banali tagħna, deċiżjonijiet tar-referee li ffavorixxew lil Franza, l-għawm b'saħħtu u veloċi tal-plejers Franċiżi bdew jindikaw rebħa Franċiża. It-tieni sessjoni spiċċat 10-5 favurihom. It-tielet sessjoni kienet l-aktar waħda diffiċli għalina. Dehret evidenti l-għejja tal-plejers tiegħi u n-nuqqas ta' logħob qabel din il-logħba hekk importanti. Ċerti movimenti li s-soltu kienu jkunu faċli bdew isiru diffiċli, waqt li l-ħrib għal kull żball żgħir li nagħmlu beda jikkastigana u tlifna din is-sessjoni bl-iskor ta' 7-1. L-aħħar sessjoni kienet waħda tajba u tlifniha bl-iskor ta' 4-2, u b'hekk tlifna bi skor finali rispettabli ta' 20-8 kontra l-qawwa Franċiża. Tul il-logħba kollha għamilt użu mill-plejers kollha għad-dispożizzjoni tiegħi minbarra l-goalkeeper ta' riserva, Dean Camilleri. Kull plejer ta l-massimu fil-ħin li fih kien fl-ilma u tul il-mawra u l-logħba kollha deher ċar li anki jekk jiġu minn klabbs differenti u rivali ta' xulxin kien hemm għaqda bejn il-plejers Maltin li qatt ma rajt qabel ġo tim nazzjonali. Ta' min isemmi prestazzjoni ta' livell għoli mill-plejers Stevie Camilleri u Matthew Zammit li f 'ħafna drabi l-oppożizzjoni sabet problemi kbar biex trażżanhom fl-attakk. Il-ġurnata tal-Ħadd kienet waħda ta' mistrieħ, filwaqt li t-Tnejn kellna l-opportunità sabiħa li nilagħbu logħba ta' ħbiberija mat-tim tal-post, Montpellier, li jinsab fl-ewwel pożizzjoni fil-kampjonat Franċiż. Kienet logħba siewja ħafna bi preparazzjoni għal- logħba ta' ritorn li se ssir fil- Pixxina Nazzjonali nhar is-Sibt li ġej fin-12.30pm. Nisperaw li għal din il-logħba jkollna pubbliku numeruż u ħafna tfal li jiġu jagħtu l-appoġġ lit-tim tagħna u b'hekk jersqu iktar lejn din il-logħba tant sabiħa tal-waterpolo. Il-preparazzjoni għal din il-logħba tkompli t-Tnejn 24 ta' Frar wara li f 'dan tmiem il-ġimgħa beda l-Kampjonat tax-Xitwa u hemm inkun nista' nagħti ħarsa aħjar lejn il-forma tal-plejers tiegħi u forsi wkoll ninkludi xi elementi ġodda bil-ħsieb ukoll għall- kompetizzjonijiet importanti li għandna ġejjin f 'Marzu - 8 Nations tournament kontra l-qawwa ta' nazzjonijiet bħar- Repubblika Ċeka, l-iSvizzera, id-Danimarka, Wales, l-Irlanda, l-iSkozja u l-Awstrija. Wara din, f 'April ikollna l-aktar tournament importanti għalina għal din is-sena li huwa l-Kampjonat tal- Commonwealth fejn se nagħmlu ħilitna kollha biex inġibu lura lejn Malta midalja prestiġjuża. It-timijiet li se jieħdu sehem f 'dan il-Kampjonat ferm prestiġjuż huma l-Afrika ta' Isfel, l-Ingilterra, l-iSkozja li se jkunu qed jilagħbu ġewwa darhom, Singapore, New Zealand, Wales, u Trinidad & Tobago", temm jgħid il-kowċ nazzjonali tal- waterpolo, Karl Izzo. It-tim nazzjonali tal-waterpolo li rrappreżenta lil pajjiżna f 'Montpellier

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014