Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 33 SPORTSillum Kollox imħejji għall-ewwel edizzjoni ta' Ġieħ l-iSport Malti' NHAR is-Sibt 15 ta' Frar 2014, tħabbru l-finalisti fil-kategoriji kollha tal-ewwel edizzjoni tal-unuri 'Ġieħ l-iSport Malti' organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, flimkien mal-Kunsill Malti għall-iSport. Is-Segretarju Parlamentari Buontempo esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-avveniment li huwa wieħed innovattiv fejn l-għaqdiet sportivi se jivvutaw biex jippremjaw lill-aqwa sportivi, uffiċjali u timijiet. Huwa qal li minkejja d-diffikultajiet finanzjarji li għandu l-Kunsill Malti għall-iSport, il-Gvern xorta ta b'€1 miljun assistenza lill-għaqdiet sportivi. Il-Gvern qed jagħmel ħiltu kollha biex il- Kunsill Malti għall-iSport iqum fuq saqajh finanzjarjament. Huwa qal li l-għaqdiet sportivi jridu jkunu sħab mal-Gvern u għalhekk aktar 'il quddiem se jkunu l-għaqdiet sportivi li jmexxu l-programmi tal-isport li sa issa kienu jkunu organizzati mill-Kunsill Malti għall-iSport. Dr Buontempo rringrazzja lill-għaqdiet sportivi għall- impenn tagħhom biex l-isport f 'pajjiżna jkompli jikber u qal li l-għan tal-Gvern hu li f 'pajjiżna jkollna sport aktar professjonali u dan se jkompli jsir permezz ta' scholarships speċifikament fl-isport. Minn naħa tiegħu l-Onorevoli Luciano Busuttil, Ċermen tal-Kunsill Malti għall-iSport, saħaq li din is-sena se jkun hemm attività ta' livell għoli b'inqas spejjeż biex b'hekk il- flus jkunu jistgħu jiġu investiti fl-atleti u fl-isport ta' pajjiżna. Huwa kompla jgħid li din hija ċelebrazzjoni ta' sport u għalkemm se jkun iddikjarat rebbieħ wieħed biss kulħadd huwa rebbieħ. Huwa temm id- diskors tiegħu billi inkoraġixxa lill-atleti jkomplu juru l-impenn tagħhom biex dejjem ikollna fuq quddiem il-bandiera Maltija. Is-serata finali tal-awards ta' 'Ġieħ l-iSport Malti' se ssir fil-15 ta' Marzu 2014 u se tixxandar dirett fuq TVM2. Matul din is-serata panel tal-ġurija esperti magħmula minn gurnalisti sportivi ġejjin mill-media houses ewlenin f 'Malta u se jkunu qegħdin jivvutaw 'live' għar-rebbieħ/a f 'kull kategorija. Filwaqt illi fil-kategoriji ta' Best Sportman u Best Sportswoman with Special Needs, ir-rebbieħ u ir-rebbieħa se jitħabbaru dakinhar stess tal-finali. Dawn se jkunu ġew magħżula minn bord ta' esperti fil-kamp li twaqqaf separatament biex jagħżel l-atleti li kienu jistħoqqilhom dan l-unur. Il-pubbliku ukoll se jkun qed jista' jagħti s-sehem tiegħu hekk kif issa tħabbru s-sitt finalisti magħżula mill-federazzjonijiet u assoċjazzjonijiet għan- 'National People's Choice Award'. Preżentament dawn is-sitt finalisti qegħdin igawdu minn 60% tal-vot finali filwaqt li l-pubbliku se jkun qed jivvota għall-bqija tal-40% l-oħra permezz ta' messaġġ li jista' jintbagħat fuq in-numri abbinati ma' kull isem tal-favorit/a tiegħu. It-televoting se jibqa' miftuħ sas-serata finali fejn imbagħad joħroġ ir-rebbieħ aħħari ta' dan il-premju. Waqt il-press conference ngħata rikkonximent lin- nominati kollha għall-'People's Choice Award' hekk kif ġew ippreżentati b'ċertifikat u tniżżlu fuq l-ewwel 'Roll of Honour' ta' 'Ġieħ l-iSport Malti' Awards. Il-Bank of Valletta dejjem tal-appoġġ kollu tiegħu f 'oqsma differenti tal-isport, ewlenin fosthom il-futbol, baskitbol, waterpolo, kif ukoll dixxiplini oħra fix-xena lokali bħal m'huma t-tennis, il-golf u l-bowling. Il-Bank jimpenja ruħu fil-qasam tal-isport biex ikompli jinkoraġixxi lill- isportivi u jgħin biex dawn ikollhom faċilitajiet addattati għad-dixxiplini tagħhom. Huwa għalhekk ta' unur għall-Bank li qiegħed jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Awards 'Ġieħ l-Isport Malti'. Minn naħa tagħhom MSV Life qalu li minn dejjem kienu minn ta' quddiem sabiex jippromovu u jagħtu l-appoġġ tagħhom lejn it-talent Malti kemm fl- isport kif ukoll f 'oqsma oħrajn bħalma huma l-arti u l-mużika. Avvenimenti bħal dawn jipprovdu opportunità eċċellenti sabiex jiġu esibiti u ppremjati t-talenti Maltin u aħna tabilħaqq kuntenti ħafna li nassoċjaw lilna nfusna ma' din l-inizjattiva. Tkellem is-Sur Arthur Castillo, Direttur tal-kumpanija Vascas u sponsors tat-trofew li se jkun qed jingħata lir-rebbieħa kollha. Dan it-trofew huwa magħmul minn kristall fin u huwa prodott tal-kumpanija prestiġjuza Rogaska Crystal fl-Islovenja. B'kollox tħabbru 24 finalist f 'dawn il-kategoriji: Best Sportswoman Award: Sue Abela (Malta Tenpin Bowling Association) Eleonor Bezzina (Malta Shooting Sport Federation) Joanne Attard (Malta Tenpin Bowling Association) Best Sportsman Award: William Chetcuti (Malta Shooting Sport Federation) Justin Caruana Scicluna (Malta Tenpin Bowling Association) Daniel Zahra (Ying Yang Kickboxing Club) Best Team Award: Men's category (Malta Pool Association) Men Senior National Waterpolo Team (Aquatic Sports Association of Malta) Women's National Football Team (Malta Football Association) Best Young Sportsperson Award: Nathan Lee Xuereb (Malta Shooting Sport Federation) Nicole Gatt (Malta Weightlifting Association and MAAA) Suzanne Buttigieg (Malta Gymnastics Federation) Best Coach Award: Pierre Brincat (Malta Football Association) Karl Izzo (Aquatic Sports Association of Malta) Jimmy Bugeja (Malta Shooting Sport Federation) Best Official Award: Vincent Degiorgio (Malta Pool Association) Edwin Vella (Malta Shooting Sport Federation) Jesmond Caruana (Malta Weightlifting Association) National People's Choice Award: Rebecca Camilleri (MAAA): 50616721 William Chetcuti (Malta Shooting Sports Federation): 50616722 Mae Farrugia (Malta Gymnastics Federation): 50616723 Dermot Galea (Malta Triathlon Federation): 50616724 Dennis Thornton (Ghaqda Regatta Nazzjonali): 50616725 U/18 Women's National Team (Malta Basketball Association): 50616726 Dr Stefan Buontempo, Dr Luciano Busuttil u Mark Cutajar waqt it-tnedija ta' 'Ġieħ l-iSport Malti' Ritratt: Paul Zammit Cutajar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014