Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
34 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 Kif nibtet l-imħabba tiegħek u kif ġejt introdott għal dan l-isport? Kont introdott għal dan l-isport minn għalliem ta' Stella Maris College tal-Gżira, is-Sur Manwel Cilia, fis-sena 2003, meta kelli 13 il-sena. Bdejt nitħarreġ darba fil-ġimgħa avolja dak iż-żmien l-isport kont narah bħala attività fejn niltaqa' ma' sħabi u nieħdu gost flimkien. Wara biss sena, sar tournament internazzjonali f 'pajjiżna fejn ġejt mistoqsi jekk ridtx nipprova nikkompeti fih. Għażilt li nidħol għal din l-esperjenza fejn sirt naf x'livell kien hemm barra minn xtutna f 'dan l-isport. X'kienu l-ewwel passi tiegħek f 'dan l-isport u liema kienu l-ewwel tournaments internazzjonali li ħadt sehem fihom fil-karriera tiegħek? Fl-ewwel esperjenza tiegħi barra minn Malta, tlift il-logħbiet kollha kontra l-Ġermanja u Sqallija. Wara dan it-tournament u tard fis-sena 2004 ġietni l-opportunità li kellha tbiddilli l-mod kif inħares lejn il-Lotta. Dan hekk kif iltqajt mal-kowċ nazzjonali ta' Malta, Jesmond Giordimaina, fejn mal- ewwel ġurnata li ltqajt miegħu stajt nintebah bis-serjetà tat- taħriġ tiegħu. Kellu esperjenza vasta, inkluż parteċipazzjoni f 'żewġ Olimpjadi u dedikazzjoni impekkabbli. Fis-sena 2005, is-Sur Giordimaina, iddeċieda li nikkompetu f 'kompetizzjoni internazzjonali ġewwa Sqallija. Din id-darba kont iktar ippreparat u avolja kont ili biss sentejn nikkompeti, irnexxieli nirbaħ il-midalja tal-fidda b'rebħa fuq l-istess Sqallija. B'dan ir-riżultat kont ukoll ivvutat bħala l-aħjar Lottatur Żagħżugħ ta' Malta. Dan l-istess unur erġajt irbaħtu fis-sena 2007. Bejn is-sena 2006 u 2011 ħadt sehem f 'diversi kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom fil-Belġju fejn irbaħt il-midalja tal-Bronż, fl-iSkozja, fejn ipparteċipajt fil-Kampjonati tal-Commonwealth u fejn stajt nosserva timijiet b'saħħithom fosthom dak tal-Kanada u tal- Afrika t'Isfel, Ċipru u Sqallija fejn irnexxieli nirbaħ żewġ midalji tal-fidda, sentejn fuq xulxin, fejn fiż-żewġ ċirkostanzi tlift il-finali mal-atleta tat-tim nazzjonali tal- Italja. Komplejt tevolvi fil-lotta u tirbaħ iktar unuri personali. Il-kummenti tiegħek. Fis-sena 2011 irbaħt l-unur tal- aħjar lottatur Malti u rġajt irbaħt l-istess unur fis-sena 2012. Dawn l-unuri komplew jimmotivawni biex nieħu dan l-isport iktar b'serjetà, u bl-għajnuna tal-kowċ Jesmond Giordimaina u l-assistent tiegħu s-Sur Abraham Vassallo, it- taħriġ beda jintensifika u jsir aktar professjonali. Parti minn dan it- tibdil kien li nqatta' żmien qabel xi kompetizzjoni kbira ġewwa Ruma fejn stajt nitħarreġ ma' atleti oħra ta' nazzjonalità barranija fosthom Spanjoli, Kubani u Taljani. Niġu għas-sena 2012. X'impenji kellek matul din is-sena? Fis-sena 2012 il-Federazzjoni Maltija tal-Lotta għamlet kuntatt ma' diversi klabbs mir-Renju Unit u mat-tim nazzjonali ta' Wales. B'kollox f 'dik l-istess sena rbaħt tliet midalji tad-deheb kontra dawn it-timijiet fejn ikkompetejna ġewwa Bradford, Cardiff u f 'tournament internazzjonali li sar ġewwa Malta. Naf li s-sena li għaddiet kienet sena ta' importanza partikolari għalik. Għaliex? Is-sena 2013 kienet l-aktar waħda importanti fil-karriera tiegħi. Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) għażel kontinġent ta' 10 atleti mid-dixxiplini ta' Malta sabiex jirrappreżentaw lil Malta fil-Logħob tal-Mediterran li saru f 'Ġunju li għadda ġewwa Adana fit-Turkija. Bħala preparazzjoni għal dan il-Logħob ferm importanti, ikkompetejt ġewwa Nottingham fl-Ingilterra fejn wara li rbaħt żewġ logħbiet, tlift il-finali ma' lottatur Bulgaru u rnexxieli nżomm il-midalja tal-fidda. Ġimgħa qabel l-istess logħob, erġajt għamilt esperjenza ta' kamp ta' taħriġ ġewwa Ruma. Niġu issa għal-Logħob tal- Mediterran. X'kienu jfissru dawn il-Logħob għalik? Il-Logħob tal-Meditteran kienu esperjenza kbira għalija hekk kif dawn irrappreżentaw l-ogħla livell ta' lotta li qatt iltqajt miegħu fejn hemmhekk ikkompetew uħud mill-aqwa lottaturi fid-dinja fejn fosthom kien hemm ukoll atleti li jikkompetu fl-Olimpjadi. Fil-klassifika finali spiċċajt fil- ħames post fost 9 lottaturi qabel fost l-oħrajn pajjiżi bħall-Italja, Spanja u l-Greċja. Ikkompetejt kontra lottatur mill-Marokk li rebaħ il-midalja tal-fidda u kontra l-Maċedonja fejn irbaħt il-midalja tal-Bronż. Wara din l-esperjenza kkompetejt ġewwa Wales fejn irnexxieli nirbaħ midalja tad-deheb oħra. Ftit tal-ġimgħat ilu, temmejt l-impenji tiegħi għal matul l-aħħar sena li kienet waħda ferm impenjattiva għalija b'tournament internazzjonali li kien il-Malta International Open tal-Lotta fejn iġġilidt kontra atleta ieħor minn Wales u lottatur ta' kategorija akbar mill-Irlanda ta' Fuq, fejn irbaħt l-ewwel post fil-kategorija tas-60 kilogramma fi ġlieda kontra Wales bir-riżultat finali ta' 7-0. Barra minn hekk wara din il-ġlieda, iġġilidt ukoll kontra l-medalista tad-deheb Irlandiż fil-kategorija tas-66 kilogramma u rnexxieli nirbaħ ukoll din il-kompetizzjoni bir-riżultat finali jkun dak ta' 6-2. X'sagrifiċċji u impenji jinvolvi l-isport li int tipprattika? Jien nagħti prijorità assoluta tal-ħin tiegħi lill-isport, li titlob sagrifiċċji kbar speċjalment fil- ħajja soċjali tiegħi, fosthom li noqgħod lura mill-ħruġ speċjalment meta tkun riesqa xi kompetizzjoni peress li nkun irrid inqattà ammont ta' sigħat twal f 'taħriġ (medja ta' 20 siegħa fil-ġimgħa). Wieħed mill-akbar sagrifiċċji jdur ukoll mad-dieta tiegħi. Billi l-isport tal-Lotta huwa sport ta' kategoriji skond il-piż tal-atleta, il-lottaturi jkunu jridu jżommu viċin tal-piż tal-kategorija. Dan jirrikjedi dieta matul is-sena kollha li mbagħad tintensifika viċin tal-kompetizzjoni. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-lotta? Fil-futur, l-għan ewlieni tiegħi huwa dak li nkompli nibni fuq dawn is-suċċessi. Nistenna li nkompli ninvesti aktar ħin f 'dan l-isport fejn hija x-xewqa tiegħi li nkompli nkabbar l-esperjenza tiegħi billi nikkompeti f 'tournaments internazzjonali oħra ta' livell ogħla, fosthom matul din is-sena fejn se jsiru l-Logħob tal- Commonwealth ġewwa Glasgow, fl-Iskozja. Xewqa oħra li għandi fil-karriera tiegħi hija dik li nibqa' nkun ta' għajnuna għall- Federazzjoni Maltija tal-Lotta, speċjalment fejn jidħlu atleti ġodda u żgħar fejn nista' ngħaddi parti mill-esperjenza tiegħi lejhom. Malta bħala pajjiż aħna limitati ħafna speċjalment fejn jidħlu riżorsi u atleti ma' min tista' titħarreġ, u allura huwa sostna li l-fatt li tkun hemm għal dawn l-atleti ġodda sabiex ikollhom ma' min jitħarrġu u jipprattikaw, tiswa ħafna. Matul dawn ix-xhur hemm diversi tournaments tal-lotta bi preparazzjoni għal-Loghbiet tal-Commonwealth li se jsiru fi Glagow, fl-Iskozja. SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Adam Vella – il-lottatur ta' 24 sena, li barra li huwa 'accountant' professjonali qed jikseb suċċess kbir personali kif ukoll għal pajjiżna -isport tal-lotta (wrestling). Huwa vvutat bħala l-aqwa lottatur Malti l-preżent. Ta' 24 sena vvutat bħala l-aqwa lottatur Malti "Fl-ewwel esperjenza tiegħi barra minn Malta, tlift il-logħbiet kollha" "Fl-2012 irbaħt tliet midalji tad- deheb fuq livell internazzjonali""