Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 31 SPORTSillum HEKK kif proprju fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie fi tmiemu l-ewwel rawnd tal-ogħla diviżjoni tat-table tennis f 'Malta, it-tim Malta University SSC 'Andro' kompost kollu mill-kowċis ta' TopSpin Table Tennis Academy jinsab fl-ewwel post. Barra li jinsab jokkupa l-ogħla post fil-klassifika, fl-ogħla diviżjoni Maltija, it-tim tal-akkademja qed jiddomina din id-diviżjoni b'iktar minn 20 punt differenza bejn l-istess tim u t-tim li jinsab fit-tieni post. Fil-preżent, it-tim huwa kompost mill-aħjar plejers f 'pajjiżna. Dawn huma Edward Baldacchino, Daniel Bajada, Matthew Micallef u Alex Soler. Huwa wkoll l-uniku tim fost l-ewwel tliet timijiet li huwa kompost minn plejers kollha Maltin. Meta ssemmi d-dominanza assoluta ta' dan it-tim, ma tistax ma ssemmix is-suċċess individwali ta' kull plejer, fejn Edward Baldacchino, il- Head Coach tal-akkademja huwa wkoll il-plejer numru wieħed f 'pajjiżna. Huwa ilu jokkupa din il-pożizzjoni għal aktar minn sena. Isegwi lil Baldacchino mill-viċin, hemm iż-żagħżugħ ta' 20 sena Daniel Bajada, li barra li huwa ċ-champion preżenti ta' Malta, dan il-plejer kellu l-opportunità li jilgħab ukoll f 'kampjonati barra minn xtutna, fosthom fl-Italja. Bajada huwa wkoll l-uniku plejer fil-kampjonat Malti li ma tilef l-ebda logħba sa issa. Il-plejers l-oħra, Matthew Micallef u Alex Soler, ukoll m'għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-logħba domestika. Barra li t-tnejn kienu Junior Champions għal iktar minn darba, iż- żewġ plejers kellhom rebħiet b'saħħithom fl-ewwel rawnd tal-kampjonat. Filwaqt li Micallef bla ebda diffikultà għeleb lil Viktoria Lucenkova, li tirrappreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, Soler għamel rimonta u għeleb lil plejer Svediż, Erik Nordlander. It-tieni rawnd tal- kampjonat ikompli jintlagħab fil-ġimgħat li ġejjin fejn mistenni li TopSpin Table Tennis Academy jibqgħu jiddominaw dan il- kampjonat. Barra minn hekk, dawn l-erba' plejers, flimkien ma' Dorianne Magri, jibqgħu jilqgħu studenti ta' kull età fl-iskejjel li għandhom ġewwa l-Belt Valletta u f 'Birkirkara biex tgħinhom fit-taħriġ u l-formazzjoni tal-isport. Għal aktar dettalji u l-aħħar informazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku uffiċjali tal-akkademja tat-table tennis f 'pajjiżna, TopSpin - www topspintabletennisacademy. com TopSpin Table Tennis Academy jibqgħu jiddominaw t-table tennis It-Tim tal-Akkademja tat-table tennis ta' TopSpin Impjegati jitilgħu fuq l-Etna għall-karità BEJN il-21 u l-24 ta' Marzu 2014, 11-il impjegat mill-kumpanija Ascent Software se jitilgħu fuq il-Muntanja Etna fi Sqallija biex jiġbru fondi għad-Dar tal-Providenza. Flimkien ma' dan il-grupp se jkun hemm ukoll ir-rebbieħ ta' kompetizzjoni li ttellgħet mill-istess kumpanija għal student tal-informatika kif ukoll Dr Gregory Attard, tabib Malti magħruf għat- tlugħ mal-muntanji. Waqt konferenza tal- aħbarijiet li saret riċentament, Franco Mercieca, is-Segretarju Parlamentari għad-drittijiet tal-Persuni b'Diżabbilità u Anzjanità Attiva, faħħar din l-inizjattiva kif ukoll ix-xogħol siewi u tant importanti li qed twettaq id-Dar tal-Providenza. Tkellem ukoll ix-shadow Minister Dr Stephen Spiteri li ħeġġeġ biex ikun hawn aktar kumpaniji li jimxu fuq dan l-eżempju. Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal- Providenza, faħħar ukoll din l-inizjattiva u żied jgħid li dan juri l-ispirtu ta' tim li jeżisti bejn l-impjegati tal-kumpanija. Id-Direttur Maniġerjali tal- Kumpanija, Joseph Sultana, li se jkun wieħed mill-11 qal li Ascent Software se jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' kull min se jieħu sehem u se jagħtu donazzjoni ta' €150 għal kull parteċipant lid-Dar tal-Providenza. Iktar tard fit-13 ta' April se tittella' 'The Ascent Adrenaline Day' fejn il-pubbliku se jkun qiegħed jesperjenza wħud mill-attivitajiet li se jkunu għaddew minnhom dawk li se jmorru fuq il-Muntanja Etna. Se jkun hemm animazzjoni għat-tfal u attivitajiet bħal abseiling. Ascent Software twaqqfet fl-2003. Il-Kumpanija toffri għadd ta' servizzi fosthom dawk finanzjarji (ERP, FOREX), manifattura, telekomunikazzjoni, posta u enerġija. Illum timpjega tim ta' aktar minn 50 speċjalist. U*BET tagħti għajnuna finanzjarja lir-rebbieħa tal- Għażliet Sportivi Nazzjonali "ILFATT li kumpanija bħal Maltco Lotteries permezz ta' U*Bet kellha l-fiducja sħiħa fl-Għaqda Ġurnalisti Sports u wisq aktar fl-Ġħażliet Sportivi Nazzjonali huma garanzija tax-xogħol li l-GħĠS wettqet matul l-aħħar xhur u li jikkonfermaw kif bħala l-Għaqda ewlenija tal- ġurnaliżmu sportiv f 'pajjizna tgawdi rispett f 'kull firxa tas- soċjetà" – hekk saħaq Charles Camenzuli, President tal- Għaqda Ġurnalisti Sports. Dan qalu fl-okkażjoni tal-preżentazzjoni ta' għotja finanzjarja minn Maltco Lotteries lir-rebbieħa ewlenin f 'ħames kategoriji tat-53 Edizzjoni tal-U*Bet Għażliet Sportivi Nazzjonali. Huwa għamel enfasi wkoll kif f 'din l-edizzjoni din l-għotja ntlaqgħet b'sorpriża wisq aktar mill-istess rebbieħa. Fl-istess waqt Charles Camenzuli rringrazzja lil Dr Vasileios Kasiotakis – General Director Maltco Lotteries Ltd. kif wkoll lil Dr. Ioannis Katakis – CEO Maltco Lotteries Ltd għall-appoġġ li taw u għall- interess li urew sabiex dawn l-Għażliet setgħu jkunu suċċess. Preżenti wkoll Mr. Hugh Mercieca, uffiċjal għal Maltco Lotteries Ltd. Dawk li bbenefikaw minn din l-għotja finanzjarja kienu William Chetcuti u Sue Abela bħala Sportiv u Sportiva tas- sena rispettivament. Karl Izzo u Nathan Lee Xuereb bħala Kowċ u Żagħżugħ tas-sena rispettivament kif ukoll it-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo rappreżentant mill-captain Niki Lanzon. Fl-istess okkażjoni saret il-preżentazzjoni tal-midalja tal-fidda lill-boxer Billy Corito bħala runner-up fil- kategorija tal-Isportiv tas- Sena, dan għaliex dakinhar tas-serata finali ma setax jattendi minħabba li kellu kompetizzjoni. L-GħĠS ġiet ukoll ippreżentata b'għotja finanzjarja bħala sponsor ewlieni tat-53 Edizzjoni tal-U*Bet Għażliet Sportivi Nazzjonali. Charles Camenzuli imkien mar-rebbieħa tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali u Uċjali għolja tal-Maltco Lotteries Kollox lest għal 11-il impjegat ta' Ascent Software biex jitilgħu l-Etna għall-karità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014