Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
8 illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Għawdex - Fidi u Tradizzjoni IXXITWA hi l-akbar uġigħ ta' ras għal Għawdex u l-Għawdxin. Għax hi żmien meta n-negozju f 'Għawdex ibatti sew wara x-xhur tas- sajf. Jidher li l-ministeru għal Għawdex flimkien mal-GTA u l-GBC qed jaħdmu bla heda biex f 'dawn ix-xhur hekk imsejħa mejta jinħolqu inizjattivi li jagħtu nifs lin- negozju Għawdxi. Wara s-suċċessi tat-Travel Free Weekend f 'Novembru, Betlem f 'Għajnsielem, Valentine's Weekend u bħalissa l-Karnival qed jinħema programm speċjali għal żmien il-festi tal-Għid. Program imqassam fuq 15-il ġurnata bejn il-5 u l-20 ta' April li qed jissejjaħ 'Għawdex – Fidi u Tradizzjoni'. Ħmistax-il ġurnata fejn madwar Għawdex kollu jkun hemm attivitajiet reliġjużi mdawrin mal-mewt u l-qawmien ta' Ġesu Kristu u t-tradizzjonijiet Għawdxin għal din il-festa tant għal qalb l-Kattoliċi. Il-lenti għal dawn il-ġranet did-darba se tkun iffukata fuq ix-Xewkija fejn hawnhekk se tingħata pubbliċità kbira għal tlett ijiem speċjali f 'dan ir- raħal għal avveniment li qed jissejjaħ Il-Fidwa. Fil-verità dan l-avveniment imur lura għas-sena 2011 fejn il-Kunsill Lokali tax-Xewkija flimkien mal-Għaqda Drammatika Xewkija, kienu ħarġu bl-idea li tittella' rappreżentazzjoni għal żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa u għalhekk minħabba n-natura unika tiegħu, ġie deċiż li din l-attività tittella' fil-Ġnien ta' Blankas, limiti tax-Xewkija, ġnien proprjetà tal-istess kunsill. Bid-differenza li din is-sena l-avveniment se jingħata anke fondi mill-EcoGozo biex jikber fuq livell Nazzjonali u jkun hemm biżżejjed pubbliċità biex fit-tlett ijiem bejn it-12 u l-14 ta' April il-pubbliku jkun jista' jżur dan il-ġnien li jinbidel fil-ġrajja tal-passjoni ta' Ġesu Kristu. Biex jiġbed turisti Maltin u barranin, dan l-avveniment se jsir ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-Kbira, ħalli dawk li jsegwu l-purċissjonijiet fil-lokalitajiet tagħhom madwar Sena mir-rebħa storika Laburista PASS TA' ĠGANT FILJIEM li ġejjin se nkunu qegħdin infakkru l-ewwel sena tal-Gvern Laburista ġdid immexxi minn Joseph Muscat. Fiha nnifisha għandha tkun opportunità sabiex naraw x'sar u x'inkiseb f 'dawn l-aħħar tnax-il xahar aktar milli biex noqogħdu noħolqu xi forma ta' ċelebrazzjoni fil-vojt. Partit politiku qiegħed hemm biex iġedded u jiġġedded, iżda bla dubju l-ewwel sena ta' leġislatura ġdida hija dejjem mera utli tal-ħidma mwettqa u tal-ħidma li għad trid titwettaq fis-snin li ġejjin. Għalija, din ir-realtà ġġib magħha element qawwi ta' sodisfazzjon imħallat man- nostalġija. Mhix nostalġija fiergħa, iżda espressjoni ta' ferħ meta nara kif dak il-pass żgħir li ħadt jien sitt snin ilu, meta minn jeddi ċedejt is-siġġu parlamentari tiegħi lil Joseph Muscat bħala l-mexxej ġdid tal-Partit Laburista, llum sar pass ta' ġgant li permezz tiegħu Malta u Għawdex qed jesperjenzaw bidla drastika u pożittiva tista' tgħid f 'kull qasam tal-ħajja. Joseph Muscat Joseph Muscat nissel fil- politika Maltija dak is-sens ta' ħeġġa u innovazzjoni li tant konna ilna neqsin minnhom. Għamel hekk mill-ewwel jum li ħa f 'idejh it-tmexxija tal-partit, partit li kien għadu mifxul u mħawwad wara snin twal fl-oppożizzjoni, biex hekk nieda proċess qawwi ta' bidla u aġġornament mhux biss fost is- segwaċi leali tiegħu, iżda anki fost il-poplu Malti u Għawdxi li kien beda jaqta' qalbu li seta' xi darba jara l-pajjiż ifiq mill-ħmieġ tal-korruzzjoni u l-arroganza, l-għażż, it-telqa u l-iżdingar li kien imtela bihom il-gvern preċedenti u l-klikka ta' madwaru. Tul il-ħames snin bejn il-ħatra tiegħu bħala mexxej tal- Partit Laburista u l-elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2013, Joseph Muscat wera li ma kienx jibża' mill-ġejjieni li għalih, għall-partit tiegħu u għal ħafna nies li kienu xebgħu min-Nazzjonalisti, kien ifisser triqat u mogħdijiet ġodda li minnhom il-pajjiż seta' jgħaddi biex finalment jibda jħares 'il quddiem b'fiduċja u ottimiżmu. Dan il-bidu tal-proċess li eventwalment wassal għar- rebħa storika Laburista fl-aħħar elezzjoni, seħħ sitt snin ilu mar-riżenja tiegħi mill- Parlament biex Joseph Muscat seta' jassumi r-rwol ġdid tiegħu fil-pajjiż. Biex, kif ilkoll nafu, minn hemm ma ħares qatt lura, tant li issa wasalna fl-istadju fejn nistgħu nitkellmu fuq l-ewwel sena tal-gvern tiegħu. Malta Tagħna Lkoll Kienet sena eċitanti u mimlija ħajja u innovazzjoni. Malta u Għawdex fehmu mill-ewwel li Joseph Muscat ma kienx qed jiċċajta meta wiegħed bidliet u ideat friski ta' kif noħorġu lil pajjiżna mid-dlam li fih kien mitluf sa ftit xhur ilu. Kien għalhekk li rajna l-ekonomija nazzjonali tistejqer u trodd il-frott b'aktar impjiegi, b'aktar investiment lokali u barrani, b'aktar inizjattivi u b'riżultati aqwa tista' tgħid f 'kull qasam. Meta konna mdorrijin bl-ewwel baġit jew tnejn f 'leġislatura bil-gvern tal- ġurnata jagħżel li jagħsar il- poplu b'taxxi u restrizzjonijiet ġodda, l-ewwel baġit veru ta' Joseph Muscat kien karatterizzat minn nuqqas ta' taxxi, titjib fil-ħarsien soċjali, għarfien tal-jeddijiet tal-minoranzi, inċentivi għall-familji u għall-industriji, flimkien mal-impenn ta' kontijiet irħas għad-dawl u l-ilma. Kienet doċċa kiesħa għal min kien baqa' – u jidher li għadu – jaħseb bil-mentalità antika tal-politika Maltija. Tifraħ li dak il-pass żgħir li ħadt dakinhar, illum qed jissarraf f 'tant ġid, f 'tant ħidma u f 'tant ħerqa għall-ġid ta' dan il-pajjiż. L-ewwel pass huwa dejjem importanti, iżda daqstant ieħor importanti hija l-ħtieġa li mhux biss jinżamm it-temp ta' dan il-pass, iżda li saħansitra anki jikber u jsir, kif sar, wieħed ta' ġgant b'risq il-poplu Malti u Għawdxi li f 'Marzu li għadda wieġeb b'mod l-aktar massiċċ u konvinċenti għall-impenn ta' Joseph Muscat, tal-Partit Laburista u tal-moviment nazzjonali li ssawwar madwaru sabiex 'Malta tkun tassew tagħna lkoll'. Joseph Cuschieri hu l-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil- Parlament Ewropew JOSEPH CUSCHIERI MEP "Kienet sena eċitanti, mimlija ħajja u innovazzjoni" "Joseph Muscat wera li ma kienx jibża' mill- ġejjieni" Tliet ijiem ta' fidwa fix-Xewkija It-terminal fil-Port ta' Marsaxlokk: Inġinier marittimu jgħid li "l-biżgħat huma biss perċezzjoni" ILBIŻGĦAT dwar it-tanker għall-ħażna tal-gass LNG "huma biss perċezzjoni" skont il-Viċi-President tal- kumpanija SPT u l-Inġinier Marittimu Stephen Davidson. Din il-kumpanija tispeċjalizza fuq il-ġarr ta' żejt u gass u se tkun qed tissupplixxi it-tanker għall-proġett tal-enerġija f 'Marsaxlokk. F'kummenti esklussivi waqt il- programm Reporter, Davidson qal li jifhem il-biża' ta' ħafna nies. Hu attribwixxa din il-biża' ma' nuqqas ta' għarfien dwar il-prodott u l-metodi li jintużaw sabiex jinħażen il-gass LNG u jiġi trasportat b'mod sigur. "Il-gass LNG għandu rekord għoli ta' sigurtà. Dan jiġi maħżun fi kwantitajiet kbar madwar id-dinja." Davidson qal li l-gass LNG huwa sors ta' enerġija nadifa u mhux tossiku. Barra minn hekk dan jiġi maħżun b'mod sigur ħafna u meta jaqbad ma jinfirixx ħafna." Hu sostna li l-LNG huwa ferm eħfef mill-arja f 'temperaturi normali: "Dan ifisser li jekk minħabba inċident sfortunat ikun hemm xi tnixxija, dan ma jinfirixx." Il-gass LNG li jiġi maħżun fit- tankijiet, jinżamm f 'atmosfera inerta. Davidson qal li l-ħażna tal-gass LNG, kif tħares lejn

