Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
16 illum | Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 Cyrus u l-kaċċa Qatt smajtu b'persuna kontra l-kaċċa jiġbor il- firem favur il-kaċċa? Ecce ciro... għalikom ħbieb, moħbi taħt il-ġlekk u l-ingravata ssib kaċċatur tal- prima li flok spara għal voti spara għal saqajh! Tgħidx kemm għorku jdejhom sħabu tal-moviment, ħallielhom xi 150,000 vot x'jaqsmu bejniethom! Għalkemm wieħed irid jagħtih dak li hu tiegħu eh għax hu fatt li jifhem ħafna fl-ixkubetti għax jaf sew li l-ixkubetta fiha l-grillu u Cyrus jagħmel li jaqbillu… Ħeqq m'hawnx min ħa r-ritratti mal-għannejja meta qatt ma sema għanja waħda f 'ħajtu… m'hawnx min lagħabha ta' fotografu fl-ajruport mingħajr kamera…m'hawnx min dar kull festa f 'Malta u Għawdex u spiċċa b'xiber imnieħer… m'hawnx min spiċċa jkanta il-karaoke forsi jiġbor xi vot. Fhiex iwasslek il-ħolm fieraħ hux!! (araw ritratt)… m'hawnx min rikbet dgħajsa u qagħdet turina fejn se jitpoġġew il-bombi nukleari imbagħad mank lemħet tank tal-fjuwil daqs il-koppla tal-Mosta warajha (Djone kif m'urejtuliex qalbi!!)… m'hawnx min aċċetta jagħmel sarima ma' ħalqu basta jħalluh joħlom… m'hawnx min qagħad jurina kemm hemm ikel tajjeb madwar id-dinja…m'hawnx min jitfgħalna ritratti ta' sorijiet li rabbewh u mar anke jiġbrilhom il-fondi… U mela żikk sur Kappillun… mhux Cyrus biss jaf juża l-ixkubetta għax kulħadd jagħfas il-grillu skont kif jaqbillu… Bħal-lum sena Malta saret tagħna lkoll Għaddiet sena ħbieb… sena minn meta seħħet il- profezija ta' Wenzinu…bħal lum sena ivvutajna….u bħal għada sena ċċelebrajna… photo finish kienet… għal vot jew tnejn fallietlu l-profezija… Insomma jekk Wenzinu hu profeta… jien Brad Pitt. Xi tfisser Malta Tagħna Lkoll − Skont il-moviment (mhux missjunarju) tfisser li minn fuq il-billboard tispiċċa f 'bord, tfisser li jekk ma tkunx aħmar iżda lest li tinżebaħ aħmar nafu ndeffsuk xi ftit, tfisser li niddeċiedi jien u int issir tafu minn fuq il-mezzi tax- xandir, tfisser li kulħadd jieħu dak li ħaqqu bil- meritokrazija jew aħjar jekk tkun taf liz-zija. − Skont il-partit immexxi bi spaga mill- Ewropa… tfisser li kull ħatra trid tittieħed minn min għandu wiċċu blu, tfisser li dawk li ilhom jistennew 25 sena u għandhom wiċċhom aħmar, iridu jibqgħu jistennew forsi jieħdu xi ħaġa wara li ta' wiċċhom blu jkomplu jiffangaw, tfisser li dawk li żebgħu wiċċhom aħmar minn blu jibqgħu biz-zokk u tfisser li tiggverna int iżda niddeċiedi jien… tfisser ukoll li jekk irridu president newtrali u tagħna lkoll irid ikun ta' wiċċ blu… − Skont il-Wikipedia tfisser li jkollok żejża kbira li min kapaċi jaħtafha jista' jerda kemm irid!!! Il-bijografija ta' Fredu Mela Peppi tal-bendybus kumbinazzjoni ġietu l-idea li jxandar il-bijografija ta' Fredu Sant… Kien ilu sitt snin iberren f 'moħħu li jpattilu ta' meta kkowċja lil xi ħadd biex itajru minn hemm… dakinhar ma tħassrux għax kien marid bil-marda tal-kanċer… dakinhar ried lit-tim tiegħu jirbaħ akkost ta' kollox… imma l-bniedem jikber u jimmatura u fl-aħħar fetaħ għajnejh…induna li dan Fredu Sant ma kienx stramb…u seta' jafdah…u kumbinazzjoni nzertat li din il-bijografija ġiet fi żmien kampanja elettorali fejn wieħed miż-żwiemel hu l-istess Fredu… U taħsbux li Peppi se jħalli lil min In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek JOHN BUSUTTIL Il-kaċċatur li spara għal saqajh Mhux aħjar tkompli taqa' għan-nejk r-riżultati elettorali u ma tkomplix taqa' għan-nejk hawn, sieħbi!