Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 15 sabiex jara li pajjiżna se juża sew l-opportunitajiet li tagħtina l-Unjoni Ewropea biex jesporta aktar, jiġbed lejh aktar investiment u jiżgura tkabbir ekonomiku li joħloq ix-xogħol. "L-ekonomija u n-negozji se jkunu fuq moħħi għax dawn joħolqu x-xogħol li l-ħaddiem għandu bżonn. Naturalment se nagħti każ setturi oħra wkoll bħal qasam tas-saħħa, tal-biedja u ambjent. Pajjiżna għandu sitt MEPs fil-Parlament Ewropew u allura bilfors ikollhom jaħdmu ħafna biex ilaħħqu ma kemm jistgħu setturi differenti tal-ħajja." Il-kandidat tal-PN qal li diġà beda jaħdem fir-rwol tiegħu bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fejn jirrappreżenta lil Malta. Hemmhekk hu ħadem fuq kwistjonijiet bħalma huma l-ħolqien tax-xogħol f 'ekonomiji żgħar bħal tagħna, l-immigrazzjoni irregolari fil-Meditterran u l-importanza tal-intrapriżi żgħar. Meta staqsejtu jekk huwiex liberali jew le, hu qal lit-tikketti jdejquh. "Pereżempju l-liberali jemmnu fl-individwaliżmu, waqt li l-partit tiegħi jemmen fil-libertà tal-individwu u l-ħarsien tad- dinjità ta' kull bniedem – li jista' jintlaħaq biss f 'qafas soċjali." Mallia sostna li hemm bżonn ta' liġijiet li jieħdu ħsieb nies b'orjentazzjoni sesswali differenti fis-soċjetà tagħna biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja ħielsa fid- dinjità li jistħoqq kull bniedem. La dħalna fis-suġġett staqsejtu jekk jaqbilx mal-adozzjoni ta' tfal għall-koppji tal-istess sess, hu kien pront wieġeb: "M'għandniex nagħtu ċertu drittijiet bl-għaġla qabel ma nistudjaw il-konsegwenzi tagħhom sew. Dan hu territorju ġdid għal kulħadd u ma nagħmlux sew jekk biex min għalina nagħtu drittijiet lill-koppji tal-istess sess innaqqsu dawk tat-tfal. Għax ma nitilgħux tarġa tarġa flok nipprovaw naqbżuhom ħamsa ħamsa?" Dwar il-meritokrazija tal-Gvern Laburista, Mallia qal li l-poplu ppretenda ferm aktar minn dan il-Gvern u meta jqabbel x'qed jiġri ma x'ġie mwiegħed fis-saħna tal- kampanja elettorali, jirrabbja għax ġie ngannat. Hu enfasizza li l-għajta tal- meritokrazija flimkien mas-slogan "Malta Tagħna Lkoll" kienet ċajta kerha. "Jien kont nistenna ħafna iktar mingħand Joseph Muscat. Dan huwa Prim Ministru żgħir fl-età u ġej minn sfond Ewropew u tela' b'maġġoranza kbira. Minflok uża dawn l-elementi biex ibiddel il-politika lokali, tefagħna lura fis- sebgħinijiet." Staqsejt lil Mallia jekk jaħsibx li l-iskema taċ-ċittadinanza tista' tagħti spinta lill-ekonomija Maltija, u hu sostna li f 'dan il-każ, l-oppożizzjoni tal-PN għal din l-iskema kienet li l-bejgħ taċ- ċittadinanza, xi ħaġa tant marbuta mal-identità tagħna, kienet qed issir mingħajr il-ħtieġa tal-ebda rabta mal-pajjiż. Hu tenna li għal dan il-għan il-PN għadu qed jippreżenta l-emendi tiegħu biex jiżgura liċ-ċittadinanza Maltija tibqa' waħda serja u li tagħmlilna ġieħ. "Għalkemm il- flus huma importanti, ikun żball jekk nibdew inkejlu u niddeċiedu abbażi ta' kemm se ndaħħlu fil- but. Hemm ċerti affarijiet li ma jinbigħux – waħda minnhom hi ċ-ċittadinanza." Staqsejtu x'jaħseb dwar il-kritika ta' wħud li Brussell huwa gravy train (fejn jiddaħlu l-flus imma ma jsirx xi xogħol ta' barra minn hawn), hu jwieġeb li jiddejjaq ħafna meta nitkellmu dwar il- kariga ta' MEP bħallikieku din hi xi xalata. Ir-rwol ta' MEP, sostna Mallia, ifisser li trid tagħmel ħafna sagrifiċċji fejn għandha x'taqsam il-familja. "Ix-xogħol ta' MEP ifisser li mit-Tnejn sal-Ħamis tkun Brussell waqt li mill-Ġimgħa sal- Ħadd tkun Malta fejn trid tkompli b'xogħlok fil-kostitwenza. Dan ifisser illi jekk jien niġi elett se jkolli nagħmel żmien konsiderevoli mingħajr ma nkun mal-familja." Stefano Mallia se jqarreb l-Ewropa lejn in-nies billi jifhem il-ħtiġijiet ta' pajjiżna u jwassalhom fi ħdan il-Parlament Ewropew fejn jitfasslu l-liġijiet, li fl-aħħar mill- aħħar se jaffetwaw lil kull wieħed minnha. "Għaldaqstant inħoss li l-aktar ħaġa importanti hija li kull MEP iżomm kuntatt dirett man- nies biex jifhem is-sitwazzjonijiet tagħhom fuq ix-xogħol u s-soċjetà." Mallia qal li l-kwistjoni tal- immigrazzjoni irregolari hija waħda kumplessa ħafna u li ilha magħna għal żmien twil u se tibqa' magħna għal għexieren ta' snin. Fisser kif soluzzjoni waħda għal dan il-fenomenu ma teżistix u li rridu nagħmlu hu li nwettqu azzjonijiet differenti biex intaffu t-tbatija ta' dawn in-nies li qed jaħarbu minn sitwazzjonijiet iddisprati waqt li fl-istess ħin il-pajjiż ikun jista' jimmaniġġja s-sitwazzjoni. Hu spjega li din mhix biss problema ta' Malta imma tal- Ewropa kollha, għalhekk hija r-responsabbiltà ta' kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea biex iġorr parti mir-responsabbiltà ta' din is- sitwazzjoni. Dwar il-kriżi li għaddejja minnu l-Ukrajna, Mallia sostna li l-poplu Ukren għandu dritt jiddetermina l-futur tiegħu. Għandu jsir kull sforz possibbli biex tkun evitata gwerra. Enfasizza li l-Unjoni Ewropea nħolqot proprju biex dak li qed isseħħ fl-Ukrajna bħalissa ma jkunx aktar possibbli u l-fruntieri jsiru irrelevanti. "F'Diċembru li għadda jien mort l-Ukrajna bħala parti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fejn iltqajna mal-kapijiet tal- Oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili, kif ukoll ipparteċipajna f 'attivitajiet ta' protesta kontra r-reġim ta' dak iż-żmien. Waqt li kont hemm stajt inħoss ix-xewqa kbira tan-nies tal-Ukrajna li jingħaqdu mal-bqija tal-Ewropa." Ħaġa tajba li jara fil-Partit Laburista hi li dan ta x'jifhem li nbidel għax kieku ma kienx jikseb l-appoġġ li kiseb. Il-kandidat tal-PN qal li l-Partit Laburista għandu numru ta' politiċi żgħażagħ u validi li wieħed jispera li jirnexxielhom jinħallu mill-morsa tal-konservattivi u jitħallew juru verament x'jafu. Dwar is-sitwazzjoni tal-PBS bħalissa, Mallia qal li l-pajjiż jixraqlu xandir nazzjonali li ma jkun għodda ta' ħadd, imma servizz għal kulħadd. "Fadlilna x'naqdfu biex ikollna xandir pubbliku sura ta' nies. Telqu ċerti programmi fejn il-'bias' politiku kien ċar u daħlu flokhom programmi fejn l-iżbilanċ daqstant ieħor hu ċar. Dan mhux sinjal ta' politika ġdida imma ta' 'revolving door'. Ħareġ Ġanni, daħal Żeppi. Imbagħad żdiedu xi programmi mmexxija minn ġurnalisti tal-gazzetti bħal Times Talk u Reporter li jkolli ngħid kisru l-monotonija ta' qabel." "L-għajta tal- meritokrazija flimkien mas- slogan "Malta Taghna Lkoll" kienet ċajta kerha" "Pajjiżna jixraqlu xandir nazzjonali li ma jkun għodda ta' ħadd" "Hemm ċerti affarijiet li ma jinbigħux – waħda minnhom hi ċ-ċittadinanza" "Muscat tefagħna lura fis-sebgħinijiet"