Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
14 illum | Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 S tefano Mallia huwa kandidat ġdid f 'isem il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew f 'Mejju li ġej. Iżda mhuwiex xi persuna kompletament barrani għall-politika. Hu kien involut fil-kampanja tal-PN għall-elezzjoni tal-PE tal-2009. Ir- riżultat kien falliment totali għall- PN fejn kien tilef dik l-elezzjoni b'aktar minn 35,000 vot. Dan wara biss sena mir-rebħa tal-elezzjoni ġenerali tal-2008. Mallia qal li kontra l-verdett tal- poplu m'hemmx ħafna xi jgħid. "L-akbar diżappunt tiegħi bħala bniedem li nemmen fl-Ewropa, ma kienx li n-nies ivvotaw kif għamlu, imma li l-kwistjonijiet Ewropej baqgħu fuq l-ixkaffa kif sfortunatament qed jiġri f ' din l-elezzjoni." Dwar il-ħatra tal-Ministru Marie Louise Coleiro Preca bħala President ta' Malta hu qal li l-kontroversji li qamu ma kinux dwar il-persuna magħżula iżda dwar il-konsultazzjoni li suppost issir fil-ħatra ta' persuna għall-ogħla kariga fil-pajjiż u li evidentament ma saritx. "Issa naħseb li dak li kellu jintqal, intqal u għandna nawguraw kull suċċess lil Coleiro Preca. Ir- referenzi għall-passat huma inutli. Kellna ċans tad-deheb biex nagħtu prova li tassew il-ġenerazzjoni politika tal-lum tista' tagħmel l-affarijiet b'mod differenti minn ta' qabilha u ħlejniha." Ftit tal-ġimgħat ilu fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Stefano Mallia, qal li wieħed għandu jikkunsidra president minn barra l-politika u li ma jistax jifhem għaliex il-President irid ikun ġej minn kamp politiku jew ieħor. Mallia kien staqsa għaliex ma jkunx appuntat xi ħadd li mhux involut fil-politika. "Konvint li hemm numru ta' kandidati adattati li jagħmluna kburin bħalma għamluna dawk ta' qabilhom," sostna Mallia li qal li b'dan il-mod wieħed jista' jevita d-diskussjoni dwar jekk il-President għandux ikun Laburist jew Nazzjonalist. "Possibbilment din tagħti iktar libertà lill-individwu magħżul li jaqdi r-rwol tiegħu ta' President. Għalija dan hu mod kif wieħed jgħaqqad il-pajjiż," kien qal Mallia. Mallia qal li l-PN jista' jerġa' jikseb il-fiduċja tal-poplu billi qabel xejn ikompli jibni l-kritika tiegħu fuq il-verità u l-interess nazzjonali. Iżda fuq kollox billi jerġa' jiskopri dawk il-valuri li hu msejjes fuqhom u li kisbulu suċċessi kbar fil-passat. Id-diriġenti tal-PN flew sew l-implikazzjoniet tar-riżultat elettorali tal-2013 u ġibdu l-konklużjonijiet meħtieġa. "Il-partit għadda minn fażijiet bħal dawn diversi drabi fil-passat. Dan hu żmien l-aġġornament u l-partit qed jaġġorna ruħu." Bħala persuna intiż fl- ekonomija u n-negozju, Mallia jixtieq jiffoka l-ħidma tiegħu Stefano Mallia dwar il-presidenza, l-Unjoni Ewropea u l-kandidatura tiegħu. Jerome Caruana Cilia Età – 42 Professjoni – Speċjalizzazzjoni fil- qasam tal-Unjoni Ewropea Ħolma li ma wettaqtx – Jgħum mal-baleni Ktieb li qed taqra bħalissa – Eddie My Journey Politiku li tammira – Dawk kollha li jidħlu fil-politika biex jagħtu servizz lil pajjiżhom Stefano Mallia jccilia@mediatoday.com.mt "Muscat tefagħna lura fis-sebgħinijiet"