Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 23 Kummercjali Qadfa ta' 1,000 km għar-Riċerka tal-Kanċer F'LULJU li ġej se ssir it- tieni edizzjoni tal-Malta Airport - ALIVE2014 Cycling Challenge for Cancer li fiha 45 ċiklist Malti, li jinkludu 12-il mara, se jaqdfu bir- rota f 'ħames bliet Ewropej: minn Praga sa Vjenna, għal Bratislava, Budapest u fl- aħħar jaslu Belgrad. B'kollox se jagħmlu 1,000km f 'sebat ijiem biss. Il-fondi miġbura minn din l-isfida se jmorru għall-Fond tar-Riċerka (RIDT) tal-Università ta' Malta u se jintużaw fi proġetti ta' riċerka tal-kanċer tas-sider bil-ħsieb li jkun assigurat titjib fir-rati ta' pazjenti li jsalvaw mill-kanċer tas-sider f 'Malta. Din l-inizjattiva, sponsorjata għat-tieni sena konsekuttiva mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, tħabbret minn Nicky Camilleri, il- President tal-ALIVE Charity Foundation b'kollaborazzjoni mal-Action for Breast Cancer Foundation (ABCF), magħmula minn grupp ta' persuni li salvaw mill-kanċer tas-sider u minn pazjenti u persuni li jirsistu għal saħħet dawk milquta minn dil-marda kiefra, flimkien ma' Europa Donna Malta li twaqqfet biex tiżdied il-kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider u l-kura tas-sider f 'Malta u biex tgħin lil persuni milquta minn din il-marda. Nicky Camilleri qal li, "Il-Fondazzjoni tagħna hi l-ewwel għaqda f 'Malta li qed tiġbor fondi mill-komunità biex imorru direttament għar- riċerka medika. L-ALIVE 2014, ABCF u Europa Donna Malta qed jaħdmu flimkien biex jinġabru fondi għall- RIDT. Dawn se jmorru għar-riċerka xjentifika mmexxija mill-Università ta' Malta u minnhom se jgawdu l-pazjenti u s-soċjetà Maltija. Il-fondi miġbura mill-ewwel sfida li saret is-sena l-oħra qed ikunu allokati u l-RIDT diġà għaddiet l-ewwel u l-ikbar ammont ta' €55,000 lill-proġetti ta' riċerka fuq il-kanċer tas-sider li qed isiru fl-Università biex isostnu din l-inizjattiva." Filwaqt li rringrazzja lill- parteċipanti u lis-sussidjarji kollha talli emmnu f 'din il-kawża ġusta, is-sur Camilleri kompla jgħid li, "Is-sinjura Helen Muscat, il-kofundatriċi tal-ABCF, żgur li ser tibqa' ta' ispirazzjoni għalina matul din l-isfida. Konvint li l-entużjażmu, id-determinazzjoni u l-motivazzjoni tal- parteċipanti se jżommuhom impenjati biex jemmnu li kull kilometru li jaqdfu u kull ewro li jinġabar eventwalment se jtaffu l-uġigħ tal-oħrajn." Preżenti għat-tnedija tat-tieni sfida kien hemm is-Sinjura tal-President ta' Malta, Margaret Abela, il- mara tal-Prim Ministru u President tal-Fondazzjoni Marigold Michelle Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-Fond tar- Riċerka (RIDT) tal-Università ta' Malta Wilfred Kenely, u Ramona Mifsud Cristiano, mara li salvat mill-marda tal-kanċer tas-sider u pazjenta attwali. Kommemorazzjoni ta' Mikiel Anton Vassalli DIN is-sena jaħbat il-250 sena mit-twelid ta' Mikiel Anton Vassalli, meqjus bħala Missier l-Ilsien Malti. Skular u patrijott kbir li ħadem bis-sħiħ biex Malta u l-Malti jkunu rikonoxxuti u rispettati u bata mhux ftit minħabba l-fehmiet tiegħu. L-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 kienet l-ewwel din is-sena li fakkritu waqt serata mtella' f 'ġieħu nhar is-Sibt 22 ta' Frar 2014, fis-Sala prinċipali tal-Każin San Filep, ippreseduta mill- Ministru għas-Saħħa Dr Godfrey Farrugia li hu wkoll President Onorarju. Is-serata kellha programm ta' 90 minuta b'tiżwiqa ħelwa ta' mużika, kant, qari, għana u diskorsi li niżlu tajjeb mal- udjenza li ħonqot is-sala. Il-Professur Manwel Mifsud fetaħ is-serata bil- kant tal-kanzunetta tiegħu "Vassalli". Il-Professur Frans Ciappara tkellem fuq Vassalli u l-Edukazzjoni u aktar tard il-Professur Oliver Friggieri għamel diskors fuq is-suġġett 'Malta fil-ħsieb ta' Vassalli.' Il-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta' Mro Richard Bugeja daqqet sitt kompożizzjonijiet mużikali: is-Suite: "Il-Kavallieri ta' Malta" meħudha minn 'Malta matul iż-Żminijiet' tas-surmast direttur, il- Marcia folk 'Malta' ta' Mro Philip Attard, "Bianca e Rossa" ta' Mro Vincenzo Ciappara u mill-film Les Miserables: 'Do you hear the people sing' ta' Claude- Michel Schonberg u fi tmiem, l-Innu Nazzjonali. Waqt is-siltiet mużikali ntwera tagħrif fuq ħajjet Vassalli fuq skrin biex b'hekk il-pubbliku seta' jsir jaf aħjar lil dan il-Malti kbir. Il-banda akkumpanjat lill-kantanta Albertine Abela fl-għanja antika "Ħanini ser Insiefer" li l-melodija tagħha ispirat dik tal-Innu Nazzjonali. Joseph Żerafa għanna siltiet minn "L-Aħħar Tislima" ta' Frans Sammut. Joe Cortis u Alessandra Balzan qraw żewġ sunetti bl-isem "Lil Mikiel Anton Vassalli" wieħed ta' Ġorġ Pisani u ieħor ta' Dun Karm kif ukoll il-poeżija "Jum ir-Rebħ" ta' Rużar Briffa. Intweriet ix-xena ta' Vassalli meħudha mid-dramm "Biż-Żebbuġ dejjem ħaddart". Il-pubbliku li attenda ġie minn diversi nħawi ta' Malta u minn għaqdiet fosthom dik tal-Malti tal-Università, wrew il-pjaċir tagħhom kemm bl-applawsi u kemm bil-kummenti tagħhom fi tmiem is-serata. GO tniedi offerta oħra GO qed tniedi l-offerta Limitless Duo Pack, fejn qed toffri lill-klijenti telefonati bla limitu għal numri b'linji fissi u internet download mingħajr limitu għal €20 biss fix-xahar. Barra minn hekk, dawk li jabbonaw sat-30 ta' April 2014 jibbenefikaw minn sitt xhur ta' internet b'xejn - b'iffrankar sa €120. Bħala parti mill-offerta Limitless Duo Pack, il-klijenti ta' GO ser jibbenefikaw minn telefonati bla limitu għan- numri kollha ta' GO, rata ta' €0.035 biss kull minuta għal telefonati fuq numri lokali ta' netwerks oħra, u €0.058 kull 15-il sekonda għal telefonati fuq mowbajls lokali oħra. Il-klijenti jistgħu wkoll jibbenefikaw minn downloads bla limitu, veloċità ta' download sa 15-il Mbps u upload speed sa 1 Mbps. Dan kollu minbarra għadd ta' benefiċċji oħra. Il-klijenti l-ġodda li jagħżlu Limitless Duo Pack ser ikollhom il-linja fissa tat-telefon installata mingħajr ħlas.