Illum previous editions

illum 9 march 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 Gladjaturi tal-Ħajja minn John Busuttil MARIA twieldet Birkirkara fid-19 ta' Awwissu ta' 36 sena ilu, bint Polly u Mario, it-tnejn mejtin u għandha żewġ ħutha, Brian u Lara. Maria hi omm kburija ta' Aaliyah ta' 8 snin u Alicia ta' 4 snin. "Kelli tfulija sabiħa ħafna, kont dejjem tifla ferriħija u niftakarni dejjem indaħħaq fil- klassi. Biss fil-primarja għaddejt minn bullying u niftakar kemm kont inħossni mwarrba minn ċerti tfal li ma kinux iħalluni nilgħab magħhom jew inkellimhom. Biss kont għelibtha billi bdejt inferraħ fil-klassi, indaħħaq b'xi ċajt 'l hawn u 'l hinn u kont inkanta l-Innu Malti kull filgħodu waqt it-talba. Niftakar li kont inħobb inkellem lil dawk it-tfal li ma kien jilgħab magħhom ħadd u nsir ħabiba tagħhom, forsi għax kont naf xi tfisser li tkun imwarrab." Maria għandha vuċi mill- isbaħ, tat disa' kunċerti f 'Malta, tnejn fl-Istati Uniti u wieħed Brussell. Il-ħajra għal kant bdiet tiġiha meta kienet tisma' lil missierha jirrakkonta kemm kien ikanta meta kien tifel u anke meta kien żagħżugħ. "Jien il-kant kien iferraħni u niftakarni li kont nużah biex indaħħaq. Kont nuża dak il- leħen ta' sopran, u nużah biex indaħħaq. Darba meta kont fil-Junior Lyceum tal-Imrieħel, kont tlajt fuq il-palk u waqt li bdejna nkantaw l-innijiet tal- Milied ħriġt fin-nofs tal-palk u bdejt inkanta b'leħen operistiku biex indaħħaq u ma ninsa qatt nara sala tfal jidħqu u jifirħu u ftit wara ġie għalliem jismu Victor Camilleri li talabni biex immur nistudja l-kant bis- serjetà. Nemmen li kien hu li ġegħelni nirrealizza li stajt inkanta bis-serjetà u nibqa' nafulhu. "Wara, meta kont fil-Form 5 kien hemm għalliema oħra, Sue Vassallo Agius li riditni nieħu sehem fil-musical Phantom of the Opera mtella' mill- iskola fejn kienet tatni l-parti prinċipali tal-Phantom. Kien dak il-mument meta dħalt bis- serjetà fid-dinja tal-mużika u ma ninsa qatt il-leħen ta' Sarah Brightman u Michael Crawford. Kont nistudja l-partijiet kuljum u miskina oħti u ommi dak iż- żmien għax id-dar saret qisha studio tal-kant u l-mużika. Biss il-mewt ta' ommi u missieri ħasditni wisq u qed inħossħa tant diffiċli li nagħti kunċerti mingħajr ma huma jkunu fl- udjenza. Dik hi l-verità sinċiera, ma nafx x'ġara! Bħal mietet xi ħaġa ġo fija. Biss għandi ħafna nies u ħbieb li jixtiequ li nagħti kunċert. Issa naraw." Sadattant qaltli li d-dar tħobb tkanta ma' wliedha u jifirħu flimkien. Iżda l-karriera proprja tagħha m'għamlithiex mill-kant iżda mill-ġurnaliżmu. "Jien inħobb in-nies u l-istejjer umani u d-dinja tat-TV u radju dejjem affaxxinawni. Niftakar meta li nemmen li għeni ħafna biex nidra nippreżenta. Wara niftakar li mort l-Università u għażilt il-Communications. Dak iż-żmien kelli miegħi La Barokka kbira wisq… fl-imħabba u l-ferħ Leħinha żgur li smajtuh fuq ir-radju, taqra l-aħbarijiet jew meta tużah bħala sopran. Leħen sabiħ, qawwi li minnu jispikka l-ferħ li hemm warajh. Omm ta' żewġt ibniet li bħalha wiċċhom dejjem imsebbaħ bi tbissima naturali. Ġurnalista li l-għors tagħha toħloq stejjer ta' tama. Iżda wkoll ġurnalista politika li wassalha biex illum taħdem f 'ministeru bħala l-persuna responsabbli mill-kommunikazzjoni. Qed nirreferi għal Maria Muscat jew kif inhi magħrufa bħala, 'La Barokka'. Maria hi mara żagħżugħa li waslet fejn waslet bil-ħila tat-tbissima tagħha, tal-intelliġenża tagħha u tal-ferħ li hi mdawra bih. Hi mara li dak kollu negattiv kapaċi ddawru f 'pożittiv u għalkemm l-ħajja tagħha bħal kulħadd offritilha wkoll il-problemi u l-mumenti ta' qtigħ il-qalb, Maria lanqas biss taħseb fuqhom għax tara biss il-ġmiel li offritilha l-ħajja. Maria qatt ma rat il-figura kabbarija tagħha bħala negattiva, anzi ħassitha aktar pożittiva li ma kellhiex bżonn dik il-figura snella biex tasal fejn ħadmet għalih u skont hi stess dan għandu jagħmel kuraġġ lil dawk in-nisa magħmulin kbar biex ma jaqtgħux qalbhom jew jarawhom inferjuri ħdejn ħaddieħor. Maria l-Barokka, kbira f 'ġisimha, kbira f 'leħinha, kbira f 'qalbha u kbira fl-imħabba! Ir-rotta tal- ġurnalist Jerome Caruana Cilia Il-Mosta għaddejja minn żvilupp bla waqfien, bini ġdid qed jittella' kuljum u l-komunità kummerċjali hija attiva u qed tikber. Il-popolazzjoni hija ta' madwar 20,000 abitant u hija waħda mill-ogħla fil-gżejjer Maltin u ngħatat im- buttatura f 'dawn l-aħħar għexieren ta' snin bl-istabbiliment ta' oqsma tad-djar ġodda (Santa Margerita, Tal-Blata l-Għolja, Ta' Mlit, Iż-Żokrija). Il-motto tal-Mosta "Spes Alit Ruricolam" jagħti xhieda lill-imgħoddi rurali tal-lokalità. Fil-fatt, il-motto ifisser 'It-tama ssaħħaħ lill-bidwi'. Iżda llum, l-urbanizzazzjoni mxiet 'il quddiem u l-attivitajiet agrikoli tal-Mostin u l-art agrikola naqsu b'mod konsiderevoli filwaqt li ż-żona mibnija issa xterrdet għal dawk li qabel kienu l-inħawi rurali ta' barra tal- villaġġ żgħir tal-Mosta, li issa saret belt sinifikanti u mimlija ħajja. Fiċ-ċentru tal-Mosta tinsab il-Knisja arċipretali b'koppla kbira, magħrufa bħala r-Rotunda tal-Mosta. Din inbniet bejn l-1830 u l-1860. L-arkitett tagħha hu l-Perit Giorgio Grognet de Vasse. Jgħidu li hi t-tielet l-akbar koppla fl- Ewropa, wara dik ta' San Pietru f 'Ruma u Santa Sofia f 'Istanbul. Il-Ħamis, 9 ta' April 1942, waqt it-Tieni Gwerra Dinjija bomba ġiet mitfugha mill-Ġermaniżi u laqtet il-knisja. Il-bomba għaddiet mill-koppla, iżda ma splodietx. Din il-ġrajja issa saret leġġendarja. Triq l-Isperanza hi triq mill-isbaħ li fi snin preċedenti ġiet mibdula f 'żona pedonali hija mtebba' b'boroż taż- żibel li jħallu ċertu residenti. Dan isir minkejja li hemm it-tabelli mwaħħlin mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li jsostnu li hemm pieni ħorox għal min jinqabad iħammeġ. Wenzu Attard huwa l-pilota li fl-1942 daħħal fil-Port il-Kbir it-tanker 'SS OHIO' tal-Konvoj ta' Santa Marija. Attard jixraqlu kull ġieħ mill-poplu Malti u Għawdxi. Minkejja li inġenerali t-toroq fil-lokalità tal-Mosta huma tajbin, Triq Anġlu Gatt għandha bżonn xogħol ta' rinnovar. Ġenitur li jwassal lit-tfal l-iskola ta' Santa Monika li tinsab viċin din it-triq, qal li din it-triq ilha żmien f 'dan l-istat: "karozza tkissirha u dan fil-qalbha tal-Mosta mhux fl-imwarrab." Minbarra l-iskart mal-kantunieri taħt it-tabelli tal-Kunsill Lokali, lmaħt ukoll numru ta' djar li qed jinbnew u oħrajn abbandunati li l-parapett tagħhom huwa mimli bil-ħmieġ u skart. Minkejja li inġenerali t-toroq fil-lokalità kont dejjem tifla ferriħija u niftakarni dejjem indaħħaq fil- klassi. Biss fil-primarja għaddejt minn bullying u niftakar kemm kont inħossni mwarrba minn ċerti tfal li ma kinux iħalluni nilgħab magħhom jew inkellimhom. Biss kont għelibtha billi bdejt inferraħ fil-klassi, indaħħaq b'xi ċajt 'l hawn u 'l hinn u kont inkanta l-Innu Malti kull filgħodu waqt it-talba. Niftakar li kont inħobb inkellem lil dawk it-tfal li ma kien jilgħab magħhom ħadd u nsir ħabiba tagħhom, forsi għax kont naf xi tfisser li tkun villaġġ żgħir tal-Mosta, li issa saret belt sinifikanti u mimlija ħajja. Mixja madwar iċ-ċentru tal-Mosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 march 2014