Illum previous editions

illum 9 march 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 15˚Ċ L-INQAS 10˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita iżolati, li jsir pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra f 'xi ħalbiet tax-xita RIĦ: Grieg it-Tramuntana forza 5 li jsir Grigal BAĦAR: Moderat Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 15˚Ċ L-INQAS 9˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra f 'xi ħalbiet tax- xita RIĦ: Grigal forza 4 għal 5 li jsir Grieg il-Lvant forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 lejn il-Lvant ta' Malta SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 45 10 5 44 68 13 80 23 CHEMIMART Ltd., Licensed at 3, Freedom Square (Currently oper- ating at 20/21, Triq ir-Repubblika), Valletta TRINITY Pharmacy, 32, Triq il-Marsa, Marsa ST. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi MARRIT Pharmacy, Triq l-1 ta' Mejju, Fleur De Lys ST. Luke Pharmacy, Triq San Luqa, Gwardamanġa SPIŻERIJA Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann HARLEY Pharmacy, 1,Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Sliema ST. Joseph Pharmacy, 172, Triq il- Kbira, Lija MĠARR Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr PARKES Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar STA. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija VERDALA Pharmacy, 57, Triq il-Gen- dus, Bormla ST Elias Pharmacy, St Elias Street, Xgħajra GUDJA Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, Gudja PASTEUR Pharmacy, Triq it-Tellerit, Safi SANTA Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ MAKE Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa AZZOPARDI Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria JOYCE'S Pharmacy, Vjal it-8 ta' Settembru, Xagħra Il-quċċija tal-Gvern Laburista JEROME Caruana Cilia tkellem ma' bosta esperti u rappreżentanti tal-imsieħba soċjali f 'oqsma varji dwar kif jaraw il-ħidma tal-Gvern Laburista wara sena fit- tmexxija tal-pajjiż. Dawn il-personalitajiet ġew mitluba jagħtu numru minn 1 sa 10. 1 ifisser li jqisu l-ħidma f 'dak is-settur partikolari bħala ħażina ħafna, 5 mhux ħażin u 10 tajba ħafna. 8 - Drittijiet Ċivili (LGBTI) - Gabi Calleja – "Kieku kelli nagħti marka għall-ħidma tal-Gvern fir- rigward tad-drittijiet LGBTI f 'din l-ewwel sena tal-leġislatura allura nagħti 8 minn 10." Il-koordinatriċi tal-MGRM Gabi Calleja qalet li tagħti din il-marka minħabba l-bidla fil-kodiċi ċivili li tassigura li persuni trans li jbiddlu l-ġeneru legali tagħhom ikollhom din il-bidla rikonoxxuta għal kull effett tal-liġi inkluż iż-żwieġ. Hi semmiet ukoll it-twaqqif tal-Kunsill Konsultattiv; il-liġi dwar l-unjoni ċivili bl-istess drittijiet u obbligi taż-żwieġ, inkluż id-drittijiet u obbligi ta' ġenitur; it-twaqqif ta' working group li jirrevedi l-politika dwar il-bullying fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u d-direttorat tas-servizzi edukattivi. Calleja sostniet li l-appoġġ li l-Gvern Malti qed jagħti għas- sejħa li l-moviment Ewropew qed jagħmel lill-Kummissjoni Ewropea għal roadmap li tindirizza b'mod strateġiku d-drittijiet ta' ċittadini LGBTI. 9 – Ekonomija - Karm Farrugia - "Kieku kelli nagħti marka għal ħidma tal-Gvern fir-rigward tal-ekonomija f 'din l-ewwel sena tal-leġislatura allura nagħti 9 minn 10." L-Ekonomista Karm Farrugia qal li l-gvern irnexxielu mhux biss jiskopri l-potenzjal tal- ekonomija, iżda anke għaraf isib mezzi biex jisfruttah u jkabbru. Żewġ aspetti l-aktar li laqtuh s'issa hu l-fatt li "ksibna mill- ġdid il-kredibbiltà, l-aktar mal- UE, billi l-gvern ma kompliex ilellex l-istatistika dwar il-finanzi pubbliċi tal- pajjiż, speċjalment fil-kalkolu tad-defiċit fil-baġit tiegħu." Hu qal li b'hekk kulħadd sar jaf eżattament fejn qegħdin u fejn nistgħu naslu fit-tbassir finanzjarju, "ħaġa li kważi qabel dejjem morna żmerċ fiha." L-Ekonomista Farrugia qal ukoll li dan il-gvern ta lill- ekonomija post li jixirqilha fl-aġenda tiegħu, minn ta' fuq nett. Mhux dejjem il-politika toħnoq il-progress ekonomiku. Hu sostna li dal-fenomenu qed jirrifletti ħafna fis-suq tax-xogħol billi qed iħajjar jirreġistraw mal-ETC ferm aktar nisa u pensjonanti li l-ekonomija tenħtieġ, iżda li ironikament mhix tlaħħaq miegħu, avolja l-impjiegi qed jiżdiedu b'medda ta' madwar 400 fix-xahar. "Forsi l-aktar eżempju ċar hija l-iskema ta' ċittadinanza b'investiment li għandha potenzjal enormi f 'ħolqien ta' mpjiegi ġodda wara s-sena d-dieħla," temm jgħid Farrugia. 2 - Saħħa - Paul Pace – "Kieku kelli nagħti marka għal ħidma tal-Gvern fir-rigward tas-saħħa f 'din l-ewwel sena tal-leġislatura allura nagħti 2 minn 10." Il-President tal-MUMN Paul Pace qal li jekk taħt amministrazzjoni preċedenti kien jagħti marka ta' 2, wara sena ta' Gvern Laburista, hu se jagħti l-istess marka. Pace sostna li minkejja l-ħafna kliem u slogans qabel l-elezzjoni ġenerali, wara sena baqa' ma nbidel xejn "anzi morna għall- agħar." "Il-problema fis-sistema tat-tmexxija kienet qabel u għadha hemm s'sissa. Ma nbidel xejn. Anzi, fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex morna għall-agħar. Fil-qasam tas-saħħa konna ħażin ħafna u għadna ħażin ħafna." Pace semma li kien hemm xi titjib fl-Isptar Monte Karmeli, b'kumpens għad- diżastru f 'Għawdex. Hu qal li sakemm jibqgħu jbatu l-pazjenti fil-kurituri, din mhix aċċettabbli. "Kemm- il darba kellmuni pazjenti li jafu li l-infermiera qed jagħtu sehemhom iżda li l-problema hi s-sistema." Is-sodod żdiedu iktar fil- kurituri. "Dan ifisser li dak li kien ħażin qabel huwa ħażin issa. Illum il-ġurnata nsibu sodod fil-kurituri bid-differenza li dawn tajnihom isem. Min ikun kuljum hemm bħali, ittih isem jew le, dan jibqa' kuritur. Sakemm jibqgħu dawn l-affarijiet allura għadna ħażin ħafna." 6.5 - Saħħa - Martin Balzan - Is-Segretarju Ġenerali tal-MAM – "Kieku kelli nagħti marka għal ħidma tal-Gvern fir-rigward tas-saħħa f 'din l-ewwel sena tal-leġislatura allura nagħti 6.5 minn 10." Martin Balzan, is- Segretarju Ġenerali tal-MAM (l-Assoċjazzjoni Medika Maltija) qal li minn naħa l-kwalità tas-servizz baqgħet tajba u bħas-snin ta' qabel żdied ix-xogħol sewwa fuq operazzjonijiet u sew in- numru ta' nies li daħlu l-isptar. Il-ministru u l-istaff tiegħu għandhom relazzjoni tajba mal- assoċjazzjoni, kompla Balzan. "Minkejja l-enerġija li ddedika personalment il-ministru, il- problemi ta' nuqqas ta' sodod, stennija fl-emerġenza, u tul ta' waiting list għadhom hemm." Il-qasam tal-anzjani kien f 'ministeru ieħor u għalhekk hemm bżonn ta' iżjed koordinazzjoni, għax peress li ftit infetħu sodod ġodda u s-servizzi fil-komunità għall- anzjani għadhom neqsin, ħafna nies jispiċċaw għal xhur sħaħ Mater Dei bla bżonn, u hekk jaffetwaw ħażin l-operat tal-Isptar Mater Dei u s-servizzi tas-saħħa. Balzan li biex jissolvew il-problemi li hemm, jeħtieġ investiment kbir u ppjanar dettaljat biex ikun hemm biżżejjed sodod, tobba u professjonisti biex iħaddmuhom u s-sostenibbiltà finanzjarja, u dawn jeħtieġ diversi snin biex jitwettqu. Fuq kollox l-ebda ministru ma jista' jsolvi dan mil-lum għall-għada. Il-MAM qiegħda tikkopera f 'dan l-ippjanar u din ħaġa tajba min-naħa tal-ministeru li hemm djalogu tajjeb. "Minkejja li saru ħafna sforzi għad hemm il-problemi fuq il-mediċini u l-komputerazzjoni mixtieqa għadha ma twettqitx." 5 - Edukazzjoni - Kevin Bonello – President MUT "Kieku kelli nagħti marka għall-ħidma tal-Gvern fir- rigward tas-saħħa f 'din l-ewwel sena tal-leġislatura allura nagħti 5 minn 10." Il-President tal-MUT, Kevin Bonello, qal li l-ewwel sena ta' dan il-Gvern ma kinitx dak li konna qed nistennew fil- kamp tal-edukazzjoni. Dan hu gvern li tela' b'ħafna wegħdiet fil-kamp edukattiv, fosthom tal-ġarr tal-esperjenza, tal-leave sabbatiku, tar-reform fatigue u tal-konsultazzjoni. L-ebda waħda minn dawn il-wegħdiet sa issa ma twettqet, anzi jekk nieħdu r-reform fatigue mhux talli ma tajniex ċans il-gradi edukattivi jassorbu d-diversi riformi li kien hemm talli fi ftit ġimgħat ippreżentajnilhom tliet riformi maġġuri oħra fil-kamp sekondarju. "Madanakollu l-MUT temmen li dawn ir-riformi kien hemm il-bżonn tagħhom iżda nemmnu li qatt ma kellhom jiddaħħlu b'pass frenetiku u mingħajr konsultazzjoni xierqa mal-gradi tal-għalliema fl- iskejjel. Tant, li l-konsultazzjoni bdiet issa li tista' tgħid ġie deċiż kollox." Bonello qal li deċiżjoni li żgur ma konniex qed nistennew hi dik li l-ITS ma jibqax taħt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 march 2014