Illum previous editions

illum 9 march 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 3 ZAMMIT DIMECH INIEDI LKAMPANJA TIEGĦU3 ŻEWĠ PULIZIJA MWEĠĠA' U MARA TINŻAMM ARRESTATA 'FIRELIGHT' F'KORDIN Francis Zammit Dimech, il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej ta' Mejju li ġej, ilbieraħ fetaħ uffiċjalment il-kampanja tiegħu fil-lukanda Excelsior fil-Furjana b'diversi żeffiena tal-ballet fuq il-palk. L-istil oriġinali li addotta Zammit Dimech fil- ftuħ uffiċjali ħalla lil dawk il-bosta mistiedna skantati, jħokku rashom, u jħarsu lejn xulxin, jippruvaw jifhmu x'messaġġ ried iwassal b'dawn iż-żeffiena l-eks Ministru Nazzjonalista. Wieħed kien jistenna xi kantant jew xi mużiċist, iżda żgur li ħadd ma stenna li jara dan kollu quddiem għajnejh f'attività politika fejn saħansitra kien hemm preżenti Simon Busuttil, il-Kap tal-PN li indirizza lil dawk preżenti biex finalment anki twassal anki servizz fuq il-big screen dwar il-kredenzjali ta' Zammit Dimech. Zammit Dimech enfasizza fuq il-fatt li dawn l-elezzjonijiet iridu jservu biex insalvaw ir- reputazzjoni ħażina li ħadet Malta f'din l-aħħar sena. Surġent u kuntistabbli tal-Pulizija mara sofrew ġrieħi ħfief meta mara ta' 19-il sena minn Marsascala saqet il-vettura għal fuqhom fl-istess ħin li kienu qegħdin fuq il-post minħabba inċident ieħor bejn żewġ vetturi oħra. L-inċident seħħ għal ħabta tas-7.30am fil-By-Pass ta' Marsascala. Karozza Kia, li kienet qed tinsaq minn raġel ta' 43 sena mill-Belt u Mazda misjuqa minn raġel ta' 39 sena miż-Żejtun kienu involuti f 'dan l-inċident li f 'waqtiet minnhom spiċċa anki f 'argument jaħraq bejn it-tnejn. Il-mara, li laqtet liż-żewġ Pulizija li nzertaw fuq il-post, ma kinitx involuta f 'kollużjoni bejn il- karozza tagħha u xi waħda minn dawn f 'dan l-inċident iżda nżammet mill-Pulizija għal aktar investigazzjoni. 'Firelight', il-band lokali rebbieħa tal- Eurovision Song Contest, kienu mistiedna fis-sezzjoni tan-nisa fil-faċilità korrettiva ta' Kordin u daqqew id-diska 'Coming Home', rebbieħa tal-Eurovision Song Contest ta' din is-sena. Din l-istedina saret bħala inizzjattiva għall-ġurnata ta' Jum il-Mara. Għal din il- preżentazzjoni kien hemm ukoll il-Ministru Manuel Mallia u l-Ministru Helena Dalli li t-tnejn li huma sabu l-okkażjoni biex iwasslu l-messaġġ tagħhom lill-priġunieri nisa li kienu preżenti. Ħin: 4:00pm – 7:00pm Msida: Ħamis 13/03/2014 San Ġwann: Ġimgħa 21/03/2014 Ta' Xbiex: Ġimgħa 28/03/2014 Għargħur: Ħamis 10/04/2014 MINISTRU EMM. MALLIA DISTRETT10 DISTRETT9 VIĊIN TIEGĦEK DEJJEM Jumejn qabel, persuni mill-Customer Care tal-Ministeru se jattendu fiċ-Ċentru Laburista bejn il-5:00pm – 7:00pm sabiex jiltaqgħu mal-pubbliku qabel il-laqgħat avżati hawn fuq. Ħin: 4:00pm – 7:00pm Gżira: Ġimgħa 14/03/2014 Sliema: Ħamis 20/03/2014 San Ġiljan: Ħamis 27/03/2014 t: +356 25689114 e: martin.j.sultana@gov.mt Il-quċċija tal-Gvern Laburista il-Ministeru tal-Edukazzjoni li kif jaf kulħadd hi xi ħaġa li totalment ma naqblux magħha u qatt m'aħna se naqblu. "Nittammaw li l-għajta ta' Gvern li Jisma' tiġi fis-seħħ illum qabel għada." 7 - GRTU – Paul Abela "Kieku kelli nagħti marka għal ħidma tal-Gvern fir-rigward tas-saħħa f 'din l-ewwel sena tal- leġislatura allura nagħti 7 minn 10." Il-GRTU tħoss li bħala l-ewwel sena ta' ħidma ta' dan il-Gvern din kienet sena ta' ħidma tajba. Fiha l-GRTU ikkollaborat ma' bosta Ministri u Segretarji Parlamentari, speċjalment mal-Ministru Chris Cardona u mal- Ministru Konrad Mizzi għaliex kien hemm bżonn li naħdmu aktar fil-qrib magħhom għall-interess tal-membri tagħna. "B'mod ġenerali nistgħu ngħidu li lil dan il-Gvern sibnieh approachable u kien lest li jismagħna u jaħdem fil-qrib magħna biex jinsabu soluzzjonijiet. Kien ta' sodisfazzjon għalina li mhux biss semgħuna iżda wkoll addottaw proposti li għamlet il- GRTU," sostna Paul Abela l-President tal-Kunsill Eżekuttiv Nazzjonali tal-GRTU. Abela qal li din kienet 'learning curve' mhux biss għall-Gvern il- ġdid sakemm isib saqajh iżda wkoll għalina sakemm iltqajna mal-aktar uffiċjali għolja ta' dan il-Gvern u tkellimna magħhom fuq il- prijoritajiet u l-kwistjonijiet pendenti tal-GRTU fir-rappreżentanza tagħna tal-intrapriżi żgħar u medji Maltin. "Nixtiequ li fis-snin li ġejjin naħdmu aktar qrib mal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kollha b'mod regolari, bl-għan waħdieni li nkomplu ntejbu l-ekonomija u nsaħħu l-intrapriżi ż-żgħar tagħna li tant huma essenzjali għall-futur ta' Malta u tal-Ewropa." 8 - Turiżmu - Paul Bugeja – MHRA "Kieku kelli nagħti marka għal ħidma tal-Gvern fir-rigward tas-saħħa f 'din l-ewwel sena tal- leġislatura allura nagħti 8 minn 10." Paul Bugeja, il-President tal- Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA, qal li jekk wieħed ikejjel is-suċċess tat-turiżmu f 'Malta fuq in-numri ta' kemm ġew u nefqu t-turisti, bla dubju ta' xejn is-sena l-oħra kellna sena tajba. Jidher ukoll li din is-sena 2014 ser ikollna wkoll sena oħra tajba f 'dan ir-rigward fost oħrajn minħabba l-fatt li numru ta' linji tal-ajru 'low cost' u oħrajn stabbiliti bdew jew żiedu l-frekwenzi lejn Malta, qal Bugeja. Hu sostna li huwa importanti f 'dan is-settur li wieħed ikompli jibni fuq it-tajjeb li hemm u jsaħħaħ u jtejjeb il-prodott Malti. Jidher li hemm tentattivi sabiex dan isir u ġew imnedija diversi inizjattivi tajbin, fost oħrajn azzjoni biex jitħarsu aħjar iż-Żoni Turisitiċi, t-'Tourist Police', l-inizjattiva fuq l-agri-Turiżmu, l-estensjonijiet ta' sulari ġodda f 'ċerti kategoriji ta' lukandi u politika ġdida tal-avjazzjoni. Bugeja qal li l-MHRA temmen ukoll li wara sena fil-Gvern għandhom jiġu indirizzati aktar bir-reqqa l-kwistjonijiet marbuta mat-trasport pubbliku, mat-taħriġ tal-ħaddiema; mat-tindif tal-pajjiż, mal-burokrazija żejda fis-settur pubbliku, mal-ħruġ ta' visas u ma' permessi meħtieġa biex jitpoġġew tined permanenti minn ristoranti. "B'ħarsa 'l quddiem illum nemmnu wkoll li pajjiżna għandu jieħu sehem aktar importanti fit- tfassil ta' politika għal qasam turistiku fuq livell Mediterranju." 5 - Charles Miceli – Attivist fil-Qasam Soċjali "Kieku kelli nagħti marka għal ħidma tal-Gvern fir-rigward tas-saħħa f 'din l-ewwel sena tal- leġislatura allura nagħti 5 minn 10." Charles Miceli, attivist fil-qasam soċjali qal li stenna mill-gvern u għadu jistenna. Hu spjega kif kien hemm passi tajbin, bħall-Green Paper, il-laqgħat mal-poplu mill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u l-allowance ta' €400 għat-tfal tal-fqar marbuta ma' kemm jattendu skola. "Imma nħoss li l-Gvern hu wisq kommess li jkabbar l-ekonomija u jidher pro business. Forsi għax in-negozjanti, il-kummerċjanti u l-kuntratturi għandhom lobby qawwi filwaqt li dawk fil-bżonn m'għandhom l-ebda lobby u l-krib tagħhom aktarx li ma niħdux gost nisimgħuh." Miceli qal li llum nafu kemm hi falza l-idea li kulħadd jaqbillu jekk tikber l-ekonomija minħabba l-hekk imsejjaħ trickle down effect. Kif qal il-Papa Franġisku, meta t-tazza tas-sinjuri timtela, flok tfur, b'xi mod maġiku, tibda tikber, sostna l-attivist fil-qasam soċjali. "Tgħid wasal iż-żmien li nerġgħu nibdew nitkellmu dwar il-living wage? Jew dan hu diskors għal min ikun fl-oppożizzjoni għax meta tkun fil-gvern ikollok taċċetta d-dittatura tal-ekonomija neoliberali? Nittama li sejjer żball," temm jgħid Miceli. 3 - L-ambjent - Astrid Vella "Kieku kelli nagħti marka għal ħidma tal-Gvern fir-rigward tas-saħħa f 'din l-ewwel sena tal- leġislatura allura nagħti 3 minn 10." Il-Koordinatur ta' Flimkien għal Ambjent Aħjar, Astrid Vella qal li l-manifest tal-Partit Laburista jiddentifika t-tniġġis tal-arja bħala kwistjoni serja u li trid tiġi indirizzata, u lis-saħħa ambjentali trid tkun fil- qalba ta' kull deċiżjoni, iżda mbagħad qed jingħataw permessi li jżidu t-tniġġis u l-ħsara ambjentali, bħal permessi tal-Mistra u Sqaq Żbibu f 'San Ġwann. Is-siġar, l-unika tama tagħna sabiex niġġieldu t-tniġġis, qed ikomplu jinqalgħu, b'600 siġra li se jinqalgħu dalwaqt mis-Salina. Ħafna mill-proposti tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista li minnhom se jgawdu l-iżviluppaturi qegħdin jiġu implimentati, filwaqt li oħrajn li favur l-ambjent għadhom fil-limbu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 march 2014