Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
4 illum | Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 Siġar invażivi jeqirdu dawk lokali SIĠAR impurtati minn pajjiżi barranin qed iħallu effett negattiv fuq il- bijodiversità lokali, b'tali mod li qed jheddu l-eżistenza ta' diversi speċi ta' flora u fawna Maltin. Id-dħul ta' siġar barranin ilu jsir diversi snin, iżda skont l-espert f 'dan il-qasam Alfred E. Baldacchino, mal-bidla tal- gvern ma kien hemm l -ebda titjib f 'dan il -qasam. Id-dħul ta' speċi barranin jista' jwassal għall -qerda kompletament ta' speċi lokali oħra, jew ipoġġi fil-periklu l-eżistenza tagħhom. Tant hu hekk li l-Unjoni Ewropea tonfoq madwar €16 -il biljun fis -sena biex tikkontrolla l -ħsara tal -ispeċi invażivi li qed jinfirxu madwar l- Unjoni Ewropea. Baldacchino spjega li speċi barranin jistgħu jkunu invażivi billi jaħarbu, jibdew jikbru fis-selvaġġ u jikkompetu mal- bijodiversità Maltija. "Dan bħalma qed tagħmel il-Pjuma (fountain grass) li bdiet tintuża fil-landscaping biż-żerriegħa tagħha tinfirex, timla u tikber kull fejn taqa'. Insemmu wkoll is -siġra L-Isfinġa (balloon vine) qed tinfirex f 'widien fosthom f 'Wied Babu, u fil-proċess qed teqred speċi indiġeni Maltin li wħud minnhom huma rari," qal Baldacchino. Iżda l-importazzjoni ta' siġar barranin tista' tħalli impatt indirett ukoll, bħal meta speċi barranija ddaħħal mard li teqred prodotti lokali. Fost l-oħrajn, Baldacchino jsemmi l -Baħrija tat -Tadam li qerdet għelieqi sħaħ ta' tadam, u l-każ tal-Bumunqar Aħmar tal- Palm, li daħal mas- siġar tal -Palm meta dawn ġew importati minn pajjiżi infettati u sal- lum qered 'l fuq minn 800 siġra tal -palm. "Illum dan id- dħul ta' speċi barranin refa' rasu aktar minn qatt qabel. Aktar ma żdied il -kummerċ aktar qed jiddaħħlu. B'mod partikolari dawn żdiedu wara s-sħubija mal-Unjoni Ewropea peress li spiċċaw il-fruntieri kummerċjali, minkejja li l-membri stati jistgħu jagħmlu illegali l-pussess ta' speċi invażivi." Mistoqsi għalfejn siġar barranin jiġu preferuti fuq dawk lokali, Baldacchino qal li hemm diversi raġunijiet fosthom in- nuqqas ta' edukazzjoni u ta' apprezzament għall- bijodiversità Maltija, anke minn dawk li huma responsabbli biex iħarsuha. "Kif jgħid il -qawl Malti, skont iz -zokk il -fergħa. Jekk il -politiċi li ġew fdati bil- ħarsien tas -siġar ma juru l -ebda interess u ma jieħdu l -ebda azzjoni favur il- ħarsien tagħhom, kif jista' wieħed jistenna li l -poplu jkollu apprezzament u jagħraf il -bżonn tal -ħarsien tas- siġar? Il komunikazzjoni, l -edukazzjoni, u t -tisħiħ tal -kuxjenza pubblika f 'dan il -qasam hija biss f 'idejn ftit individwi," jissokta jgħid l-espert tas-siġar indiġeni Maltin. Hu kellu kliem iebes għal mod kif il-MEPA kienet qed tindirizza din il-problema, għax skont hu l-MEPA ħafna drabi injorat il-politika tagħha stess. Jgħid li f 'xi ċirkustanzi naqset b'nuqqas ta' azzjoni jew infurzar, u approvat hi stess l-użu ta' speċi invażivi anke dawk li kienu dikjarati hekk mill-Unjoni Ewropea. "U meta wieħed jara kif id direttorat tal- ambjent issa ilu mingħajr Direttur sa mill -bdil fil- Gvern, u l -MEPA mitfugħa b'ruħha u b'ġisimha biex tapprova permessi għall- iżvilupp, wieħed ma jistax jingħata tort li jgħid li llum ma hemm l -ebda interess favur il -ħarsien tas -siġar Maltin u tal-ambjent," temm jgħid Baldacchino. Il-Pjuma: eżempju ta' speċi invażiva, li kibret fit-triq li tagħti għal Mater Dei KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG ILMITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. ILMITA HIJA LAKBAR ENTITÀ TAL ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ ILPOTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI LIMPJIEG TIEGĦEK MALMITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. ANALYST / DEVELOPER PERMESS TALETC: 44/2014 MPO: 77/2005/05 Il-kandidati magħżula ser ikunu qed jaħdmu f 'ambjent ta' xogħol dinamiku, fejn permezz ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi avvanzati, jitjieb l-operat ta' diversi oqsma ħdan il-Gvern. Permezz tal-għaren miksub, il-kandidati magħżula se jgħinu biex jiżviluppaw, jimplimentaw u jsostnu soluzzjonijiet li jittrasformaw l-operat tal-Gvern għall-beneċċju taċ-ċittadin. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom wieħed minn dawn is-settijiet ta' kwaliċi u/jew esperjenzi meħtieġa: i) Grad akkademiku relatat mal-ICT (livell -MQF ta' 6 jew ogħla), f 'liema każ esperjenza preċedenti mhijiex neċessarja; JEW ii) Diploma relatata mal-ICT (livell -MQF ta' 5) imkien ma' tliet snin esperjenza ta' xogħol f 'qasam relatat; JEW iii) Diploma relatata mal-ICT (livell -MQF ta' 4) imkien ma' ħames snin ta' esperjenza ta' xogħol f 'qasam relatat. Preferenza tingħata lil kandidati li għandhom ġabra ta' ħiliet kurrenti -ICT, li jinkludu metodoloġiji ta' analiżi jew immudellar intraprenditorjali, għaren ta' mudelli ta' disinn, kif ukoll l-abbiltà li jiżviluppaw u jimplimentaw jew isostnu soluzzjonijiet permezz tal-aktar teknoloġiji avvanzati. Għal aktar dettalji żur www.mita.gov.mt/careers Ibgħat C.V. dettaljat, imkien ma' ittra sa mhux aktar tard mill-Ħamis, 20 ta' Marzu 2014 indirizzat lil: Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 careers.mita@gov.mt Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd TECHNICAL SERVICES OFFICER NETWORKS PERMESS TALETC: 175/2013 MPO: 77/2005/15 Il-MITA tixtieq tingaġġa Technical Services Ocer sabiex imkien ma' tim tekniku professjonali, jipprovdu konnettivita' ta' network eċjenti lill-Gvern. Flimkien ma' tim ta' nies specjalizzati, min jintgħażel ser jikkontribwixxi d-disinn u -operat ta' wieħed mill-akbar netwerks f 'Malta. Dan ir-rwol jipprovdi sda u opportunita' lill-kandidat/a magħżul/a biex j/tipparteċipa proġetti interessanti u j/tiżviluppa l-karriera. Il-kandidati eliġibbli għandhom ikollhom Diploma -ICT ekwivalenti għal livell 4(e)/5 jew ogħla tal- MQF imkien ma' sentejn esperjenza l-qasam tal-ICT. Il-kandidati huma mitluba sabiex jissottomettu ċ-ċertikat tal-ekwivalenza -MQF għal kwalunkwe Diploma jew Grad akkademiku li mhumiex imniżżla d-'database' tal-NCFHE. Aktar minn 700 oġġett ta' Mintoff mibjugħa f 'irkant AKTAR minn 700 oġġett ta' Dom Mintoff, l-eks Prim Ministru ta' Malta u mexxej tal-Partit Laburista, kienu mibjugħa f 'irkant li beda l-Erbgħa 5 ta' Marzu u ntemm ilbieraħ. L-iktar ħaġa impressjonanti f 'dan l-irkant kienet il-bejgħ ta' gradenza bi tmien t'ikxaxen li nxtrat għall-prezz xokkanti ta' €10,500. Dan l-irkant, li dam sejjer erbat ijiem, ra mijiet ta' kollezzjonanti u ammiraturi tal-Perit Mintoff li kienu minn ta' quddiem li wrew il-preżenza tagħhom bit-tama li jixtru xi affarijiet li kien juża personalment dan il-ġgant tal- politika Maltija. Il-kollezzjoni li kienet stmata li kellha madwar €40,000 f 'valutar ta' affarijiet inkludiet għamara tas-seklu 19, oġġetti tal-fidda, affarijiet oħra ta' arti Asjatika, tpinġijiet personali, kotba u anki affarijiet bħall- arloġġi li kien jilbes ta' kuljum. Ilbieraħ kienet l-aħħar ġurnata ta' dan l-irkant u Joseph Sammut, l-irkantier minn Belgravia Auctions qal li 99% tal-oġġetti tal-Perit kienu diġà nbiegħu u kien għad jonqos biss sitt midalji u xi tapiti li kien juża. "L-iktar affarijiet li kienu mfittxija sa mill-ftuħ ta' dan l-irkant kienu l-bsaten li kien juża l-Perit u affarijiet oħra li kien juża meta kien fis-servizz militari," spjega Sammut. Fost affarijiet oħra li nbiegħu għall-prezz astronomiku kienu ċurkett tad-deheb b'fossa tad-djamant ġo fih li ħallsu għalih €5,200 filwaqt li waħda mill-bokkli taċ-ċintorini li kien juża tħallset għaliha s-somma fenomenali ta' €8,000. Ġiżirajjen tad-deheb, il-kaxxi fejn kien iqiegħed is-sigaretti u l-brazzuletti li kien juża kienu wkoll parti mill-kollezzjoni li nbiegħu f 'irkant matul dawn l-aħħar jiem. Pin ta' mal- ingravati li kien juża nbiegħ għall-prezz ta' €1,600 waqt li pendent forma ta' nagħla taż- żwiemel inbiegħ għall-prezz ta' €1,300. L-irkant kien jinkludi wkoll lighter tas-sigaretti Dunhill. Ashtray u diversi biċċiet oħra li wieħed juża normalment fuq l-iskrivanija tax-xogħol tiegħu bdew jinbiegħu minn prezz ta' ftit mijiet u baqgħu tilgħin għall-prezz ta' ftit eluf ta' ewro. Membri tal-familja tal-Perit Mintoff qalu li l-flus li kienu se jdaħħlu mill-bejgħ ta' dan l-irkant se jmorru kollha għal kawżi ġusti. Myra u Yana Mintoff, ulied il-Perit, qalu li ħadu din id- deċiżjoni li jbiegħu l-affarijiet personali ta' missierhom f 'irkant biex il-memorji jixterrdu kemm jista' jkun fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu. Huma sostnew li fil- mument qegħdin ikollhom l-arranġamenti meħtieġa biex id-dokumenti personali li ħallew impatt fuq Malta fil-passat u li għandhom valur storiku kbir ikunu arkivjati u esposti għall-wiri għall-poplu kollu.