Illum previous editions

illum 9 march 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 29 SPORTSillum Toqrob it-Tazza tad-Dinja u jiżdiedu l-inċertezzi F'DAWN l-aħħar jiem qed jikbru d-dubji, il-biżgħat u l-inċertezzi fost diversi segwaċi tal-futbol mondjali speċjalment dawk li qed jinteressaw ruħhom li jivvjaġġaw sal-Brażil biex josservaw mill-qrib it-Tazza tad-Dinja. Fost dawn il- biżgħat partikolari nsibu livelli għoljin ta' kriminalità fil-pajjiż. U dan mhux biss hekk kif dan l-istess pajjiż enormi fl-Amerika ta' Isfel huwa kkarterizzat minn traffiku enormi fit-toroq waqt li l-prezzijiet biex wieħed jalloġġja ruħu f 'xi waħda mil-lukandi fl-ibliet li se jkunu qed jospitaw il- logħob tat-Tazza tad-Dinja huma ferm għolja u żgur li mhumiex affordibbli għall- bniedem komuni. Hekk pereżempju l-prezz medju tal-aqwa lukandi f 'Rio de Janeiro għal-lejl wieħed biss huwa dak ta' xejn inqas minn 1500 sterlina kull lejl waqt li lukanda ta' 3 stilel Benidorm f 'Copacabana qed titlob il-prezz ta' 500 sterlina kull lejl. Madankollu dawn il-prezzijiet jistgħu jinżlu jekk l-awtoritajiet Brażiljani jaraw li s-segwaċi tal-futbol mondjali li beħsiebhom jivvjaġġaw sal-Brażil biex isegwu t-Tazza tad-Dinja qed jaqtgħu qalbhom milli jagħmlu dan minħabba dawn il-prezzijiet elettrifikanti. U barra li kif diġà semmejna dawn il-prezzijiet huma ferm għolja, jidher li l-lukandi li se jalloġġjaw lill-partitarji ta' diversi timijiet nazzjonali li se jkunu qed jieħdu sehem fit-Tazza tad-Dinja qed joffru ftit wisq kmamar disponibbli biex jospitaw lil dawn l-istess partitarji, u kif semmejna dawn il- ftit kmamar se jkollhom prezzijiet ta' barra minn din id-dinja. Kif semmejna problemi oħra li żgur se jkunu qed jolqtu lill-Brażil is-sena d-dieħla matul it- Tazza tad-Dinja, huma dawk tat-traffiku enormi li nsibu f 'dan il-pajjiż fl-Amerika ta' Isfel kif ukoll id-distanzi twal biex wieħed jivvjaġġa minn post għall-ieħor, fejn biex nagħtu eżempju, id- distanza mill-ajruport ta' Rio għaċ-ċentru ta' din l-istess belt jew għall-belt viċina ta' Copacabana hija dik ta' iktar minn siegħa. Nieħdu l-eżempju tat-tim nazzjonali Ingliż li se jkun alloġġjat fil- lukanda ta' 5 stilel, Golden Tulip li iżda biex jivvjaġġaw għall-bażi ta' taħriġ tagħhom li se tkun tinsab fil-belt Brażiljana ta' Urna se jkollhom bżonn minimu ta' siegħa u dan meta wieħed iqis li saħansitra huma se jkunu eskortati mill-pulizija Brażiljana! Jidher ukoll li s-sistema tat-trasport fosthom dik tal-metro mhix waħda mill-iktar effikaċi u li wieħed jissuġġeriha bħala l-aqwa mezz tat-trasport possibbli! Xejn inqas minn 500,00 partitarju tal-futbol huma mistennija li jżuru l-Brażil matul is-sajf li ġej biex isegwu mill-viċin it-Tazza tad-Dinja li lkoll nafu kemm toħloq interess mhux biss mad-dilettanti tal-futbol iżda wkoll ma' min lanqas jinteressah mill-futbol. Iżda minn dan kollu li qed nisimgħu jidher li dan l-ammont kbir ta' persuni li mistennija jżuru l-Brażil, jista' tabilħaqq jonqos b'mod drastiku matul ix-xhur li ġejjin, dejjem jekk dawn l-affarijiet kollha li semmejna jibqgħu ma jittranġawx fosthom il-prezzijiet ferm għolja tal-lukandi, traffiku enormi fit-toroq Brażiljani, distanzi twal biex wieħed jivvjaġġa bejn belt u oħra kif ukoll nuqqas ta' sigurtà f 'dan il- pajjiż enormi li jammonta għal 200 miljun ruħ. Barra minn hekk bħall-prezzijiet tal-lukandi, jidher ukoll li l-prezzijiet tat-titjiriet waqt dan iż-żmien matul is-sena d-dieħla li fih se tkun qed tintlagħab it-Tazza tad-Dinja bejn il-Ħamis, 12 ta' Ġunju u l-Ħadd, 13 ta' Lulju huma wkoll ferm għolja waqt li l-ħinijiet li fihom se jkunu qed isiru dawn it-titjiriet ukoll mhumiex daqshekk komdi u appellabbli għall- pubbliku sportiv u mhux biss. U s-sigurtà tidher li mhix waħda adekwata mhux biss fit-toroq iżda wkoll fl-istadia hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu kkollassa krejn li kien qed jintuża fil- bini ta' stadium bl-isem ta' Corinthians Arena li sewa l-ħajja ta' żewġ persuni. Ukoll min se jkun qed isegwi t-Tazza tad-Dinja minn barra l-Brażil minn pajjiżi Ewropej fosthom Malta, se jkollu jagħmel dan ħafna drabi bil-lejl. Anke l-logħba li l-iktar qed tissemma' u tiġbed interess mill-poplu Malti, jiġifieri dik bejn l-Italja u l-Ingilterra, li lkoll nafu kemm toħloq spettaklu u rivalità f 'pajjiżna. Din se tkun qed tintlagħab f '12am u dan wara li ċċaqalqet mill-ħin tat-3am wara talba li saret minn dawn iż-żewġ timijiet nazzjonali. Intant, fil-jiem li ġejjin mistennija jsiru protesti fil-Brażil rigward il-miljuni ta' Ewro li ntefqu u li se jkunu qed jintefqu biex tiġi organizzata din it-Tazza tad-Dinja meta dawn il-flus setgħu ntefqu f 'miżuri aħjar bħal m'huma investiment ikbar fil-pajjiż li lkoll nafu kemm hemm faqar fih, għalkemm jeżistu wkoll bosta sinjuri kbar. Fis-sajf li għadda diġà assistejna għal protesti bħal dawn meta ġiet organizzata t-Tazza tal- Konfederazzjonijiet fl-istess pajjiż u li ntrebħet mill- Brażil infushom iżda jidher li l-protesti li għad nassistu għalihom fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu ta' livell ogħla minn dawn. Finalment, kull min iħobb il-logħob tal-futbol, jistenna b'ħerqa liema bħalha u jittama bis-sħiħ li dawn il-fatturi u kundizzjonijiet xejn pożittivi li qed jaffronta l-Brażil bħalissa bi tħejjija għat-Tazza tad-Dinja u li xejn ma jindikaw b'mod pożittiv, jitranġaw mill-iktar fis possibli għall-akbar ġid tal-futbol mondjali u mhux biss! Biżgħat, inċertezzi u dubji jiddominaw l-istennija għat-Tazza tad-Dinja l- Brażil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 march 2014