Illum previous editions

illum 9 march 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 33 SPORTSillum L-ewwel edizzjoni ta' 'Ġieħ l-iSport Malti' issir nhar is-Sibt li ġej ISSERATA finali tal-unuri ta' 'Ġieħ l-iSport Malti' se ssir nhar is-Sibt li ġej u se tixxandar dirett fuq TVM 2. Matul din is-serata panel tal-ġurija esperti magħmula minn ġurnalisti sportivi ġejjin mill-media houses ewlenin f 'Malta u se jkunu qegħdin jivvutaw live għar-rebbieħ/a f 'kull kategorija. Filwaqt illi fil-kategoriji ta' Best Sportman u Best Sportswoman with Special Needs, ir-rebbieħ u r-rebbieħa se jitħabbru dakinhar stess tal-finali. Dawn se jkunu ġew magħżula minn bord ta' esperti fil-kamp li twaqqaf separatament biex jagħżel l-atleti li kienu jistħoqqilhom dan l-unur. Il-pubbliku wkoll se jkun qed jista' jagħti s-sehem tiegħu hekk kif issa tħabbru s-sitt finalisti magħżula mill-federazzjonijiet u assoċjazzjonijiet għan- 'National People's Choice Award'. Preżentament dawn is-sitt finalisti qegħdin igawdu minn 60% tal-vot finali filwaqt li l-pubbliku se jkun qed jivvota għall-bqija tal-40% l-oħra permezz ta' SMS li jista' jintbagħat fuq in-numri abbinati ma' kull isem tal- favorit/a tiegħu. It-televoting se jibqa' miftuħ sas-serata finali fejn imbagħad joħroġ ir-rebbieħ aħħari ta' dan l-award. L-24 finalist fil-kategoriji rispettivi huma dawn: Best Sportswoman Award: Sue Abela (Malta Tenpin Bowling Association) Eleonor Bezzina (Malta Shooting Sport Federation) Joanne Attard (Malta Tenpin Bowling Association) Best Sportsman Award William Chetcuti (Malta Shooting Sport Federation) Justin Caruana Scicluna (Malta Tenpin Bowling Association) Daniel Zahra (Ying Yang Kickboxing Club) Best Team Award Men's category (Malta Pool Association) Men Senior National Waterpolo Team (Aquatic Sports Association of Malta) Women's National Football Team (Malta Football Association) Best Young Sportsperson Award Nathan Lee Xuereb (Malta Shooting Sport Federation) Nicole Gatt (Malta Weightlifting Association and MAAA) Suzanne Buttigieg (Malta Gymnastics Federation) Best Coach Award: Pierre Brincat (Malta Football Association) Karl Izzo (Aquatic Sports Association of Malta) Jimmy Bugeja (Malta Shooting Sport Federation) Best Official Award Vincent Degiorgio (Malta Pool Association) Edwin Vella (Malta Shooting Sport Federation) Jesmond Caruana (Malta Weightlifting Association) National People's Choice Award Rebecca Camilleri (MAAA): 50616721 William Chetcuti (Malta Shooting Sports Federation): 50616722 Mae Farrugia (Malta Gymnastics Federation): 50616723 Dermot Galea (Malta Triathlon Federation): 50616724 Dennis Thornton (Ghaqda Regatta Nazzjonali): 50616725 U/18 Women's National Team (Malta Basketball Association): 50616726 "Kienet sorpriża sabiħa mmens!" - Raina Giusti FTIT tal-jiem ilu l-plejer femminili ta' Birkirkara Raina Giusti rebħet l-unur prestiġjuż tal-BOV Plejer Femminili tax-Xahar. Il- plejer ta' Birkirkara Raina Giusti kienet ivvutata bħala l-aqwa plejer femminili fil- Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni fix-xahar ta' Jannar. Giusti hija plejer importanti għall-kowċ Johann Scicluna fit- tentattiv tagħhom li jirbħu l-kampjonati tliet darbiet fuq xulxin. Il-plejer ta' nofs il-grawnd offensiv ikkreat ħafna moviment fl-attakk Karkariż fir-rebħa ta' 5-1 fuq Raiders. Bid-doppjetta tagħha fl- ewwel 14-il minuta poġġiet lil Birkirkara fi triqithom għal rebħa komda. Għalqet il-prestazzjoni tagħha f 'din il-logħba billi skurjat it- tielet gowl għal hat-trick personali. Bir-rebħa ta' 2-0 fuq ir-rivali Hibernians, Giusti reġgħet għal darb'oħra mexxiet it-tim 'il quddiem u għenet lil Rachel Cuschieri tiskurja t-tieni gowl tal- logħba. Raina niżlet isimha fost l-iskorers fir-rebħa ta' 3-1 kontra Kirkop aktar kmieni matul ix-xahar. L-imħabba lejn il-futbol għal Raina bdiet minn ta' età żgħira permezz tal-familjari li kienu jsegwu l-futbol u ta' erba' snin bdiet tilgħab man-nursery tal-Floriana. Mal-Floriana għamlet tmien snin fejn kont fin-nursery tas-subien u b'hekk kelli niffirma sa 12-il sena. T'10 snin telgħet għall-ewwel darba man-Nazzjonal u sentejn wara ngħaqdet mat- tim tan-nisa ta' Birkirkara. T'14-il sena kellha l-opportunità li tilgħab l-ewwel logħba kompetittiva mat-tim tal-kbar. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Raina Giusti nnifisha fejn talabha d-dettalji rigward x'fisser dan l-unur għaliha fejn mal- ewwel qaltilna li: "Kienet sorpriża sabiħa mmens! Ma kontx qed nistennieha, però ninsab kuntenta li l-prestazzjonijiet tiegħi matul ix-xahar ta' Jannar ġew ippremjati. Dan ikompli jinkoraġġini u jimmotivani biex inkompli nitgħallem u ntejjeb l-prestazzjonijiet tiegħi fil-grawnd. Nemmen li qed ikollna kampjonat sodisfaċenti, u mil-att personali huwa l-aktar staġun li ħassejtna magħqudin bħala familja waħda fejn ġbidna ħabel wieħed u dan intwera f 'kull partita li lgħabna. Għalkemm ninsabu t-tieni post, ir-rebħ tal- kampjonat għadu possibbli u dan huwa l-għan ewlieni tagħna. Miniex persuna li nħares wisq lejn il-futur, nippreferi li niffoka biss fuq il-preżent. Fil-futbol, bħal ħajja, ftit tista' tippjana l-futur però l-għan ewlieni tiegħi li nkompli ntejjeb il-prestazzjonijiet personali tiegħi kif ukoll nirbaħ aktar unuri mat-tim tiegħi." Raina Giusti -azzjoni r-rebħa ta' 2-0 ta' Birkirkara kontra Hibernians It-tim nazzjonali tal-weightlifting fl-10 post fit-Tazza tal-Mediterran LGĦAQDA Maltija tal- Weightlifting għadha kemm ipparteċipat fil- kompetizzjoni għall-pajjiżi tal-Mediterran. It-tim Malti kien kompost minn Ryan Agius, Charles Degiorgio u Martin Joseph Pisani. Huma kienu taħt il-gwida ta' Jesmond Caruana. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni barra minn Malta għal Degiorgio, fejn irnexxielu jerfa' total ta' 185 kilogramma u jikseb 234 punt. Pisani refa' total ta' 200 kilogramma u kiseb 231 punt filwaqt li Agius, li kien l-aħjar atleta mill-Maltin, refa' 198 kilogramma u kiseb 244 punt. Għalhekk it-tim Malti rnexxielu jagħlaq il- kompetizzjoni b'punti totali ta' 709 u kiseb l-10 pożizzjoni fost 14-il pajjiż. Il-kompetizzjoni kienet mirbuħa mit-Tuneżija segwiti minn Franza u t-Turkija. Barra minn dawn, ipparteċipaw ukoll l-Eġittu, il-Marokk, il-Libja, l-Alġerija, Spanja, l-Italja, is-Slovenja, il- Bosnia Herzegovina, is-Serbja u l-Greċja. Il-Maltin ħadu sehem f`sessjonijiet ta' taħriġ ma' atleti Tuneżini, kif ukoll attendew seminar fuq kif jista' jittejjeb il-livell tal-atleti żgħar tal-weightlifting. Il-President tal-Assoċjazzjoni u l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija, Jesmond Caruana, attenda l-kungress tal-Konfederazzjoni tal-Mediterran, fejn ippropona li Malta torganizza l-Kompetizzjoni għall-pajjiżi tal-Mediterran fis-sena 2016. Din il-kompetizzjoni ma kinitx tkun possibbli mingħajr l-għajnuna tal- konfederazzjoni tal- Mediterran, il-Federazzjoni Tuneżina, il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kunsill Malti għall- iSport. Charles Degiorgio -azzjoni t-Tazza tal-Mediterran tal-Weightlifting t- Tuneżija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 march 2014