Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
32 illum Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Ikompli s-suċċess tal-Akkademja tat-Triathlon f 'pajjiżna ITTRIATHLON huwa dixxiplina sportiva Olimpika li jinkludi fih taħlita ta' għawm, ċikliżmu u ġiri. Dan l-isport beda f 'Malta fl-1986 u baqa' dejjem jiżdied fil-popolarità u fil-livell. It-triathlon huwa wieħed mill-aktar sport li qed jiżviluppa u jiżdied fil-popolarità mad-dinja kollha. Konxja mill-fatt li kien wasal iż-żmien li dan l-isport jinfetaħ ukoll għall- ġenerazzjonijiet iżgħar, il-Federazzjoni Nazzjonali tat-Triathlon wettqet il- pjan tagħha sabiex twettaq għall-ewwel darba f 'Malta akkademja għat-tfal u żgħażagħ biex tintroduċihom fid-dinja tal-Multisport. B'dan l-iskop, il- Federazzjoni inkarigat lill- Kowċ Nazzjonali, Dermot Galea, sabiex iħejji pjan ta' ħidma għat-twaqqif ta' din l-akkademja. Din il- proposta ġiet imressqa lill- European Triathlon Union u l-Bord tagħha li jaħdem għall-iżvilupp tal-isport. Il-pjan tal-Federazzjoni ġie milqugħ b'entużjażmu u ngħatat għajnuna finanzjarja u appoġġ tekniku biex din il-viżjoni setgħet issir realtà. Instabet ukoll għajnuna enormi min-naħa tal-Kunsill Malti għall-iSport li flimkien mal-Federazzjoni, niehda din l-akkademja fis-sajf li għadda, taħt l-isem ta' 'Malta Youth Triathlon Academy - MYTA' L-ewwel fażi tal-proġett seħħet fis-sajf bil-qofol tagħha jintlaħaq bi Triathlon għat-tfal u żgħażagħ organizzata mill-Federazzjoni flimkien mal-Birkirkara St Joseph Sport Club li kienet suċċess kbir. It-tieni fażi bdiet f 'Ottubru u ser tibqa' sejra sa Mejju biex imbagħad tkompli wara li l-atleti jlestu l-eżamijiet tagħhom. Ġew organizzati aktar tlielaq għat-tfal, fosthom Duathlon mill- Federazzjoni u oħra mill- Agones Sports Club. Hemm il-ħsieb li t-tlielaq tat-tfal ikomplu jiżdiedu matul ix- xhur li ġejjin. B'kollox l-Akkademja kellha aktar minn 40 atleta fiż- żewġ fażijiet tagħha li l-età tagħhom tvarja minn 6 snin sa 15-il sena. L-atleti bħalissa qegħdin jitħarrġu darbtejn fil-ġimgħa, b'sezzjoni ta' għum fil-pixxina nazzjonali u sezzjoni oħra ta' ċikliżmu u ġiri fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal-Kirkop. Is-sezzjonijiet kollha jkunu mħejjija u mwettqa mill-kowċis tal- Akkademja, Matthew Azzopardi, John Scicluna u Maria Vella-Galea, bil- koordinament tal-Kowċ Nazzjonali tat-Triathlon, Dermot Galea. Il-MYTA hija miftuħa għat- tfal kollha, bniet u subien, li jixtiequ jipprattikaw dan l-isport. Il-kowċis jippreparaw l-atleti skont l-abiltajiet tal-atleti u skont l-età tagħhom. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq il- paġna ta' Facebook 'Malta Youth Triathlon Academy - MYTA', fuq is-sit www. triathlonmalta.org jew permezz tal-imejl info@ triathlonmalta.org Parteċipazzjoni qawwija minn tfal u żgħażagħ -Akkademja Maltija tat-Triathlon